San Frangisk - Hajja

 

<<|werrej|>>

<< lura lejn is-6 parti ...ikompli fit-8 parti >>


Frangisku ta' Assisi - 7

Tigdid fl-Ordni


Frangisku ma setax jasal malajr f'Orvieto ghax l-bastiment tefa' l-ankri fil-port ta' Venezia u din il-belt tinsab `il boghod hafna minn fejn kien il-Papa.

 

Minn Venezia l-qaddis qabad it-triq lejn Orvieto u kellu jghaddi minn Bologna, fejn kien kemm kunvent gdid tal-patrijiet tieghu. Bologna kienet centru universitarju, u dan il-kunvent kien il-kenn tal-patrijiet li kienu jistudjaw f'dik l-universitą famuza.

 

Kardinal Protettur

Milli jidher, il-kunvent ta' Bologna kien komdu sew u ma kienx fih dak il-faqar li tant kien ihobb il-qaddis. Frangisku hadha bi kbira wisq meta lemah dik id-dar sabiha u komda, irrabja u qabad u telaq minn hemm. Wara sejjah u canfar lis-superjur u nehha l-patrijiet kollha ta' dak il-kunvent u baghathom fi djar ohra.

 

Malli wasal Orvieto, Frangisku resaq ghand il-Papa u tkellem mieghu fuq il-problemi godda ta' l-Ordni. Fost il-hwejjeg li gew diskussi kienet ta' importanza kbira l-hatra ta' Kardinal Protettur ta' l-Ordni, jigifieri li l-0rdni jkollu wiehed mill-Kardinali li jiehu hsiebu u li ghandu jkun jista' jersaq sikwit il-Ministru Generali. L-idea kienet ta' Frangisku u l-Papa laqaghha minn qalbu. Frangisku ghazel bhala l-ewwel Protettur l-isqof ta' Ostia Ugolino li kien ragel u qaddis u li Frangisku kien ghamel habib mieghu fl-1217 meta kien isqof f'Firenze.

 

Issa kienet dahlet il-harifa tas-sena 1220 u fid-29 ta' Settembru ltaqa' l-Kapitlu li, bhas-soltu, kien isir ghall-festa ta' San Mikiel. F'din il-laggha Frangisku ried iqieghed kollox f'postu u jwarrab l-inkwiet mill-Ordni, inkwiet li minhabba fih kellu jitlaq hesrem mill-Orjent.

 

Organizzazzjoni fl-0rdni

L-ewwel haga li Frangisku ghamel fil-Kapitlu ta' Settembru nehha z-zewg Vigarji, Gregorio minn Napli u Matteo minn Narni, li hu stess kien hatar u li sena qabel kienu qalghu l-inkwiet fl-0rdni. Flokhom gieghed bhala Vigarju Generali lil Pietro Cattani, b'seghat kbar. Imbaghad Frangisku irrinunzja t-tmexxija ta' l-0rdni izda baqa' kap tieghu. Dan ghamlu kemm minhabba sahhtu li bdiet sejra lura gmielha kif ukoll biex ikun jista' jsib zmien ghat-talb u l-missjonijiet li kien jaghmel minn post u zmien ghall-iehor.

 

Issa l-0rdni li tant kiber b'mod fenomenali rega' sab ruhu f'paci kbira. Imma Frangisku ma qaghadx ghazzien. Ha mieghu lil Cesario minn Spira u t-tnejn hadmu fuq ir-regola li kien approva l-Papa Innocenz. Dik l-ewwel regola kienet qasira hafna u Frangisku ried izidha u jzejjinha b'hafna kliem mill-Vangelu, Din l-ewwel regola mizjuda kien fiha 23 kapitlu imma ma setghetx tinghogob specjalment mis-superjuri ta' l-Ordni ghax kienet miftuha wisq u ghalhekk kienu thalli post ghal opinjonijiet diversi u tista' tohloq l-inkwiet. `Il quddiem, Frangisku fehem li dak li qalulu s-superjuri kien minnu u beda jahdem fuq regola ohra.

 

Sadattant Frangisku ta ordni li l-patrijiet jergghu jiltaqghu f'Kapitlu Generali nhar l-Ghid il-Hamsin tas-sena 1221. Issa kienet diga' dahlet is-sena 1221 u f'Marzu ta' dik is-sena miet il-Vigarju gdid ta' l-0rdni, Pietro Cattani. Ftit wara gie maghzul il-Vigarju l-gdid fil-persuna ta' Fra Elija Bombarone li qabel ma dahal patri kien jew konslu jew tifel ta' konslu. Elija kien amministratur kapaci u Frangisku kellu stima kbira tieghu. Min-naha tieghu, Elija kien ihobb b'qalbu kollha lil Frangisku.

 

Iz-zmien tal-Kapitlu Generali wasal u eluf ta' patrijiet minn kull naha waslu Assisi ghalih. In-numru ta' patrijiet kien tassew kbir, bejn l-erbgha u l-hamest eif ruh, Ir-raguni ta' ghadd hekk kbir ta' patrijiet kienet ghaliex hafna kienu semghu bix-xniegha li l-missier qaddis kien diga' mejjet, jew ghax ghereq fis-safra fl-0rjent jew bhala martri. Ghalhekk riedu jaraw x'kienet il-verita. Dawn, meta waslu Assisi u raw quddiemhom lil Frangisku kollu dahkan, ferhu bosta u izzu hajr lil Alla li missierhom kien ghadu haj fosthom.

 

Fost id-decizjonijiet li ttiehdu f'dan il-Kapitlu kienet dik imressqa minn Frangisku fuq il-Provincja tal-Germanja. Kulhadd qabel li patrijiet godda ghandhom jintbaghtu f'dik l-art. Frangisku talab lil Elija, li issa kien president tal-Kapitlu u Vigarju Generali, biex jaghmel bhal referendum u jara kemm kien hemm patrijiet li riedu jmorru hemm. Wara li spicca l-Kapitlu giet it-twegiba u n-numru ta' voluntjieri kien ta' disghin.  Wara ftit taz-zmien dawn il-patrijiet telqu fejn il-Germanja taht it-tmexxija ta' Cesario minn Spira. F'qasir zmien il-Provincja Germaniza kibret b'mod fenomenali wkoll u minnha hargu hafna kunventi ohra fl-artijiet tat-Tramuntana ta' l-Ewropa.

 

Missjoni f'diversi bliet u rhula

Fis-sajf tas-sena 1221, Frangisku halla Assisi u beda l-vjagg tieghu fejn in-nofsinhar ta' l-Italja bil-ghan li jzur is-santwarji ta' San Mikiel f'Monte Gargano u ta' San Nikola ta' Bari, L-ewwel post li waqaf ftit fit-tul kien dak tar-rahal ta' Marera fejn kienet toqghod in-nobbli qaddisa Beata Filippa Mareri, imsejha "il-Barunissa qaddisa". Din riedet timxi fuq il-passi ta' Santa Klara, u Frangisku taha l-velu ta' soru frangiskana.

 

Fir-rahal ta' Corvaro, Frangisku kellu laqgha kbira min-nies ta' hemm. Dawn in-nies kienu tant devoti ta' Frangisku li qabel ma hallihom talbuh il-kapocc tal-libsa li kellu fuqu, u hu tahulhom minn qalbu. Dan il-kapocc ghadu miqjum b'ghozza kbira f'dan ir-rahal. Minn Corvaro Frangisku mar fil-belt ta' Subiaco u ghadda hemm xahrejn, Lulju u Awissu, jaghmel penitenza u jitlob. Fil-knisja iddedikata lil San Girgor wiehed jista' jara kitba u pittura li tfakkar fiz-zjara li l-qaddis ghamel lil dan il-post.

 

Wara li halla Subiaco, Frangisku ghadda mill-irhula ta' Bellegra, Piglio u Artena u waqaf f''Cori fejn ghamel miraklu ma' wiehed ragel li kien tilef l-uzu ta' riglu u talab lil Frangisku biex ifejqu, Il-qaddis messlu riglu bil-bastun tieghu li fuqu kellu s-sinjal "T" u dak it-ragel fieq minnufih.

 

Imbaghad qibed lejn Gaeta u hemm sab ruhu imdawwar bin-nies li fl-entuzjazmu taghhom bdew imessuh biex jitbierku mill-kuntatt mieghu. Tant rassewh dawk in-nies li Frangisku rikeb dghajsa u din wehidha gibdet 'il barra mix-xtajta.

 

Fl-ahhar sab ruhu f'Bari. Kien ix-xahar ta' Dicembru tas-sena 1221 u nzerta kien hemm l-Imperatur Federiku II ma' hafna kbarat. Il-priedki ta' Frangisku specjalment fuq is-safa u l-penitenza xejn ma ghogbu lil dawk in-nies li bosta minnhom kienu moghtijin ghad-dinja. Beda jinghad bejniethom li Frangisku kien jippriedka haga u jaghmel ohra, u riedu jonsbuh. Stednuh ghand l-Imperatur u tawh kamra mill-iktar komda biex jorqod fiha. F'din il-kamra qieghdu mara biex tistieden lill-qaddis ghad-dnub u huma qaghdu jharsu minn xi xquq biex jaraw x'kien se jigri. Imma Frangisku minflok mar fuq is-sodda komda, resaq fejn il-hatab jaqbad f'dik il-kamra  u stieden lill-mara tinxtehet mieghu fuq il-gmamar jaqbdu. Dik mill-ewwel fehmet x'ried jghidilha l-qaddis, gharfitu b'qaddis u talbitu mahfra.

 

Minn Bari, Frangisku tela' lejn l-Abruzzi u minn hemm baqa' sejjer fejn Santa Maria ta' l-Angli ghall-Kapitlu Generali tas-sena 1222. Wara din il-laqgha, il-qaddis mar Bologna, fl-Italja ta' fuq. Frangisku ippriedka fil-misrah ewlieni tal-belt u in-nies marret tisimghu bi hgarha. Il-misrah ma setax jasa' nies iktar u dawk li kienu hemm bdew jinxtehtu fuq il-qaddis biex imessuh u jiehdu xi bicca mill-libsa tieghu.

 

Fil-missjoni ta' Bologna sar gid kbir. Izda ma nafux x'gara sewwa wara dik il-missjoni li grat madwar it-Tlugh fis-Sema tal-Madonna tas-sena 1222. Nafu biss li fl-0rdni qam moviment ta' lmenti fuq ir-Regola. Hafna mill-patrijiet dehrilhom li kienet iebsa wisq u riedu xi tibdil specjalment f'dak li jmiss il-faqar kif riedu Frangisku.

 

Il-Kapitlu tal-Hsajjar

Fl-Ghid il-Hamsin tas-sena ta' wara, 1223, il-patrijiet ingabru b'eluf kbar ghall-Kapitlu Generali imsejjah "tal-Hsajjar" ghax kienu b'ghadd hekk kbir li ma kellhomx fejn joqoghdu hlief il-hsajjar. Dan il-Kapitlu hu mill-iktar importanti fl-istorja ta' l-Ordni. Fih giet diskussa r-Regola u l-Ministri Provincjali kellmu liil-Kardinal Ugolino, li kien hemm presenti bhala Protettur ta' l-Ordni, biex f'isem il-patrijiet iqieghel lill-missier qaddis irattab ftit ir-Regola. Riedu li almenu f'kazijiet ta' htiega kbira l-patrijiet ikunu jistghu izommu xi haga.

 

Il-Kardinal Protettur indahal fin-nofs, imma l-qaddis baqa' sod fil-fehma tieghu. Qabel ma ha d-decizjoni finali, il-qaddis talab lil Kristu u t-twegiba ta' Gesł kienet li m'ghandu jippermetti xejn la fil-privat u lanqas fil-pubbliku "ghax dik kienet il-familja tieghu li ghaliha kien sejjer jipprovdi dejjem u jzommha shiha, tikber kemm tikber, sakemm tibqa' tafda fih" Frangisku ta' din it-twegiba ahharija lill-Kapitlu u l-patrijiet ma tkellmux iktar fuq hekk.

 

Ir-Regola Bullata

Il-qaddis fehem li r-Regola approvata mill-Papa Innocenz, imma mizjuda minnu snin wara, kienet miftuha ghal hafna tifsir. Ghalhekk mar f'Fontecolombo ma' Fra Leone u Fra Bonizio minn Bologna biex jikteb regola ohra. Wara sawn twil u talb hergan kiteb din it tieni Regola u taha lilt-Vigarju ta' l-Ordni, Fra Elia Bombarone minn Cortona. Din ir-rigola ghal xi raguni ntilfet. L-ghorrief jahsbu li fil-fatt ma kien tilifha xejn, imma li billi kienet iktar torbot minn dik ta' qabel giet warrabha min-nofs biex ma jqumx ilmenti fost il-patrijiet.

 

Frangisku sghobbih ferm ghal dak li gara u raga' qaghad f'Fontecolombo biex jerga' jikteb ir-Regola. Kif kien qed jiktibha raga' mar ghandu Fra Elia mal-Ministri Provincjali u qallu li kienu semghu li qed jikteb Regola iebsa. Qallu wkoll li l-Ministri ma riedux jintrabtu b'Regola hekk iebsa u ghalhekk ma kienx obbligati josservawha. Frangisku hares lejn is-Sema u kellem lil Kristu "M'ghidtlekx li mhumiex se jemmnuni?" Dak il-hin instema' lehen mis-Sema ighid: "Frangisku, mhemm xejn fir-Regola li hu tieghek; kull haga li fiha r-Regola hija tieghi." Ghal dan il-kliem, kulhadd qaghad kwiet. Dan ighidulna Fra Leone stess li kien presenti.

 

Fil-festa ta' San Mikiel tas-sena 1223, Frangisku qieghed ir-Regola gdida tieghu (it-tielet wahda) quddiem il-Kapitlu. Il-Kapitlu ma laqaghhiex shiha kif kienet imma sar fiha xi tibdil. Frangisku deherlu li dak it-tibdil ma kienx imiss il-qalba tar-Regola u qaghad ghar-rieda ta' wliedu. Imbaghad telaq lejn Ruma ghand il-Kardinal Ugolino u dan ghamel fiha l-ahhar tibdil biex jaghtiha sura iktar legali kif titlob il-Knisja. Wara giet mehudha ghand il-Papa u dan approvaha bil-bolla "Solet Annuere" bid-data tad-29 ta' Novembru 1223. Din ir-Regola, imsejha "Regola Bullata". L-originali ta' din ir-Regola tinsab taht il-harsien tal-Frangiskani Konventwali fis-Sacro Convento ta' Assisi.

<<|werrej|>>

<< lura lejn is-6 parti ...ikompli fit-8 parti >>


Dawn ir-rakkonti dwar Frangisku ta' Assisi li jidhru f'dawn fil-pagni huma mehudin mill-kitbiet ta' kittieba diversi. Ara n-nota f'Frangisku ta' Assisi - 1

Assisi 29.6.2003


 

"l-Aktar Gholi

nnifsu nebbahni

li kelli

nghix

skond

l-ghamla

tal-Vangelu Mqaddes" 

San Frangisk