Kultura Frangiskana - storja

 

<<|werrej|>>


Frangiskani Anglikani



kitba ta' Br Mario Attard OFMcap


Il-knisja Anglikana u San Frangisk

Tassew li I-ispirtu ta' Alla ma jafx mistrieh; jahdem f'dawk kollha li jifthu mohhhom u qalbhom ghalih. Dan kien sewwa sew li gara fil-Knisja Anglikana. FI-ewwel nofs tas-seklu 20 twaqqaf I-Ordni ta' San Frangisk fi hdan I-istess Knisja.

 

The Society of Saint Francis giet imwaqqfa fit-tletinijiet minn hafna gruppi Frangiskani ta' ahwa li nghaqdu biex jiffurmaw ordni wiehed. Wiehed minn dawn il-gruppi kien tabilhaqq dak ta' Hilfield gewwa Dorset. Dan il-grupp, li kien jaf il-bidu tieghu fl-1921 u li kien immexxi minn Brother Giles u warajh Brother Douglas, kien jiehu hsieb dawk li kienu jterrqu 'l hawn u 'l hinn. L-ahwa ghamlu kemm felhu biex mhux biss jghinu lil dawn I-imsejkna imma wisq izjed billi ghamlu pressjoni biex isir tibdil fil-ligijiet li kienu l-kawza ta' hafna rgiel li kienu jiggerrew f'kull imkien basta jsibu l-hobzna ta' kuljum.

 

Komunità ohra kienet qieghda tmexxi parrocca u dar tas-subien gewwa Londra. Komunità ohra giet mwaqqfa gewwa l-Indja fl-1922, biex tiehu hsieb il-komunità mhallta ta' hemmhekk. L-ahwa Indjani kellhom dar f'St Ives, li kienet immexxija minn Father Algy Robertson, wiehed minnhom, li minhabba li sahhtu marret ghall-aghar kellu jaqbad triqtu lura lejn l-Ingilterra.

 

Tul is-snin tletin kollox beda juri li dawn il-komunitajiet-zghar biex jissahhu kien mehtieg ghalihom li jsiru haga wahda. Interessanti li kienu I-istess Terzjarji, li kienu ghadhom kif iffurmaw ruhhom f'dak il-perijodu, li hajruhom jaghmlu dan. Douglas u Algy hadmu kemm felhu biex jaraw din I-ghaqda ssehh. L-ewwel voti solenni (jew kif inhuma maghrufa fost I-Anglikani bhala life vows) fi hdan The Society of Saint Francis gew maghmula fl-1937.

 

Sorijiet Frangiskani

Tajjeb li nghidu xi haga zghira dwar is-sorijiet. L-Ordni tas-sorijiet, jew kif inhu maghruf ahjar bhala The Community of St Francis, gie taht l-umbrella tas-Society of Saint Francis fl-1964. The Community of St Francis giet imwaqqfa minn Mother Rosina Mary, meta s-sorijiet li kienu qeghdin jghixu taht ir-Regola ta' Santa Klara, kienu warrbu I-partijiet li jithaddtu mill-klawsura. Imnebbha mill-hajjiet ta' San Frangisk u Santa Klara, is-sorijiet xtaqu jaqdu lill-fgar, jaqsmu I-bxara t-tajba ta' Kristu, u jghixu fis-semplicità.

 

Hames snin wara t-twaqqif tal-komunità, Mother Rosina Mary u ghadd gmielu mis-sorijiet telqu biex saru Kattolici. Sister Helen Elizabeth regghet waqqfet mill gdid il-komunità. Hija baqghet is-superjura taghha sa ma ghalqet ghajnejha fis-sena 1951. Fil-bidu, is-sorijiet  kienu jghixu f'Hull, izda minn hemm telqu lejn Londra sewwa sew f'post jismu Dalston, fejn qaghdu ghal hamsin sena, Fl-1962 il-komunità ccaqalqet lejn Comptom Durville gewwa Somerset.

 

Tul is-snin sebghin u tmenin, The Community of Saint Francis regghet lura biex tissokta twettaq ix-xoghol; taghha fil-qalba ta' l-ibliet ta' Londra u Birmingham. Il-komunità fethet ukoll dar f'Newcastle-under-Lyme biex tkun Centru ghall-ministeri diversi li toffri. The Society of Saint Francis ukoll ghaddiet mill-izvilupp taghha. tant hu hekk li I-Ahwa issoktaw isahhu x-xoghol taghhom fil-lvant ta' Londra u Birmingham. Mhux Mekk hiss, izda l-qadi taghhom infirex f'Wales, l-Iskozja u l-Irlanda ta' Fuq,

 

Il-movument Frangiskan

Jekk huwa minnu li l-ghaqda fil-Knisja tiddependi hafna fuq l-ghaqda bejn il-persuni ikkonsagrati lil Alla fil-hajja religjuza, il-moviment Frangiskan joffri opportunità tad-deheb biex din ix-xewqa ssir realtà. Sforzi biex il-Frangiskani Kattolici u Anglikani jersqu flimkien digà saru u ghadhom qegfidin isiru. Bizzejjed wiehed isemmi l-Konferenza Internazzjonali Frangiskana tat-Tielet Ordni li saret f'Domus Pacis gewwa Assisi u ghaliha gew mistiedna l-Ministri Generali ta' l-Ewwel Ordni tal-Patrijiet u s-Sorijiet; jigifieri, Brother Daniel u Sister Teresa. Kif spjega tajjeb Bro Daniel fl-ittra li baghat lilh-Ordni, hu u Sister Teresa gew mistiedna ghal din il-konferenza li ssir darba kull erba' snin bil-ghan li tinholoq izjed kollaborazzjoni mal-Frangiskani Anglikani. Fil-fatt din kienet wahda mir-rizoluzzjonijiet ta' l-assemblea li harget minn din il-konferenza. Fl-ahhar ta' l-ittra tieghu, il-Ministru Generali qal li hu u Sister Teresa hossuhom grati lejn il-laqgha tal-Ministri Generali li heggewhom biex jattendu, kif ukoll lejn l-ahwa Kattolici li stednuhom minn qalbhom. Bro Daniel qal li dan kollu juri l-htiega ghalina l-Frangiskani li nahdmu u nitolbu ghall-ghaqda ta' bejniethom, iktar u iktar meta hemm tant hwejjeg komuni fi hdan il-wirt Frangiskan li ghandna.

 

Spirtu ta' kollaborazzjoni

Jidher li dan l-ispirtu ta' kollaborazzjoni jinhass ukoll fl-ahwa l-ohra. Nixtieq biss insemmi x'kiteb in-novizz Wayne Martin fuq l-esperjenza tieghu gewwa l-Franciscan Study Centre f'Canterbury.  Meta kkummenta fuq l-esperjenza pozittiva ta' studju ma' Frangiskani Kattolici, Wayne qal li l-esprejenza ta' Canterbury ghenet bis-shih sabiex jinbena gharfien u ghaqda bejn il-komunjoni Anglikana u dik Kattolika. l-istess xewga ghall-ghaqda izjed shiha gejja mill-gharfien komuni ta' l-istess gheruq Frangiskani.

 

Jekk il-hajja religjuza hija l-hajja u l-qdusija tal-Knisja, kemm izjed ghandha sehem importanti fil-kawza ghall ghaqda ta' l-insara. Jekk hemm xi haga li hija komuni fil-Knejjes u l-Kommunitajiet Ekklezjali Nsara hija l-qdusija. Mela kull forma ta' hajja religjuza li tezizti f'kull rokna tal-Knisja ta' Kristu ghandha bhala ghan taghha il-qdusija tal-Knisja. Iktar ma r-religjuzi ta' kull Knisja u Komunità Ekklezjali jahdmu u possibbilment jghixu flimkien izjed tinghata xhieda tal-qdusija ta' Kristu u I-Knisja tieghu. Il-Frangiskani ghandhom opportunità tad-deheb. Imberkin ahna jekk naghrfu nuzawha! Tifrah il-Knisja ghax tkompli izjed tinghaqad u tissahhah! Tifrah id-dinja ghaliex tissokta tfiq bl-imhabba, is-sliem u I-ferh!

 

<<|werrej|>>


Dan l-artiklu  deher fil-harga ta' Dawl Frangiskan, Lehen il-kapuccini Maltin, Ghadd 226, Jannar 2003.

Assisi 3.5.2003


Frangiskani tal-Knisja

Anglikana