San Frangisk - L-Ghanja tal-Hlejjaq

 

<<|werrej|

7 << mur lura ghal ta' qabel...ikompli ara li jmiss - 9 >>


Cantico delle Creature - 8

L-Ghanja tal-Hlejjaq

maqluba ghall-Malti minn diversi awturi


maqlub ghal Malti minn Patri Edmund Teuma OFMConv.


L-Ghanja tal-Hlejjaq

 

Mulej twajjeb, l-aktar gholi, li tista kollox,

lilek fahar, lilek sebh, lilek gieh - kull barka:

inti Alla, il-hajr taghna - u ebda bniedem

ma ghandu l-hila jfahhrek zejjed.

 

Tkun imfahhar, int Mulejja, mill-holqien u l-hlejjaq kollha:

l-aktarnett mix-xema hanina,

ghax hi ssebbah u tixghelna bid-dawl taghha;

ix-xemx fietla, kollha dija, tleqq u tghammex...

tieghek, l-Aktar Gholi, hija x-xbieha.

 

Tkun imfahhar, int Mulejja, kemm mill-qamar u l-ikwiekeb:

fis-sema int sawwabthom, sebbahthom...

gheziez u sbejha!

 

Tkun imfahhar, int Mulejja, minn hutna r-rjieh,

mill-arja, mit-temp imsahhab u mid-difa:

ghaliex hekk inti tghajjex lil kull hlejqa.

 

Tkun imfahhar, int Mulejja, minn huna l-ilma:

Ghax jiswa, siefel, ghaziz u safi.

 

Tkun imfahhar, int Mulejja, minn huna n-nar:

bih tixeghlilna l-iljieli...

huwa sbejjah, jghammex, qawwi, ta’ sahha.

 

Tkun imfahhar, int Mulejja, minn ommna l-art:

hi tghajjixna u tahkimna,

waqt li taghti bosta ghelejjel, ward imlewwen, haxix ahdar.

 

Tkun imfahhar, int Mulejja, minn dawk li jahfru mhabba mhabbtek,

waqt li jzommu ferm qawwija

fid-djieq u fil-kedd.

 

Imberkin dawk li jghixu fis-sliema...

minghandek, l-Aktar Gholi, jiehdu l-klila.

 

Tkun imfahhar, int Mulejja, minn ohtna mewt il-gisem,

dik li minnha ebda bniedem mimli hajja ma jizgicca:

ghajb ghal min imut fid-dnub il-mejjet,

imberkin dawk li Alla jsibhom jghixu r-rieda tieghu:

it-tieni mewt xejn ma taghmlilhom hsara.

 

Fahhru u bierku ’l Mulejja:

roddulu hajr, aqduh, aghrfu x-xejn taghkom!



Dwar dan it-test hawn dawn il-kliem ta' l-awtur innifsu: "Nigu ghall-Kantiku ta' San Frangisk. Hafna snin ilu, jekk kont ordnat zgur li kont ghadni novell, minghalija konna f'xi rtir il-Porziuncola jew il-Mosta ghand il-Gizwiti, u nhasset il-htiega li jkollna f'idejn malajr malajr traduzzjoni bil-Malti tal-Kantiku u kont hazzizt dan. Nghidlek is-sew kont insejtu u bil-ghajnuna ta' Sant'Antnin ma domtx ma sibtu go fajl antik qalb hafna karti li biz-zmien minn bojod saru sofor jew rabbew in-nemex tas-sadid." - Edmund Teuma permezz ta' email nhar is-Sibt, 12.7.2003

Assisi -12.7.2003 


Cantico delle Creature

maqlub

ghal Malti

minn

Patri

Edmund Teuma OFMConv.