|
San Frangisk - L-Ghanja tal-Hlejjaq |
|
|
<<|werrej|5 << mur lura ghal ta' qabel......ikompli ara li jmiss - 7 >> Cantico delle Creature - 6L-Ghanja tal-Hlejjaq maqluba ghall-Malti minn diversi awturi maqlub ghal Malti minn Patri Marjan Vella OFM L-Ghanja tal-Hlejjaq
Twajjeb Mulej, Int l-oghla, tista' kollox, ghalik huma t-tifhir, is-sebh, il-gieh u kemm hawn barka. Jixirqu lilek biss, Ja l-Aktar Gholi u l-ebda bniedem ma jisthoqqlu jlissen ismek.
Mulejja, tkun imfahhar mal-hlejjaq kollha tieghek, u l-aktar m'ohtna x-Xemx li biha jibda il-jum u jroxx id-dawl; ghax sabiha u theggeg bl-isfa dija xbiha tieghek, l-Aktar Gholi, naraw fiha.
Mulejja, tkun imfahhar f'huna l-Qamar u fil-kwiekeb: Ghamilthom fis-smewwiet, leqqiena, ghanja u sbejha.
Mulejja, tkun imfahhar f'huna r-Rih, fiz-ziffa u fl-ishab, fil-bnazzi, f'kull tibdil, li minnu tghajjex Inti kull mahluq.
Mulejja, tkun imfahhar f'huna l-Ilma, li hu mehtieg qatigh, irzin, ta' siwi u safi.
Mulejja, tkun imfahhar f'huna n-Nar li ddawwal bih id-dlamijiet tal-lejl, hu sbejjah, kollu hajja, shih u qawwi.
Mulejja, tkun imfahhar f'ohtna u ommna l-Art, Ghax minnha l-ghixien u hi tmexxina, u taghtina frott kull bixra, ward bl-ilwien u hxejjex.
Mulejja, tkun imfahhar f'dawk li jahfru ghal imhabbtek, u f'dawk li jgarrbu l-mard u l-hemm bla lewma. Imbierka dawk li jilqghu kollox b'hajr u sliem ghax minnek, l-Aktar Gholi jiehdu l-hlas.
Mulejja, tkun imfahhar f'ohtna l-Mewt tal-gisem li minnha ebda haj ma jista' jahrab. Hazin ghal dak li jmut fid-dnubiet il-mejta, imbierek dawk li l-mewt issibhom jaghmlu ir-rieda mqaddsa Tieghek: ghax il-mewt l-ohra ma taghlilhomx hsara *.
Fahhru, bierku lil Mulejja u zzuh hajr, u bla kburija xejn, aqduh ilkoll.
Dan it-test huwa mehud mill-ktieb Il-Kitbiet ta' San Frangisk ta' Assisi, maqluba ghall-Malti minn P. Guzepp Beneditt Xuereb OFM, u P. Marjanu Vella OFM, Veritas Press, Zabbar 1975, 134-5. L-istess test deher wkoll fil-ktieb: Il-Kitbiet ta' San Frangisk u Santa Klara, maqluba ghall-Malti minn P. Guzepp Beneditt Xuereb OFM, P. Marjanu Vella OFM u Sr M. Immakulata Bellizi OSC, Edizzjoni TAU, 1986, 26-7, u fil-Ktieb ta' Fernando Uribe OFM, Frangisku, Hajja li tisfidak, maqlub ghal Maltin minn Noel Muscat OFM, Edizzjoni Tau, 1995. 121-122. * Innota li f'dawn iz-zewg kotba ta' l-ahhar il-vers: "...ghax il-mewt l-ohra ma taghlilhomx hsara" huwa imholli barra. Assisi -11.7.2003 |
Cantico delle Creature maqlub ghal Malti minn Patri Marjan Vella OFM
|
|