Kultura Frangiskana - Letteratura |
||
Gorg Pisani 1909-1999 Ex-novizz Frangiskan isir fost l-aqwa Poeti Ghawdxin kitba tan-Nutar Dr. Paul Gorg Pisani, iben il-poeta It-Tfulija Gorg Pisani twieled ir-Rabat, Ghawdex fis-6 ta’ Mejju 1909, minn Pawlu, Ghawdxi u negozjant ta’ l-inbid u Teresa nee’ Calleja, Maltija, li kienet tghix Ghawdex flimkien mal-familja taghha. Ghex it-tfulija tieghu f’dar kbira fi Triq it-Tigrija, illum maghrufa bhala Triq ir-Repubblika, li hija tista’ tghid l-arterja principali tal-gzira. Fi zmienu it-toroq kienu playground ghat-tfal u Triq it-Tigrija ma’ kenitx eccezzjoni. Ma kienx hemm it-traffiku tal-lum! Interessanti l-fatt li fir-rumanz tieghu “Beraq u Qawsalli” (1976), Pisani jsemmi l-wasla ta’ l-ewwel karozza tan-nar f’Ghawdex, fatt li huwa kellu x-xorti li jara b’ghajnejh stess. Rigward il-loghob tat-tfulija, missieri kien ihobb isemmi li l-aktar loghba li kienu jiehdu pjacir biha kienu li jilghabu “tal-knisja” u ghaldaqstant kienu jimitaw id-diversi purcissjonijiet li kienu jghaddu f’dawk iz-zmenijiet minn Triq it-Tigrija. F’dar faccata tad-dar ta’ Pisani kien hemm dar ohra li kellha l-art miksija bl-injam. Fuq dan il-palk improvizat, Pisani kien jidderiegi wkoll xi dramm ivvintat dak il-hin stess, u l-povri “atturi” tieghu kienu mistennija jitghallmu l-battuti taghhom dak il-hin stess, kif johorgu mill-immaginazzjoni fertili tieghu!
Bieb ma’ bieb ma’ Pisani kienet toqghod il-familja ta’ zitu, oht ommu u tewmija maghha, Eliza mizzewga lil Dottor Nicolo` Tabone. Il-hitan tal-gonna tad-dar taghhom kienu baxxi hafna u ghalhekk it-tfal kienu jaqbzu l-hitan u jmorru jilghabu ghand xulxin. Wiehed mill-kumpanni tal-loghob ta’ Pisani kien kuginuh, Censinu Tabone, li eventwalment lahaq President tar-Repubblika ta’ Malta.
Is-Sejha Religjuza Fl-adoloxxenza, Pisani hass is-sejha religjuza u beda n-novizzjat mal-Patrijiet Frangiskani Kapuccini. Fl-Ordni Frangiskan, Pisani kellu l-isem ta’ Fra Alipju. Hemmek huwa ghamel studji avvanzati fil-letteratura klassika u t-teologija. Kien f’dan iz-zmien li huwa beda jikteb poeziji bil-Malti fir-rivista tal-Frangiskani Kapuccini “L-Immakulata”. Izda dan ma’ kienx l-ewwel attentat ghall-kitba tal-poezija ta’ Pisani. Huwa stess jistqarr li l-ewwel attentat ta’ poezija tieghu kienet “sunett” tal-festa fl-okkazjoni tal-festa ta’ l-Assunta. Kien ghamillu inkoraggiment sabiex jikteb, il-mibki Monsinjur Arcidjaknu Luigi Vella, rumanzier, poeta, teologu u kittieb Ghawdxi.
It-Taghlim u l-Hidma fil-Gwerra Wara li halla l-kunvent, Pisani beda l-karriera tieghu ta’ ghalliem. F’dan iz-zmien huwa ikkolabora ma’ E.B. Vella fid-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni biex jingabar materjal didattiku ghat-text books tal-Malti “Gabra ta’ Ward” li gew stampati fl-Oxford University Press fl-1930. Pisani nhatar l-ewwel surmast tal-Malti fil-Liceo t’Ghawdex fl-1935. Kien f’dan l-istess zmien li Gorg Pisani introduca l-istudju tal-Malti fis-Seminarju t’Ghawdex u fl-1936 introduca t-taghlim tal-Malti lill-ghalliema li kienu qeghdin jattendu l-Post Certificate Course.
Fl-eqqel granet tal-gwerra, fl-1940 kien imsejjah Malta sabiex jahdem fid-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni. Hemmek huwa hadem bhala traduttur u ko-editur tal-harga Maltija ta’ l-Information Service Bullettin. Din il-hidma giet imsemmija mill-kittieb Ingliz Francis Gerard fil-ktieb tieghu Malta Magnificent, stampat f’Londra fl-1943. Matul dan iz-zmien, Pisani ghallem ukoll it-Taljan u l-Malti fl-iskola sekondarja tal-bniet fil-Belt Valletta u introduca l-istudju tal-Malti lill-istudentessi tal-Kunvent tas-Sacred Heart f’San Giljan.
Fl-1942 kien mahtur Assistant Information Officer ghal Ghawdex. Huwa fetah Information Bureau kwazi fl-irhula kollha t’Ghawdex. Kien fi zmien il-gwerra li Pisani kellu sehem kbir fil-gabra tal-qamh minghand il-bdiewa Ghawdxin, meta il-provvisti ta’ l-ikel f’pajjizna kienu qabdu t-triq tan-nizla u pajjizna kien ser icedi lill-ghadu. Bil-kelma herqana u konvincenti tieghu f’meetings imsejha ghal t’apposta fil-pjazzez ta’ l-irhula t’Ghawdex, Pisani rnexxielu jipperswadi lill-bdiewa jcedu l-qamh prezzjuz taghhom lill-Gvern sabiex tigi evitata disfatta nazzjonali. Dan kollu Pisani fakkru fil-ktejjeb “Il-Gabra tal-Qamh” (1945).
Hidma fid-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni wara l-Gwerra Wara tmiem il-gwerra, Pisani rega’ beda t-taghlim tal-Malti, Religjon, Storja u Latin fil-Liceo t’Ghawdex u baqa’ jahdem ukoll fid-Dipartment ta’ l-Informazzjoni. Huma hafna dawk li ghadhom jiftakru l-filmshows li huwa kien jorganizza wara nzul ix-xemx fil-pjazzez t’Ghawdex sabiex jeduka l-poplu u jzommu aggornat dwar il-grajjiet kurrenti. Fil-Banca Giuratale fir-Rabat, Ghawdex, fetah ufficcju centrali b’kamra ghall-qari attrezzata hafna fejn wiehed kien isib jaqra gurnali, rivisti u kotba dwar suggetti varji. Fuq inizjattiva tieghu wkoll kienu stallati l-loudspeakers tar-Rediffusion fil-pjazzez t’Ghawdex mnejn il-poplu kien jisma’ l-ahbarijiet u l-avvizi tal-Gvern. Pisani kien ukoll wiehed mill-pijunieri tax-xandir f’Ghawdex. Huwa kien introduca sistema ta’ xandir minn Ghawdex ghal Ghawdex permezz ta’ sistema rudimentali li kienet tahdem bil-linji tat-telephone u kien wiehed mill-pijunieri tal-programm t’Ghawdex fuq ir-radju nazzjonali, liema programm ghadu jixxandar sal-lum.
F’dan iz-zmien id-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni kellu taht il-gurisdizzjoni tieghu wkoll it-turizmu. Gorg Pisani wettaq hidma sfieqa f’dan il-qasam billi rewwah fuq ix-xrar tat-turizmu li kien qieghed jaqbad bil-mod wara l-gwerra. Huwa dawwar personalment ma’ Ghawdex bosta personalitajiet importanti u agenti ta’ l-ivvjaggar li kienu qeghdin jiskopru lill-Ghawdex. Mill-ufficcju tieghu, Pisani laqa’ lit-turist f’Ghawdex, ipprovdielu mapep u materjal iehor stampat ta’ informazzjoni, kif ukoll kull ghajnuna li t-turist kien jehtieg f’dawk iz-zmenijiet meta ma kienx hawn l-istrutturi turistici li hawn llum.
Awtur Prolifiku Il-kitba tal-poezija u l-proza ta’ Gorg Pisani malajr gibdet l-attenzjoni ta’ l-istudjuzi Maltin ta’ dik il-habta, fosthom Dun Karm, Sir Temi Zammit, il-Professur Monsinjur Pietru Pawl Saydon, u l-Professur Patri Anastasju Cuschieri O.C. Fl-1946, ismu kien diga’ jidher fl-“Encyclopaedia of Literature” ippubblikata dik is-sena fi New York.
Gorg Pisani ippubblika tmien kotba ta’ poeziji, l-aktar maghrufa huma bla dubju “L-Ghid taz-Zghozija” (1945), “Il-Waltz tad-Dellijiet” (1951), “Melodiji u Kuluri” (1953), u “It-Trijonf tal-Paci u Poeziji Ohra” (1984). Wara mewtu, fis-sena 2000, il-Professur Oliver Friggieri stampa antologija mill-kotba kollha ta’ Pisani bl-isem “Gorg Pisani - Poeziji”. Id-drammi ippubblikati huma sitta: “Il-Gabra tal-Qamh” (1945); “Is-Sengha ta’ l-Imhabba” (1945); “ L-Ghanja tar-Rebbiegha” (1947); “Il-Kewkba” (1949); “Apoteosi” (1978); u “Is-Sigriet ta’ Suor Kristina” (1978). Gorg Pisani ippubblika wkoll gabra wahda ta’ novelli bl-isem “Ghoxrin Novella” (1946) u gabra ta’ essays bl-isem “Evviva l-Hajja!” (1963). Gorg Pisani hallilna wkoll zewg rumanzi, wiehed bl-isem: “Beraq u Qawsalli” (1976) u iehor bl-isem: “Zerniq fuq l-Gholjiet” (1982). Dawn it-tnejn inqraw diversi drabi minn Charles Arrigo fuq ir-radju nazzjonali u kull darba kellhom udjenza kbira li segwiethom. Pisani kien ukoll studjuz tal-folklor u l-istorja ta’ pajjizna. Huwa ippubblika zewg gabriet ta’ leggendi Ghawdxin, l-ewwel wahda bl-isem: “Ghawdex Johlom fil-Leggendi” (1980) u l-ohra bl-isem “Mill-Gzira tal-Holm” (1995). Wara mewtu, gie ippubblikat “Id-Duwa tal-Maddalena” (2000), gabra ta’ taghrif folkloristiku.
Rispett Gorg Pisani miet fl-24 ta’ Frar 1999. Kemm kien rispettat f’hajtu Gorg Pisani, wiehed seta’ jarah fil-funeral tieghu fil-Bazilika ta’ San Gorg tar-Rabat, Ghawdex. Fil-funeral tieghu kkoncelebraw wiehed u sittin sacerdot u l-kongregazzjoni tmexxiet mill-E.T. il-President ta’ Malta Dr. Ugo Mifsud Bonnici. Ghaliha attenda wkoll il-Prim Ministru, l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rapprezentanti, il-Ministru Ghal Ghawdex, membri parlamentari Ghawdxin, is-Sindku tal-Belt Victoria, u bosta sindki ohra, il-Magistratura Ghawdxija, il-Kummissarju tal-Pulizija, u bosta Ghawdxin u Maltin.
F’hajtu Pisani rebah bosta konkorsi u premijiet letterarji, specjalment dawk mnedija minn “Lehen il-Malti” u mill-“Pronostku Malti” bejn is-snin 1931 u 1935. Huwa nghata l-premju governattiv “Malta Literary Award” fl-1977 ghall-ewwel rumanz tieghu “Beraq u Qawsalli” u fl-1983 ghat-tieni rumanz tieghu “Zerniq Fuq l-Gholjiet”. Fl-1983 inghata il-premju internazzjonali “Citta’ di Valletta”. Fl-1986 inhatar membru ghal hajtu ta’ l-“Ghaqda Poeti”. Il-Gvern Malti onorah bil-“Midalja Ghall-Qadi tar-Repubblika” fl-1992, filwaqt li l-Kunsill Lokali tal-Belt Victoria onorah bl-unur “Gieh il-Belt Victoria” fl-1997.
Mafkar f’gieh Gorg Pisani. Nhar is-Sibt 23 ta’ Gunju 2001, il-President ta’ Malta, l-E.T. Professur Guido de Marco, kixef mafkar fil-bronz ta’ Pisani fi Triq Putirjal, ir-Rabat, Ghawdex. Il-mafkar huwa xoghol l-artist Ghawdxi, l-Kavallier Alfred Camilleri Cauchi u nhadem fil-bronz fil-funderija “Bonvicini” ta’ Verona, l-Italja. Il-mafkar sar b’inizjattiva komuni tal-Kunsill Lokali tal-Belt Victoria, Ghawdex u l-Kumpless tal-Liceo “Ninu Cremona” tar-Rabat, Ghawdex bl-ghajnuna ta’ bosta entitajiet, ditti u persuni privati. Ghac-cerimonja, minbarra l-President tar-Repubblika u s-Sinjura De Marco, attendew fost l-ohrajn il-Prim Ministru u s-Sinjura Fenech Adami, l-Ispeaker u s-Sinjura Tabone, il-Ministru ghal Ghawdex u s-Sur Debono, il-Kap ta’ l-Oppozizzjoni, is-Sindku tal-Belt Victoria u s-Sinjura Cassar, Presidenti Emeriti, membri parlamentari, sindki, rapprezentanti ta’ ghaqdiet letterarji u civici, u cittadini Ghawdxin u Maltin. Waqt ic -cerimonja tal-ftuh sar fost l-ohrajn diskors importanti hafna mill-Professur Oliver Friggieri, Kap tad-Dipartiment tal-Malti fl-Universita’ ta’ Malta, li ddeskriva fost l-ohrajn l-element pozittiv fil-poezija ta’ Pisani is-sens ta’ ferh, anke meta l-poeta jinsab imnikket. Friggieri tkellem ukoll dwar il-patrijottizmu fil-poezija ta’ Pisani, kif ukoll dwar ir-rispett li bhala poeta jixraqlu Pisani. Friggieri ikkonkluda li ghalkemm il-poeta ma huwiex ta’ xi beneficcju ekonomiku specjali lill-pajjiz, il-fatt li l-awtoritajiet kollha tal-pajjiz kienu prezenti juri kemm huwa grat il-pajjiz lejn Pisani u xogholijietu. Diskorsi ohra saru minn Carmel Attard, il-president tal-kumitat organizzattiv, mill-Ministru ghal Ghawdex, mis-Sindku tal-Belt Victoria u minn iben il-poeta. Il-President ta’ Malta fakkar kif Gorg Pisani jista’ jitqies bhala l-ewwel guide book t’Ghawdex, ix-xogholijiet tieghu huma innu ta’ tifhir lill-Ghawdex u kienu strumentali sabiex Ghawdex isir tant maghruf u mahbub mill-Maltin u mill-barranin. Il-mafkar tbierek mill-Isqof t’Ghawdex, Monsinjur Nikol Guzeppi Cauchi. Matul is-serata nqraw ukoll xogholijiet ta’ Pisani u kien hemm ukoll kant mill-kor “Laudate Pueri”. Qabel il-programm, il-Banda Cittadina “La Stella” immarcjat mit-Teatru Astra ghal Triq Putirjal filwaqt li l-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta immarcjat mill-Kumpless Ninu Cremona sa’ Triq Putirjal. L-istess banda daqqet bcejjec muzikali waqt il-programm, li ngieb fi tmiemu bl-“Innu lill-Ghawdex” miktub minn Pisani stess u muzikat mill-Professur Joseph Vella, u bl-Innu Nazzjonali. Dan il-mafkar huwa tislima kontinwa tal-Ghawdxin lill-aqwa poeta taghhom.
Lil San Frangisk t'Assisi Intemmu b'wahda mill-poeziji li Gorg Pisani ddeddikata lil San Frangisk din dehret fil.ktieb ta' Gorg Pisani, Il-Waltz tad-dellijiet, mitt sunett, .
Lid-dinja chadt; b'gidek ghazilt il-faqar, inzajt ferhan l-ilbies tas-sinjorija; stmerrejt il-gieh, kull xorta ta' fohrija, habbejt u tlabt, sofrejt fis-skiet u s-sabar.
Bis-Salib biss ridt tifrah u tiftahar, ghalhekk fuq l-Gholja gewwa ragg ta' dija ilqajt il-hames pjagi ta' tbatija biex fik ta' Kristu x-xebh kollu jingabar.
'L Alla berikt fil-ferh, berikt fid-dwejjaq, tqabadt mal-qerq li l-qlub kien qed itabba'; b'kelma mimlija sliem, mielsa u fuq ruhha.
U staghbu l-gnus xhin Serafin ta' mhabba, rawk thares fis-smewwiet b'dirghajk miftuha tkanta, poeta, l-ghanjiet kbar, tal-hlejjaq.
Dan l-artiklu deher fir-Rivista il-Hajja f'Ghawdex bl-isem Gorg Pisani, il Poeta Ghawdxi li ghadu haj f'Qalb l-Ghawdxin. Dan it-taghrif bijografiku nkiteb min-Nutar Dr. Paul Gorg Pisani, iben il-poeta, fuq talba tad-direzzjoni tar-rivista b'tifkira ta’ gheluq l-ewwel sena mit-twaqqif tal-mafkar monumentali lil Gorg Pisani. Ritratt tal-Mafkar moghti minn Joseph Zammit (Ghawdex) Valletta: 16.7.2005 |
Gorg Pisani 1909-1999 Fl-adoloxxenza Pisani hass is-sejha religjuza u beda n-novizzjat mal-Patrijiet Frangiskani Kapuccini. Fl-Ordni Frangiskan, Pisani kellu l-isem ta’ Fra Alipju. Hemmek huwa ghamel studji avvanzati fil-letteratura klassika u t-teologija. Kien f’dan iz-zmien li huwa beda jikteb poeziji bil-Malti fir-rivista tal-Frangiskani Kapuccini L'Immakulata
Mafkar f’gieh Gorg Pisani |
|
![]() |