Kultura Frangiskana - xjenza medika |
||
Il-Hruq ta' Sant'Antnin kitba ta' Dr Mario Saliba MD Nadur - Ghawdex “M'ghandix il-hruq ta' Sant' Antnin hux?” F'Ghawdex spiss tisma' l-espressjoni: “m'ghandix il-hruq ta' Sant' Antnin hux?” Din tinghad meta xi hadd ihoss xi hrug jew ugigh fil-gilda u jahseb li ser taqbdu l-marda tal-erpete (Herpes Zoster) li hija kkawzata minn virus (Varicella) li jidhol fl-ghoqod tan-nervituri, itellaghlek bziezaq fil-gilda l-iktar tal-qadd. Ghalhekk l-inglizi jghidulu shingles minn cinglu bhal speci ta' cinturin li jintrabat madwar il-qadd. Din l-inflammazzjoni tista' taqbdek f'postijiet ohra wkoll bhad-dahar, il-wicc u l-ghonq izda tista' tghid dejjem naha wahda tal-gisem. Normalment thoss hruq u ugiegh taht il-gilda izda fil-gilda ma jidher xejn. Wara ftit jiem tibda jidher faxx ta' hmura u iktar wara jidhru bziezaq zghar b'likwidu ta' lewn isfar go fihom u jista' jaqbdek ukoll il-hakk. Dawn il-feriti jibdew jinxfu wara xi gimgha u jaghmlu qisa skorca. Sfortunatament minkejja li l-feriti jfiequ minghajr problemi l-ugiegh jista' jibqa' jinhass ghal gimghat shah wara. Dan minhabba li l-virus ikun attakka n-nerv u dan jibqa' iffjammat. B'xorti tajba illum hawn medicina kontra din il-marda u hafna mill-ugiegh li tikkawza jista' jittaffa. Fi zmien ta' l-imghoddi mhux hekk u wiehed allura jissaponi li kienu jbatu hafna meta taqbadhom din il-marda. Ghalhekk fost il-qaddisin li kienu jitolbu biex ifejquhom kien hemm Sant' Antnin.
Liema Sant'Antnin? Sant' Antnin ta' Padova: Hemm zewg qaddisin jisimhom Sant' Antnin. Wiehed kien patri Frangiskan li tiewled fl-Lisbona, fil-Portugal u li kien jghix fi zmien San Frangisk. Ismu baqa’ marbut ma’ Padova minhabba li ghex l-ahhar snin ta’ hajtu ixxandar il-Kelma ta’ Alla u miet qrib Padova. Sant' Antnin ta' Padova (1195 - 1231) kien duttur tal-Knisja u popolarment nafuh bhala l-qaddis li jsib l-affarijiet il-mitlufa. Il-kult tieghu f'Malta u Ghawdex aktarx dahal mal-patrijiet Frangiskani. Dan il-qaddis dejjem niffigurawh bil-Bambin fuq dirghajh. Il-leggenda tghid li dan il-Bambin f'idejn Sant' Antnin gie minn rakkont li jghid li darba bil-lejl certu konti Tiso xiref mit-tieqa tal-kastell tieghu u ra d-dawl fic-cella ta' Sant' Antnin. B'ghageb kbir tieghu jaralu l-Bambin mghannaq mieghu jzieghel bih. Illum insubu diversi postijiet fejn ghandna knisja ddedikata lil Sant'Antnin ta' Padova. Hemm din ta' Ghajn Dwieli fejn hemm ukoll il-kunvent tal-Patrijiet Kapuccini. hemm ta' l-Imgarr f'Ghajnsielem Ghawdex fejn hemm ukoll il-kunvent tal-Patrijiet Frangiskani ta' Giezu. Fil-Knisja tal-Frangiskani Konventwali ghalkemm hija ddedikat lil San Frangisk issiru b’solennità l-festi ta’ gewwa u ta’ barra bl-istatwa f’gieh il-qaddis ta’ Padova. Il-festa Liturgika ta' Sant' Antnin ta' Padova ssir fit-13 ta' Gunju.
Sant' Anton Abbati: Sant' Antnin l-iehor huwa Sant' Anton Abbati li kien jghix fl-Egittu bejn l-251 u 356 WK. Huwa twieled minn genituri nobbli u sinjuri f'Coma (illum Qiman) fil-qalba tad-desert Egizzjan. Dan il-qaddis huwa l-Patrijarka tal-Monasticizmu. Huwa kien jghix hajja axxetika hafna fid-desert. Dan normalment niffigurawh bil-lehja u dejjem b'hanzira ma' gembu. Il-hanzira dejjem baqa' l-annimal marbut ma' Sant'Anton Abbati tant li l-patrijiet Antonjani baqghu irabbu dawn l-annimali bil-karita' li kienu jakwistaw minghand in-nies. Huma kienu juzaw ix-xaham tal-hanzira bhala ingwent ghal fuq il-feriti fil-gisem. Id-drawwa kienet li joqtlu l-hniezer fil-festa tal-qaddis jigifieri fis-17 ta' Jannar wara li jaghmlu t-tberik taghhom! Dak in-nhar ma kien jezisti l-ebda kura ohra u ghalhekk ix-xaham kien konsidrat bhala medikament izda fuq kollox kienu jemmnu li Sant' Anton permezz tax-xaham tal-hanzira jfejjaqhom mill-marda.
Il-kult ta' Sant' Anton Abbati huwa ferm eqdem u huwa mifrux sewwa kemm fil-Lvant u kemm fil-Punent. Ghalhekk meta l-isem ta' dawn iz-zewg qaddisin huwa l-istess mhux haga kbira li nhaltu l-kult ta' wiehed ma' ta' l-iehor. Forsi l-ahjar li ghamlu kienu l-girien taghna l-Isqallin meta lil wiehed bdew isejhulu Sant' Antnin u lill-iehor Sant' Anton. Ahna ghamilna l-istess u ghalhekk nghid Sant' Antnin ta' Padova u Sant' Anton Abbati jew tal-hanzira! F'Ghawdex Sant' Anton Abbati huwa meqjum fir-rahal tax-Xaghra fejn hemm knisja zghira ddedikata lilu u dik il-parti tar-rahal ighidhula ta' Sant' Anton. Lil Sant' Anton kienu jitolbuh ukoll biex iharishom mill-pesta li f'dan ir-rahal kienet hakmet fl-1814 specjalmet fl-inhawi tal-knisja ta' Sant'Anton. Sant'Anton Abbati huwa wiehed mill-protetturi kontra l-pesta.
Skond il-leggenda Sant' Anton Abbati kellu hafna tentazzjonijiet mix-xitan u fil-kult tieghu nsibu s-setgha li ghandu l-qaddis fuq il-qawwiet ta' l-infern. Lil Sant' Anton Abbati kienu jitolbuh ukoll biex jfejjaqhom minn kundizzjonijiet u mard iehor fil-gisem li s-sintomi tieghu jikkonsistu primarjament minn hmura u hruq fil-gilda. Wahda minn dawn il-mardiet l-iktar komuni kienet l-irsipla li hija infezzjoni akuta fil-gilda minn bacterju streptokokku li bih jaqbdek id-deni u l-gilda tihmar u jkollok hafna hruq ukoll.
L-Ergotizmu Barra minn Malta hemm marda ohra li jghidulha nar ta' Sant' Anton. Dan huwa l-ergotizmu li gej minn fungu, Claviceps purpurae. Dan il-fungu jattakka l-buttun tas-sigala li hija haxixa tixbah lill-qamh taghna, ix-xghir jew l-avena fil-pajjizi ta' Fuq ta' l-Ewropa. Meta d-dqiq tas-sigala mniggez b'dan il-fungu juzawh biex jaghmlu l-hobz minnu kienu jimirdu l-ergotizmu. L-ewwel refenenza ghal ghal sintomi ta' din il-marda saret fil-430 QK fil-gwerra ta' l-ispartani ma' Ateni. Fis-seklu XI u XII twaqfu diversi ordnijiet ta' religjuzi li kienu jissejjhu Patrijiet ta' Sant' Anton li barra li kienu jaqdu d-doveri religjuzitaghhom kienu jiehdu hsieb il-vittmi ta' din il-marda li bdew isejhulha n-nar ta' Sant' Anton. Dawk li kienu jinhakmu minn din il-marda kienu jbatu minn irrimettar, diarrija, allucinazzjonijiet mentali u jkollhom hafna ugiegh u hruq fit-truf ta' subghajhom u hafna drabi kienu jikkankrawlhom. L-allucinazzjonijiet huma l-istess bhal dawk li jkollhom illum min jiehu d-druga LSD ghax propju l-kimika li thawwad lill-mohh hija LSD (lysergic acid) mill-ergot li hemm f'dan il-fungu ! Dak iz-zmien ma' kellhomx idea minn fejn kienet gejja l-marda ghalhekk baqghu jieklu hobz imniggez. Kien biss fl-1673 li fi Franza sabu li kien hemm konnessjoni bejn s-sigala nfettata u l-marda tal-ergotizmu.
Il-Kult ta' Sant'Antnin f'Cicciano Bhalma jaf kulhadd l-lokalita' taghna (Nadur) hija gimellata mar-rahal ta' Cicciano li huwa madwar 30 km boghod minn Napli fid-direzzjoni tal-grigal. F'dan ir-rahal ta' 13,000 abitant li l-attivita' principali hija l-agrikultura. Hawn wiehed isib numru kbir ta' sigar tal-frott bhal gewz, gellewz u dwieli tal-gheneb. Dan ir-rahal huwa qadim hafna u l-origini tieghu tmur lura ghal zewg sekli qabel Kristu, izda bdew joqghodu f'dan ir-rahal ghall-ewwel darba fi zmien ir-Rumani. F'dan ir-rahal insibu wkoll il-Kavallieri ta' Malta sa mis-sena 1300.
Il-knisja ta' Sant' Anton Abbati ta' Cicciano hija qadima hafna x'aktarx ilha tezisti mis-sena 1000. Hija knisja zghira li fija kripta li hemm midfunin fiha il-vittmi tal-pesta li hakmet lil Cicciano fl-1656. Dak in-nhar kienu mietu 285 (153 mara u 132 ragel, 12 minnhom ma kienux imwielda Cicciano). Dan kien ifisser terz mill-popolazzjoni ta' Cicciano ta' dak iz-zmien.Din il-kappella hija c-centru tal-kult ta' Sant' Anton f'Cicciano. Illum hija marbuta mat-tradizzjonijiet u l-festa ta' Sant' Anton. Fis- 17 ta' Jannar ikun hemm it-tberik ta' l-annimali, u festival tat-tfal. Wahda mid-drawwiet hija il falo' di San Antonio jew il-huggiega ta' Sant' Antnin. Din tikkonsisti mill-hruq ta' hafna zkuk migbura mit-tfal li jaghmlu bhal kompetizzjoni bejniethom minn jigbor l-iktar hatab. In-nar li johrog milll-huggiega huwa protezzjoni mill-kesha tax-xitwa u huwa simbolu ta' purifikazzjoni mill-hazin u mill-mard li x-xitwa ggib maghha. Dan ir-rit tan-nar kien jezisti qabel Sant' Antnin imma thallat sewwa mat-tradizzjoni tal-festa ta' Sant' Anton Abbati f'Cicciano.Tradizzjoni ohra hija il-mixja bil-karru mghobbi bil-hbejziet li jitqassmu lit-tfal tal-post.Illum johorgu trakk komuni mzejjen bil-palm u bil-kwadru ta' Sant' Antnin fuqu. F'Cicciano mal-festa ta' Sant'Anton Abbati jinghata bidu wkoll ghall-Karnival.
Hawn Malta u Ghawdex huwa Sant'Antnin ta' Padova li nassocjawh mal-hobz. Fil-knejjes Frangiskani fejn hemm id-devozzjoni lejn Sant' Antnin fil-festa tal-qaddis nhar it-tlettax ta' Gunju jitqassmu l-hbejziet jew panini lid-devoti biex jikluhom halli l-qaddis ifejjaqhom mill-mard.
L-erpete jew il-hruq ta' Sant'Antnin Kien hemm diversi kumunitajiet religjuzi li mxew skond l-ispirtu ta' faqar u l-hajja axxetika ta' Sant' Anton Abbati. Sa mis-sena 305 grupp ta' eremiti ffurmaw speci ta' komunita' taht il-gwida ta' Sant' Anton. Biz-zmien in-numru ta' dawn kiber u mill-Egittu infirex fl-Ewropa specjalment fi Franza u l-Italja ghall-bidu tas-seklu XI. Fl-Italja insibu l-komunita' ta' Sant' Ammonio f'Nitria u ta' San Macario fir-regjun ta' Scete u fi Franza insibu l-Antoniani ta' Vienne. Il-frazi “fuocco di San't Antonio” bdiet tintuza l-ewwel darba mill-patrijiet ta' Sant' Anton fi Vienne fl-1095. Dawn il-patrijiet kienu propju ddedikati ghall-kura ta' dawn il-marda bl-ergotizmu. Fl-1297 dawn il-patrijiet bnew Santwarju ddedikat lil Sant' Anton Abbati. Izda propjament il-marda tan-nar ta' Sant' Antnin kienet l-erpete. Kien propju waqt ic-cerimonja tal-ftuh tas-Santwarju fi Vienne li iz-zona intlaqtet minnn epidemija ta' mard fil-gilda probabilment l-erpete u l-knisja intliet b'mijiet ta' morda u x'aktrax li minn dak in-nhar bdew isejhu l-marda ta' l-erpete bhala ”fuoco di Sant' Antonio” jew bil-malti “nar ta' Sant' Antnin”. F'pajjizna x-xjuh taghna kienu wkoll juzaw din l-espressjoni bhala foku di Sant' Antoniu. Hawn wiehed irid jinnota li f'Malta ghalkemm kien hawn xghir u qamh, sigala ma kienx hawn ghax din haxixa li tikber fi klima kiesha. Ghalhekk il-foku di Sant'Antoniu f'Malta ma kienx l-ergotizmu izda l-erpete li ma ghandha x'taqsam xejn ma' l-ergotizmu. Minkejja dan minn dan il-kliem wiehed jinduna mill-ewwel li l-protettur ewlieni ta' dawn il-mardiet kemm l-ergotizmu u l-erpete kien Sant' Anton Abbati. Mela meta nghidu n-nar jew l-hruq ta' Sant' Antnin inkunu nirreferu ghall-marda ta' l-erpete. (1) (1) Referenza: Galea V.J “Qwiel u Qaddisin” Calypso Island Publications 1999. Dan l-artiklu ntbaghat biex jidher fuq dan is-site minn DR Mario Saliba MD minn Nadur Ghawdex Assisi 25.6.2003 |
Sant'Antnin ta' Padova
Sant'Anton Abbati
Il-Knisja ta' Sant'Anton Abbati f'Cecciano , qrib Napli |
|
![]() |