San Frangisk - Hajja

 

<<|werrej|>>

<< lura lejn it-8 parti ...ikompli fl-10 parti >>


Frangisku ta' Assisi - 9

Farag fit-Tbatija


Espejenza fit-tbatija

L-ahbar sentejn li l-missier qaddis ghadda fuq din l-art kienu xhur ta' tbatija kbira imma anke fit-tbatija sab farag kbir, mhux biss fl-ghaqda tieghu m'Alla, izda wkoll f' xi grajjiet li kienu ta' duwa kbira ghalih.

 

F'dawn is-sentejn kiteb il-maghrufa "Ghanja tal-Hejjaq" bi kliem semplici li juru l-qalb poetika tieghu u l-ispiritwalità profonda li kellu. Dan l-innu hu meqjus bhala wahda mill-ewwel bicciet tal-letteratura Taljana u matul iz-zminijiet serva ta' ispirazzjoni ghal hafna nies ta' l-arti mhux biss fl-Italja imma fid-dinja kollha.

 

Patrijiet fl-Ingilterra

Grajja ohra li ferrhet il-qalb ta' Frangisku kienet il-mawra ta' wliedu fl-Ingilterra. Fl-10 ta' Settembru 1224 disa' Frangiskani nizlu mill-bastiment fil-port ta' Dover taht it-tmexxija ta' Agnello minn Pisa li gabel kien is-superjur tal-Frangiskani ta' Parigi, Il-patrijiiet mill-ewwel gibdu lejn Canterbury, il-belt li sallum ghada l-kapitali religjuza ta' l-Ingilterra kollha. Ftit 'il boghod mill-kattidral tal-belt ghada tidher id-dar zghira li fiha Agnello qieghed il-patrijiet tieghu. Wara ftit, Agnello ha dar ohra fuq ix-xmara tal-belt, dar imdaqqsa u storika ferm li llum tinsab taht il-harsien tal-Knisja Anglikana. Fuq l-gholja li tahkem il-belt illum tilmah il-"Franciscan Study Centre', centru ta' studju fejn jistudjaw l-istudenti Frangiskani Inglizi. Dan ic-centru gie mibni ftit ilu bi stil tassew modern u fl-istess hin 'fqir u li hu maghqud mal-fakolta' ta' l-Universita ta' Kent.

 

Il-Frangiskani fl-Ingilterra mill-ewwel bdew joktru u jidhlu fil-hajja intelletwali Ingliza. Fl-1 ta' Novembru ta' l-istess sena 1224, il-Frangiskani marru f'Oxford, ic-centru intelletwali Ingliz. Hemm gibdu l-ammirazzjoni ta' kulhadd; kulhadd kien jintlaqat mill-ferh u l-faqar ta' dawk in-nies twajba. F'qasir zmien mijiet ta' zghazagh Inglizi libsu l-libsa fqira frangiskana u mlew is-swali ta' l-Università tal-belt.

 

Il-Provincja Frangiskana Ingliza sa mill-bidu nett bdiet tilma bl-idejali frangiskani, specjalment f'dak tal-faqar u l-patrijiet taghha kienu ta' ezempju ghall-Ordni kollu ghax gharfu jorbtu l-gherf mal-faqar, Ghalhekk il-missier qaddis ma setax ma jismax u jifrah b'uliedu fl-Ingilterra. Il-Frangiskani Inglizi taw hafna nies kbar kemm lil art twelidhom kif ukoll lill-Knisja Nisranija. Ta' min jiftakar li hafna mill-kbarat ta' l-iskola filosafika u teologika Frangiskana kienu Inglizi.

 

L-Ahhar Missjoni

Fil-bidu tas-sena 1225 il-missier qaddis rega' halla l-Assisi ghall-ahhar vjagg missjunarju tieghu. Fuq dan il-vjagg Tumas minn Celano jikteb hekk: "Frangisku kien tant jghozz is-salvazzjoni ta' l-erwieh u kellu tant ghatx li jirbah l-erwieh ghal Alla li, ghalkemm ma setax jimxi wahdu, mar jippriedka fl-irhula bilqieghda fuq hmar".

 

Fil-belt ta' Tivoli Frangisku ghamel l-ewwel waqfa tieghu u hemm qala' minghand wiehed habib tal-patriijiet bicca drapp biex qeghedha fuq spallejh, ghax kienet ix-xitwa u kien il-bard. Minn Tivoli, Frangisku gibed lejn Subiaco u hemm, din id-darba, dam ftit jiem. Imbaghad waqaf f'Celano u ghamel profezija lil wiehed kavallier li kien baqaghlu ftit jiem hajja. Minn Celano mar f'Pescina fejn ghamel zjara lill-isqof tal-post u ta l-mantell tieghu lil wahda mara xiha u fqira.

 

Kif Frangisku dahal fir-rahal il-gdid ta' Sarnano sab gilied kbir bejn in-nies ta' l-irhula tal-qrib. Ir-raguni tal-glied kienet wahda minn dawk il-hmerijiet li jhobbu jqanqlu n-nies ta' mohhom maghluq. L-inkwiet inqala' fuq l-arma ("stemma'' jew "coat of arms") li kellu jiehu dak ir-rahal gdid. Hadd ma seta' jaqbel u hadd ma ried iciedi, ghalhekk in-nies marru ghand Frangisku u dan malajr qata' l-kwistjoni; qabad il-kurdun u pinga bih serafin bil-gwienah u qalilhom li dik kellha tkun l-arma li riedu. Id-decizjoni tal-qaddis intoghogbot u Sarnano ghadu sallum igib bhala arma s-serafin li pinga Frangisku.

 

Migdud bil-Mard

Minn Sarnano, Frangisku gibed fejn Sassoferrato u wara li halla kollox lest biex jimbnew hemm kunvent u knisja, beda l-vjagg Lura lejn Assisi. Malli l-patrijiet raw lil missierhom quddiemhom ferhu u tnikktu fl-istess hin. Ferhu ghax il-presenza tieghu nisslet hena kbir f'qalbhom. Tnikktu ghax rawh f'sura li tbezza'. Meta nizel minn fuq il-hmar beda jixxengel u ma setax jimxi. Ghajnejh kienu mghottija minhabba l-marda li kienet kwazi ghamietu ghal kollox, L-ugigh tal-pjagi kien tassew kbir  u kien qed jifilguh, Barra minn hekk kellu l-fwied, il-milsa u l-istonku morda. U dan kien martirju kontinwu tahilhaqq. B'danakollu, il-missier qaddis baqa' ferhan bhas-soltu u jferrah lil dawk kollha ta' madwaru,

 

Malli Fra Elija, is-superjur ta' l-Ordni, lemah lil Frangisku f'dik is-sura, mill-ewwel intebah bil-gravità tas-sitwazzjoni. Elija kien ihobb b'qalbu kollha lill missier qaddis u ghalhekk qieghel lil erba' patrijiet biex jiehdu hsiebu lejl u nhar, Dawn kienu Bernard minn Quintavalle, Leone minn Assisi, Angelo Tancredi u Masseo minn Miarignano.

 

Kieku kien jiddependi minnu biss, Frangisku ma kienx jiehu hsieb ta' sahhtu imma l-obbedjenza kienet tigi ghalih qabel kollox. Hu xtaq imut biex ikun izjed qrib ta' Gesù li issa kien sar haga wahda mieghu. Izda Fra Elija wissieh li ma qieghedx fil-genb ir-rimedji li setghu jaghtu t-tobba. Mhux hiss, hadu wkoll fil-belt ta' Foligno biex jurih lil xi tobba.

 

Il-Kardinal Protettur ta' l-Ordni kien il-Kardinal Ugolino, habib intimu tal-qaddis, u Fra Elija deherlu li kien dmir tieghu li jgharrfu bil-qaghda fizika tal-qaddis, Ghalhekk kitiblu u t-twegiba ta' l-ittra ma damitx ma waslet. II-Kardinal ried li Frangisku jittiehed fil-belt ta' Rieti fejn kien hemm specjalista maghruf ghall-mard ta' l-ghajnejn. Sadattant Frangisku kellu vizjoni li fiha gie zgurat li wara inqas minn sentejn hajja fuq din l-art kien se jkollu l-hena fis-sema.

 

Kura fi Rieti

Qabel il-vjagg tieghu lejn Rieti, Frangisku tela' fejn San Damjan biex isellem lil Santa Klara u shabha. Kellimhom, berikhom u telaq fejn Rieti fejn sab il-Kurja tal-Papa tistennieh biex taghtih laggha xierqa. Gara li f'Settembru tat-1225, meta Frangisku wasal Rieti, il-Papa Onorio kien hemm ukoll mal-kbarat kollha tal-palazz pontificju: Onorio dam f'Rieti mit-23 ta' Gunju 1225 sat-3 ta' Frar tat-1226.

 

Frangisku ma riedx joqghod fil-belt ta' Rieti imma sab kenn ghand qassis xih fil-post imsejjah San Fabiano, zewg mill 'l barra mill-belt. Il-qaddis dam erba' xhur ghand dak il-qassis, F'La Foresta; kif jissejjah ukoll San Fabiano, Frangisku taha ghat-talb bla heda. L-ugigh zdiedlu bl-ahrax imma qatt ma wasal ittellfu l-paci kbira ta' ruhu. Fil-harifa ta' l-istess sena, Frangisku wasal wasla sal-belt biex jaghmel zjara ta' qima lill-Papa u fl-istess zmien il-Papa ha d-decizzjoni li l-qaddis kellu jigi operat f'ghajnejh. Intaghzel il-post Fontecolombo, fejn Frangisku kien kiteb l-ahhar zewg regoli, Din id-decizjoni ttiehdet f'Novembru tat-1225.

 

Il-jum ta' l-operazzjoni kien f'nofs Jannar tal-1226.  "L-operazzjoni kienet twila ghax bdiet minn fuq ii-widna u baqghet sejra sa fuq l-ghajnejn li minnhom kien johrog hafna dmugh ghal snin shah. It-tabib iddecieda ghalhekk li kien hemm bzonn jinqatghu l-vini kollha mill-widna sa fuq l-ghajn, ghalkemm dan kien kontra l-hsieb ta' tobba ohra; u dawn kellhom ragun ghax dak li sar kien ghalxejn, Imbaghad tabib iehor taqqablu widnejh t-tnejn, imma dan ukoll kien ghalxejn."

 

Tumas minn Celano jghid car u tond li l-operazzjoni kienet fjask kbir u l-qaddis mar iktar ghall-aghar milli ghall-ahjar. Imma Frangisku baqa' kalm: Bierek in-nar qabel l-operazzjoni u baqa' jilqa' t-tabib bi hlewwa kbira anke wara l-operazzjoni: Kemm dam f'Fontecolombo ghamel ukoll xi mirakli, fosthom dak li bil-barka tieghu waqfet il-marda li kienet qed toqtol il-bhejjem kollha tal-qrib.

<<|werrej|>>

<< lura lejn it-8 parti ...ikompli fl-10 parti >>


Dawn ir-rakkonti dwar Frangisku ta' Assisi li jidhru f'dawn fil-pagni huma mehudin mill-kitbiet ta' kittieba diversi. Ara n-nota f'Frangisku ta' Assisi - 1

Assisi 29.6.2003


 

"l-Aktar Gholi

nnifsu nebbahni

li kelli

nghix

skond

l-ghamla

tal-Vangelu Mqaddes" 

San Frangisk