Kultura Frangiskana - storja |
||
Papiet Frangiskani kitba ta' Dun Guzepp Grech Cremona
Forsi gie li smajtu li kien hemm seba' Papiet Frangiskani (minn barra dawk Terzjarji). Dan hu veru sa certu punt. Jinghad li l-Kardinal Vicedomino de' Vicedomini miet fl-istess jum li ntaghzel bhala Papa, imma lanqas minn din l-ghazla ma ahna certi, Il-Kardinal Pietro Filargo elett Papa fil-Koncilju ta' Pisa, bl-isem ta' Alessandru V, mhux veru Papa ghax dak il-Koncilju ma kellux jedd inehhi l-Papa li kien hemm. U l-Papa Gulju II li hu veru Papa, u li studja biss f'Kullegg Frangiskan u ma kien qatt religjuz Frangiskan. Jibqghu ghalhekk erba' Papiet Frangiskani - Nikol IV, Sistu IV, Sistu V u Klement XIV, li dwarhom ser nghidu xi haga. Inhallu il-kelma f'idejn Dun Guzepp Grech Cremona biex jaghti t-taghrif li gej dwar dawn l'erba' papiet. Fl-ahhar inghidu kelma wkoll dwar iz-zewg papiet l-ohra Alessandru V u Gulju II
Papa Nikol IV 1288-1292 L-ewwel Papa Frangiskan kien jismu GIROLAMO MASCI. Twieled Lisciano qrib Ascali-Piceno u kien qarib tal-Beatu Korradu Milani, patri Frangiskan minn Ascoli. San Bonaventura hatru Provincjal tad-Dalmazja fl-1272 u l-Papa Beatu Girgor X baghtu, flimkien ma' patrijiet Frangiskani ohra, gewwa Kostantinopli ghand l-lmperatur Mikiel Paleolagu, bil-missjoni li jikseb il-ghaqda tal-knisja xizmatika griega mal-vera knisja. Fl-1274, intaghzel fil-belt ta' Lyons bhala t-tmien General ta' l-Ordni Frangiskan flok San Bonaventura. Il-Papa Nikol III ried jippremjah tal-hidma kbira tieghu, u hatru Kardinal ta' Santa Pudenzjana fl-1278. Ghaxar snin wara, mal-mewt tal-Papa Onorju IV, intaghzel bhala Papa u ghazel l-isem ta' Nikol IV.
Dan il-Papa jista' jissejjah il-"Papa tal-Missjonijiet" tal-Medju Evu. Baghat missjunarji fil-Persja, fic-Cina, u qalb it-Tartari. Fic-Cina baghat il-famuz Frangiskan Giovanni minn Montecorvino, l-ewwel Arcisqof ta' Peking, hadem ukoll bla tarf ghall-ghaqda tax-xizmatici mall-Knisja Kattolka. Ghamel kemm seta' biex jehles l-Art Imqaddsa mill-attakki tat-Torok, imma ma seta’ jaghmel xejn ghall-belt ta' San Gwann ta' Akri, l-aqwa fortezza nsarnija fil-Lvant, li waqghet f'idejn it-Torok fl-1291.
Inkuruna bhala re ta' Napli fil-belt ta' Rieti lil Karlu II ta' Anjou, li jigi missier San Lwigi ta' Anjou, patri Frangiskan u Arcisqof ta' Toulouse fi Franza. Qieghed l-ewwel gebla tal-Katidral famuz ta' Orvieto, wiehed mill-isbah katidrali tad-dinja. Bena l-palazz magenb Santa Maria Maggiore u rrestawra l-abside ta' l-istess Bazilka, kif ukoll dik tal-Lateran. Difatti x-xbieha tieghu tidher fitl-muzajk fl-abside ta' iz-zewg Bazilki, flimkien max-xbieha ta' San Frangisk u Sant’Antnin, xoghol il-Frangiskan famuz Fra Jacopa Torrid. Waqqaf fil-Lateran il-kappella ta' I-Immakulata u approva r-regola tat-Terz Ordni. Kellu konfessur lill-Agaostinjan Beatu Agostino Novello.
Nikol IV, wiehed mill-aqwa Papiet tas-seklu XIII, miet fl-14 ta' April 1292. Jinsab midfun f'Santa Maria Maggiore, hdejn il-bieb ewlieni, fejn waqqaflu monument sabih, Papa kbir iehor Frangiskan bhalu, Sistu V li kien ukoll Marche. Il-hajja ta' Nikol IV bhala religjuz, bhala Kardinal u bhala Papa kienet hajja ghal kollox retta u ezemplari, denja ta' iben veru tal-Patrijarka Serafku.
Papa Sistu IV 1471-1484 Dan il-Papa kien is-37 General tat-Minuri Konventwali. Kien FRANCESO DELLA ROVERE u twieled Celle qrib Savona fl-1414. Wara li dahal mal-Minuri Konventwali studja Pavia u Bolonja, kiseb il-lawrja f'Padova u beda jghallem it-teologija f'Bolonja, Pavia, Siena u Perugia. Kien prokuratur Generali ta' l-Ordni f'Ruma, Vigarju tatGeneral ghall-Italja, Provincjal tal-Ligurja, teologu ta' fama fis-servizz Papa Piju II, General ta' l-Ordni fl-1464 u Kardinal ta' San Pietro in Vincoli f1-1467, mahtur minn Pawlu II. Hu lahaq_Papa fid-9 t'Awwissu 1471 bl-isem ta' Sistu IV.
Kien Papa li hadem bla tarf. Baghat il-Kardinal Carafa bi flotta kontra t-Torok. Beda diskussjonijiet mat-Kzar Ivan III tar-Russja ghall-ghaqda mill-gdid ta' dak il-pajjiz immens mal-Knisja Kattolka, u wara zjara mir-re Kristjanu tan-Norvegja u d-Danimarka, fetah l-Università ta’ Copenhagen. Hu kien ta' ghajnuna kbira lill-Kavalieri ta' San Gwann fit-taqbida taghhom mat-Torok f'Rodi.
Sistu IV baqa' dejjem jilbes ta' patri Frangiskan u tkeffen bit-tonka Serafika taht l-abiti sagri meta miet fit-12 t'Awissu 1484. Jinsab midfun go monument famuz xoghol tat-Pallaiolo fil-kripta ta' San Pietro. Ix-xbiha tieghu nilmhuha f'affresk ta' Melozza ta' Forli filVatikan u fid-"Disputa del SSmo Sacramento" ta' Raffaello.
Papa Sistu V 1585-1590 Kien jismu FELICE PERETTI u twieled Grottamare, qrib Montalto fil-Marche fl-1521, minn familja li daqs 70 sena qabel kienet marret l-Italja mid-Dalmazja. Kellu zijuh patri mal-Minuri Konventwali ta' Montalto u ta' 12-il sena kien novizz maghhom. Studja Montalto, Ferrara u Bolonja u gie ordnat sacerdot fi Siena fl-1542. Ftit tas-snin wara, kien diga maghruf bhala predikatur mill-aqwa. Meta mar bhala predikatur Ruma, sar habib intimu tal-Kardinal Carpi, tal-Kardinal Carafa wara sar Papa Pawlu IV) u tal-Kardinal Ghislieri (li wara sar il-Papa San Piju V), kif ukoll ta' S. Injazju minn Loyola u ta' San Filippu Neri. Wara li serva ta' superjur tal-Kunvent ta' San Francesco fi Siena, ta’ San Lorenzo Maggiore f'Napli u ta' Santa Maria dei Frari go Venezja, gie maghzul minn Piju IV, kummissarju ta' l-Inkwizizzjoni ghal Venezja. Wara, mar Ruma bhala kunsultur tas-Sant Uffizzju, professor fl-Università tas-Sapjenza u Prokuratur Generali ta' l-Ordni. Wara li zar Spanja mal-Kardinal Buoncompagni dwar il-kaz ta' l-Arcisqof Carrancia ta' Toledo, inhatar minn S. Piju V Isqof ta' Sant’Agata dei Goti fl-1556. Gie kkonsagrat Napli f'San Lorenzo Maggiore. Erba' snin wara l-istess Papa, li kien ghazlu ukoll bhala konfessur tieghu, hatru Kardinal ta' San Girolamo degli Schiavoni. Wara l-mewt ta' S. Piju V, sar Papa l-Kardinal Buoncompagni bl-isem ta’ Girgor XIII, u mal-mewt ta’ dan il-Papa, fl-1585, wara konklavi ta' 4 ijiem sar Papa l-Kardinal Peretti, li b'tifkira tal-Papa Frangiskan Sistu IV ha l-isem ta' Sistu V.
L-istorja tirregistra lil Sistu V bhala Papa mill-kbar. Irnexxielu jehles l-Istat Papali mill-hallelin li kienu jinghaddu bl-eluf. Sab it-tezor fi stat finanzjarju hazin u hallieh fi stat tassew tajjeb. Zejjen il-belt ta' Ruma. Bena l-palazz tal-Lateran kompla dak tal-Kwirinal, irristawra l’Bazilka ta' San Girolamo degli Schiavoni, bena ospizju ghall-foqra hdejn il-Ponte Sisto, kabbar l-Università tas-Sapjenza, bena l-famuza kappella msejha ukoll Sistina f'Santa Maria Maggiore, waqqaf fl-istess Bazilka l-monumenti tal-Papa Frangiskan Nikol IV u tad-Dumnikan Piju V; kompla l-kappella ta' San Pietru, waqqaf l-obeliski fil-pjazza ta' Pietru, ta' l-Esquilino, tal-Lateran u Pjazza del Papolo; ordna titqieghed l-istatwa ta' San Pietru fuq il-kolonna ta' Trajano fil-Foro u ta’ San Pawl fuq l-ohra ta' Antonino Pio, waqqaf il-librerija tal-Vatikan u haseb ghall-istamperija, kabbar il-palazz tal-Vatikan, fetah toroq godda f'Ruma, ha hsieb ghall-provista ta' l-ilma imsejha Acqua Felice, waqqaf 15-il Kongregazzjoni ghat-tmexxija tal-Knisja u ghen lil Filippu II ta' Spanja, kontra l-Protestantizmu.
Quddiem Sistu V, mar San Lwigi Gonzaga gabel ma dahal Gizwita; minn ghandu San Frangisk Caracciolo qala' l-approvazzjoni tal-patrijiet tieghu; ghandu mar San Kamillu de. Lellis biex iberiklu l-hidma tieghu.
Sistu V bena mill-gdid l-Iskala Santa, approva l-litanija tal-Madonna, hatar bhala Katidral is-Santwarju ta' Loreto, ikkanonizza lil San Diegu, ajk Frangiskan minn Alcalà, iddikjara Duttur tal-Knisja lil San Bonaventura tal-Minuri Konventwali, hareg l-edizzjoni Sistina ta' l-Iskrittura, li wara giet ippubblikata minn San Roberto Bellarmino; hatar Kardinal lill-Gran Mastru Verdala.
Sistu V miet fil-Palazz tal-Kwirinal fis-27 t'Awissu 1590. Jinsab midfun go monument mill-isbah, xoghol Domenico Fontana, f’Santa Maria Maggiore, biswit dak ta' S. Piju V, li sar spejjez ta' qaribu l-Kardinal Alessandro Peretti u li fih statwa ta' San Frangisk t'Assisi u Sant’Antnin ta' Padova.
Sistu V kien wiehed mill-ikbar Papiet ghax kien bniedem deciz, sever, ma jcediha lil hadd; imma hu kellu mohhu miftuh u dahal ghal xogholijiet kbar, b'energija u rieda qawwija b'mod li kwazi dejjem kiseb l-aqwa success. Ftit Papiet wettqu xoghol ikbar u kellhom success izjed.
Papa Klement XIV 1769-1774 Ir-raba' u l-ahhar Papa tal-Minuri Konventwali twieled f'Sant Arcangelo di Romagna qrib Rimini fl-1705. Kien jismu VINCENZO GANGANELLI. Wara li studja, ghand il-Gizwiti ta' Rimini u ghand il Pjaristi ta' Urbino, dahal mal-Minuri Konventwali ta' Mondarno fl-1723. Studja Ruma fil-kullegg ta' San Bonaventura, imwaqqaf minn Sistu V u fl-1740 sar Rettur ta' dan il-kullegg famuz. Beneditt XIV hatru Konsultur tas-Sant Uffizzju fl-1746. Ghal darbtejn irrofta li jsir General ta' l-Ordni. Klement XIII hatru Kardinal fl-1759. Mal-mewt ta' dan il-Papa fl-1769, il-Kardinal Ganganelli ntaghzel Papa b'46, vot minn 47, jigifieri bil-vot tal-Kardinali kollha barra minn tieghu stess.
Kien Klement XIV li approva l-patrijiet Passjonisti imwaqqfa minn San Pawl tas-Salib, u tahom il-Bazilka ta' San Gwann u San Pawl gewwa Ruma. Hu ddikjara bhala Beati lil Francesco Caracciola (illum qaddis) u lill-Kardinal Paolo dei Burali, patri Teatin u Arcisqof ta' Napli, hatar lill-Minuri Konventwali bhala l-penitenzieri fil-Bazilka Vatikana kif ghadhom sal-lum, u fis-Santwarju ta' Loreto kif baqghu sa l-1934.
Kulhadd jaf li bil-brevi "Dominus ac Redemptor" tal-21 ta' Lulju 1773, ordna s-suppressjoni tal-Kumpanija ta' Gesù, li giet mill-gdid stabbilita minn Piju VII fl-1814: jigifieri 41 sena wara, bil-brevi l-iehor "Sollicitudo omnium Ecclesiarum”. Imma mhux kulhadd jaf li Klement XIV kien il-habib intimu ta' qaddisin l-iktar kbar bhal San Pawl tas-Salib u Sant’Alfons Marja de' Liguori; li hadem bla tarf ghall-missjonijiet fl-Asja, fl-Afrika u fl-Amerka; li kien promutur kbir ta' l-arti u tax-xjenza, li nkuraggixxa lill-iskultur kbir Antonio Canova; kabbar il-Bibljoteka Vatikana; waqqaf il-Musew Klementin; gieb 'il quddiem ix-xoghilijet pubblici fl-Istat Pontificju, u ghal dan hareg kemxa flus minn tieghu. Hu qatt ma kien hati ta' ebda preferenza jew nepotizmu; kien teologu mit-tajbin; kien hu li beda l-ewwel hidma ghall-libertà tal-Knisja Kattolka fl-Ingilterra; hadem bla tarf ghad-domma ta' l-Immakulata; kiseb relazzjonijiet ferm tajba mal-Portugall; baghat Nunzju fi Vjenna, f Kolonja u fi Bruxelles; waqqaf l-Università ta' Munster u rnexxielu jara tinbena l-ewwel Knisja Kattolka f'Berlin, wara r-Riforma Protestanta. Fi zmienu twaqqfet l-Università ta' Malta u l-Kolleggjata tal-Gharb f'Ghawdex.
Klement XIV miet fit-22 ta' Settembru 1774 assistit minn habibu Sant’Alfons Marija de Liguori u mill-General tal-Minuri Konventwali, Patri Lwigi Maria Marzoni. Jinsab midfun fil-Bazilka tat-Tnax-l Appostlu gewwa Ruma, tal-Minuri Konventwali, go monument neo-klassiku mill-isbah, xoghol habibu Antonio Canova.
Papa Alessandru V 1409-1410
Elett Papa fil-Koncilju ta' Pisa, izda jinghad li mhux veru Papa ghax dak
il-Koncilju ma kellux jedd inehhi l-Papa li
kien hemm. Fil-maghmudija tieghu li sehhet fl-gzira ta’ Creta kien moghti l-isem ta’ PIETRO FILARGO. Kien ghadu tfajjel meta tilef lil missieru u l-ommu u spicca jittallab bla dar, bla qraba u bla hbieb. Il-patrijiet Frangiskani fethu il-bieb taghhom ghal dan it-tfajjel u tawh l-ewwel edukazjoni. Pietro hass ‘l Alla isejjahli ghall-hajja Frangiskana. wara li ghamel in-novizzjat u ha l-voti religjuzi ntbaghat Venezja u Padova ghall-istudji. Fl-istudji mexa ‘l quddiem tant li l-provincjal tieghu baghatu Oxford u Parigi, fejn iddistingwa ruhu bhala professor, predikatur u kittieb. Meta rega` lura fl-Italja kien imqabbad biex jghallem lit-tifel tad-Duka ta’ Milan u spicca biex inbaghat bhala ambaxxatur tad-Duka fuq hafna missjonijiet. Serva wkoll bhala l-Arcisqof ta’ Milan u kien meqjuz bhala bniedem ta’ gherf u ta’ maturità minghajr limiti.
Meta l-krizi tax-Xizma tal-Punent kienet fl-aqwa taghha – meta kien hemm zewg papiet jmexxu fl-istess zmien, Pietru ha sehem waqt Koncilju Konciljatorju li sar f’Pisa li fih kellu rwol ta’ tmexxija. Kien mitlub jippriedka fil-bidu ta’ dan il-Koncilju u bi kleim iebes canfar l-imgieba ta’ dawk li kienu qed jghidu li kienu papiet. Heggeg lil Kardinal biex jahdmu id f’id ghall-ghaqda fil-Knisja ta’ Kristu u mexxa id-deliberazjoni tat-teologi li ddikkjaraw liz-zewg papiet bhala eretici u xizmatici.
Fis-26 ta’ Gunju 1409, Pietro Filargo kien elett unaimament mill-kardinal biex imexxi l-Knisja bhala papa Alessandru V. Bhala Papa Alessandru mill-ewwel inghata biex igib il-paci bejn il-mexxejja mhux biss tal-knisja imma wkoll ta’ l-Ordni Frangiskan, li dak iz-zmien kien ghaddej minn mumenti difficili.
Ghalhekk Alessandru mexa b’intenzzjoni tajba u emmen tassew li kien il-Papa legittimament maghzul, l-istorici zammew lil Alessandru V bhala it-tielet papa, bhala “anti-papa” jew bhala “ Il-Papa Pisan”. Alessandru V miet wara sena u hemm minn jghid li sehh tassew il-kumment profetiku li kien ghamel: “bhala patri kont sinjur, bhala kardinal fqir u bhala papa tallab.”
Papa Gulju
II Studja f'Kullegg Frangiskan izda ma kien qatt religjuz Frangiskan. Inghazel biex ikun Kardinal Protettur ta’ l-Ordni qabel ma lahaq ghamel il-voti relijuzi. Dam fil-kariga ta’ protettur ta’ l-Ordni ghal madwar 30 sena.
Wiehed mill-figuri fl-istorja ta’ l-Ordni tal-Frangiskani Konventwali bla dubbju huwa GIULIANO DELLA ROVERE, in-neputi ta’ Sistu IV. Bhala student mal-patrijiet Frangiskani ta’ Perugia kien ihobb jiffirma bhala “frate Julianus”. Zijuh ghazlu biex ikun Kardinal Protettur ta’ l-Ordni qabel ma lahaq ghamel il-voti relijuzi. Dam fil-kariga ta’ protettur ta’ l-Ordni ghal madwar 30 sena sakemm lahaq Papa bl-isem ta’ Gulju II.
Bhala Papa Gulju II ghadda parti kbira mill-pontifikat tieghu jipprova jiehu l-artijiet u jsewwi l-hsarat li sar fi hdan il-knisja mill-Papa ta’ qablu Alessandru VI (Rodrigo tal-Familja Borgia). Lejn tmien hajtu ammetta li kien ghadda aktar hin fuq ziemel tal-battalja milli fuq irkubbtejh.
Bhall-papiet ta’ qablu gharaf li l-papat huwa zwieg bejn awtorita` spiritwali u gvern temporali. Kien jemmen li l-knisja kienet hemm biex iggib il-quddiem dak kollu li huwa tajjeb. Kien il-papa li sejjah il-Hames Koncilju Lateran (1511); li waqqaf l-Gwardji Svizzeri (1506) u kien hu li qabbad lil Michelangelo jippitter il-Cappella Sistina. Taghrif dwar Nikol IV, Sistu IV, Sistu V u Klement XIV ingabar minn Dun Guzepp Grech Cremona, Frangiskani li qatt ma jintesew f’Kittieba Diversi, L-Ordni Frangiskan fid-dinja u f’Malta, Religjon u Hajja, Storja 6, Malta 1976. |
Nikol IV 1288-1292
Sistu IV 1471-1484
Klement XIV 1769-1774
Alessandru V 1409-1410
|