San Frangisk - L-Ghanja tal-Hlejjaq

 

<<|werrej|

9 << mur lura ghal ta' qabel...


Cantico delle Creature - 10

L-Ghanja tal-Hlejjaq

maqluba ghall-Malti minn diversi awturi


maqlub ghal Malti minn Patri Guzepp B. Xuereb OFM.


L-Ghanja tal-Hlejjaq

 

Twajjeb Mulej, int l-oghla, tista' kollox,

ghalik huma t-tifhir, is-sebh, il-gieh u kemm hawn barka.

 

Jixirqu lilek biss, ja l-Aktar Gholi,

u l-ebda bniedem ma jlissen ismek.

 

Mulejja, tkun imfahhar mal-hlejjaq kollha tieghek,

u l-aktar m'ohtna x-Xemx li biha jibda l-jum u jroxx id-dawl;

ghax hi sabiha w theggeg bl-isfa dija;

ix-xbiha tieghek, l-Aktar Gholi, naraw fiha.

 

Mulejja, tkun imfahhar f'huna l-Qamar,

u fil-Kwiekeb: ghamilthom fis-smewwiet

leqqiena, ghonja u sbejha.

 

Mulejja, tkun imfahhar, f'huna r-Rih,

fiz-ziffa u l-ishab, fil-bnazzi, f'kull tibdil,

li minnu tghajjex Inti kull mahluq.

 

Mulejja, tkun imfahhar, f'huna l-Ilma

li hu mehtieg qatigh, irzin, ta' siwi w safi.

 

Mulejja, tkun imfahhar, f'huna n-Nar

li ddawwal bih id-dlamijiet tal-lejl,

hu sbejjah, kollu hajja, shih u qawwi.

 

Mulejja, tkun imfahhar, f'ohtna w ommna l-Art,

ghax minnha il-ghixien u hi tmexxina,

u taghti frott kull bixra, ward b'ilwien u hxejjex.

 

Mulejja, tkun imfahhar f'dawk li jahfru ghal imhabbtek,

u f'dawk li jgarrbu l-mard u l-hemm bla lewma.

 

Imbierka dawk li jilqghu kollox

b'hajr u sliem ghax minnek, l-Aktar Gholi, jiehdu l-hlas.

 

Mulejja, tkun imfahhar f'ohtna l-Mewt tal-gisem,

li minnha ebda haj ma jista' jahrab.

 

Hazin ghal dawk li jmutu fid-dnubiet il-mejta.

Imbierka dawk li l-mewt issibhom jaghmlu

r-rieda mqaddsa tieghek:

ghax il-mewt l-ohra ma taghmlilhomx hsara.

 

Frahhru, bierku, lill-Mulejja w izzuh hajr,

u bla kburija xejn, aqduh ikoll.



Dwar dan it-test ta' P. Guzepp B. Xureb OFM (1986) huwa mehud mill-Volum, Il Cantico delle Creature di Francesco di Assisi, b'165 lingwa differenti, verzjoni manuskritta u limitata, saru biss 1200 kopja, (il-kopja li uzajt jien hija dik no. 1121), 2001, p. 237.

Assisi -1.8.2003 


Cantico delle Creature

maqlub

ghal Malti

minn

Patri

Guzepp B. Xuereb OFM