Kultura Frangiskana - storja |
|||||
"Il-Habbâr ta’ Sant’Antnin"
1911-1968... u mill-gdid minn 2000 kitba ta' P. Edmund Tewma OFMConv F’Malta u Ghawdex minn dejjem kien hawn devozzjoni qawwija lejn Sant’Antnin ta’ Padova. Biex din id-devozzjoni tkompli dejjem tikber, f’Jannar 1911, il-Frangiskani Konventwali kienu hargu l-ewwel numru tar-rivista bil-Malti, Il-Habbâr ta’ Sant’Antnin. Il-fundatur kien Patri Wig Tonna Barthet OFMConv., Ministru Provincjal (1908-1917). Hu kien ukoll l-ewwel direttur tar-rivista. Din mill-ewwel saret popolari fost il-Maltin u l-Ghawdxin. Hafna kienu l-abbonati, tant li l-ewwel numri tar-rivista nhatfu wara ftit. Fil-bidu tieghu Il-Habbâr ta’ Sant’Antnin qala’ l-barka ta’ l-Isqof ta’ Malta Mons. Pietru Pace u dik ta’ Mons. Gorg Caruana, Isqof Malti fi Puerto Rico, li kien abbonat fir-rivista.
Ghall-ewwel Il-Habbâr kienu jistampawh fl-istamperija tad-Dar ta’ San Guzepp, il-Hamrun. Fis-snin 20 ix-xoghol beda jsir fit-tipografija ta’ Chrétien, fi Triq l-Ifran, il-Belt. Wara t-tieni gwerra dinjija (1939-45), ir-rivista regghet ittiehdet ghall-istampar fid-Dar ta’ San Guzepp. Fil-bidu tas-snin hamsin marret fil-Lux Press tal-Hamrun, imbaghad ghal ftit xhur fl-Orphans’ Press ta’ l-Istitut ta’ San Guzepp f’Ghajnsielem.
Minn Jannar ta’ l-1957 Il-Habbâr ittiehed ghand id-ditta Giov. Muscat ta’ Triq il-Merkanti l-Belt. Imbaghad fl-1962, il-patrijiet xtraw stamperija u bdew jistampaw ir-rivista huma stess fil-kunvent ta’ San Frangisk il-Belt. Aktar tard il-magni tas-St. Francis Press ittiehdu fil-kunvent il-gdid ta’ Birkirkara, fi Triq l-Imsida. L-ahhar faxxikli tar-rivista hargu minn hemm. Fis-snin sittin saru hafna sagrificcji biex ir-rivista tibqa’ tohrog. Din, ghalkemm kienet tinbiegh bi ftit flus, kienet saret piz tqil biex tigi ppubblikata. Dik il-habta kien hawn hafna rivisti religjuzi ta’ l-istess xehta ta’ Il-Habbâr. L-interess naqas u r-rivista kienet isserrah fuq l-ghajnuna finanzjarja li kienu jaghtu s-superjuri u l-benefatturi.
Kien ghadu kif spicca l-Koncilju Vatikan II li ta hafna importanza lill-mezzi ta’ komunikazzjoni. Fl-1967 grupp ta’ erba’ patrijiet Frangiskani Konventwali waqqfu board editorjali. P. Alessandu Bonnici sar l-ewwel editur u flimkien ma’ P. Alfred Calleja, P. Ruggier Camilleri u P. Elija Vella xtaqu jaghtu xejra gdida lill-Habbâr ta’ Sant’Antnin. Ghalkemm kien deciz li Il-Habbâr jibqa’ johrog, huma xtaqu jhejju pubblikazzjonijiet ta’ xehta u ghamla gdida fil-qasam tal-letteratura religjuza. Dan wassal ghat-twaqqif tad-Dar Editrici "Religjon u Hajja" li sas-sena 2000 ippubblikat iktar minn 150 ktieb. Ghalhekk il-bord editorjali beda jippubbilka kitbiet fuq argument wiehed biss ghal kull numru li kien jigi stampat b’zewg qoxriet differenti: wahda bl-isem Religjon u Hajja u l-ohra bl-isem Il-Habbâr ta’ Sant’Antnin.
Il-Habbâr dam johrog ghal sentejn ohra (1966-68) b’din il-libsa l-gdida, imma ftit wara kellu jieqaf minhabba problemi finanzjari. L-ahhar darba li deher kien f’Dicembru 1968.
Wara kwazi 32 sena, fis-sena 2000 Il-Habbâr ta’ Sant’Antnin rega’ beda johrog b’libsa moderna, li tixraq liz-zminijiet li qeghdin fihom u b’artikli li jinteressaw lil kulhadd. Qed johrog ukoll bil-ghajnuna u l-kollaborazzjoni tal-Grafiche Messaggero ta’ Padova, id-dar editrici li tippubblika "Il Messaggero di Sant’Antonio" b’diversi lingwi ghall-popolazzjonijiet tad-dinja. Ahna, permezz tar-rivista taghna, nixtiequ nissiehbu mad-devoti ta’ Sant’Antnin madwar id-dinja biex permezz ta’ qari siewi nitghallmu, nikbru u niddevertu.
Id-Diretturi tar-Rivista
"Il-Habbâr ta’ Sant’Antnin"
Edizzjoni Gdida 2000-2001 - Manwel D Schembri 2001-illum - P. Edmund Teuma. Nota Valletta: 22.1.2004 |
|
||||
![]() |