Kultura Frangiskana - muzika |
||
Padre Domenico StellaMuzicista Frangiskan - 1881-1956 kitba ta' P Alfons M. Sammut OFMConv.
L-Arti tal-Muzika Sagra L-Ordni Frangiskan, frott ta' l-imhabba ta' Frangisku, l-Ghannej tal-Holqien, ta lill-Knisja, mhux biss gganti tal-Qdusija imma wkoll genji ta' l-gherf u ta' l-arti.
Ghal Frangiskan gherf, arti u qdusija mhux biss mhumiex kontra xulxin imma huma l-kumpliment wahda ta' l-ohra. Ghal Frangiskani infatti, kif digà ghall-Missierhom, l-gherf, l-arti u dak kollu li hu sabih u nobbli muhiex hlief tarag li jressaghom lejn Alla, Gherf etern, Sbuhija bla qies. Ghalhekk xejn m'ghandu ghax wiehed jistghageb meta jaqra jew jisma li l-Ordni Frangiskan ta f'kull zmien nies celebri f'kull fergha ta' l-gherf u ta' l-arti.
Imma jekk l-0rdni Frangiskan jista jiftahar b'nies kbar fix-xjenza u fl-arti, nahseb li ma nisibaljax jekk nghid - ghax qalbli kitbu awtur barrani ghall-Ordni - li fl-arti tal-Muzika Sagra l-Ordni Frangiskan tal-Minuri Kunventwali jakkupa l-ewwel post fost l-Ordnijiet l-ohra kollha. Infatti il-genju muzikali hu wahda mill-glorji dejjem hajja ta' l-Ordni taghna u l-Maestro Padre Domenico Stella li miet f'Dicembru 1956 fis-Sagru Kunvent t'Assisi hu xhieda ta' dan.
Padre Domenico Stella Imwieled f'Carpineto Ramano fl-1881 dahal ta' eta' zghira fl-Ordni Frangiskan tal-Minuri Konventwali fejn mal-formazzjani spiritwali li kellu taghmel minnu Religjuz ezemplari, gie edukat ghas-sens tas-sbuhija li kella tiffurmah Frangiskan perfett. Fl-1898 ghamel il-Professjoni Religjuza u fil-25 ta' Lulju 1904 gie ordnat sacerdot f'Ruma. Gewwa Ruma, fl-Università Gregorjana kompla l-istudji tieghu teologici. Il-gibda u l-interess li kien juri ghal kant liturgiku gaghlu lis-Superjuri jibghatuh jaghmel kors sepecjali ta' muzika sagra fil-Pontificia Scuola Superiore di Musica Sacra fejn kiseb bl-oghla unuri l-Magisteru fil-Kant Gregorjan u l-Licenzja fil-kampozizzjoni u fl-orgni.
Mitmuma dawn l-istudji b'successi hekk kbar, gie msejjah mis-Superjuri biex jokkupa karigi gholja fl-Ordni, bhal ma hi dik ta' Vici-Rettur fil-Kullegg Internazzjonali f'Ruma, Direttur Spiritwali tal-Kjerici, Professur f'diversi Kulleggi. Imma l-kapacita' tieghu fil-muzika kisbitlu fama kbira anke barra l-Ordni, tant li malli gie mibghut fis-Sagru Kunvent, l-Isqof t'Assisi mill-ewwel sejjahlu biex jghallem il-kant fis-Seminarju djocezan u f'dak regjonali, kariga li hu okkupa sa kamm xjieh.
Maestro tal-Kappella Muzikali tal-Bazilka t'Assisi Imma l-isem ta' Padre Stella sar famuz fost dawk tal-Muzicisti kbar ta' zmienijietna minn meta ha f'idejh id-direzzjoni tal-Kappella tal-Bazilka Padrejalkali taghna f'Assisi.
B'Padre Stella bhala Surmast il-Kappella muzikali tal-Bazilka ga mgharufa u mfahhra ghall-ismijiet glorjuzi ta' Majjistri insinji, kisbet glorji godda u kabbret u ziedet il-Padremonju muzikali taghha., Mghallem minn muzicisti kbar bhal Capocci, Boezi u Dobici u habib intimu u sieheb fl-istudji ta' muzicisti ohra kbar, hu mexgha dejjem fuq il-kriteji severi tal-muziika sagra li ghanda tkun l-espressjoni tar-ruh li titlob u li ghalhekk lil min jismaghha ghanda terfghu u tghaqqdu m'Alla.
Bla li-ebda dubju Padre Stella kien wiehed mill-asserturi l-iktar qawwijja u mis-segwaci l-izjed fidili tar-riforma tal-muzika sagra mwettga mill-Papa San Piju X bil-Motu proprio ta' l-1904. Iz-zelu tieghu ghal glorja t'Alla u l-mhabba tieghu lejn l-Ordni gaghluh jintefa b'ruhu u b'gismu ghat-tiftix ta' l-arkivju, f'dik il-miniera ta' opri li qatt ma gew ippublikati ta' l-aqwa awturi Frangisikani bhal ma huma Porta, Mattei, Martini, Sabbatini, Borroni, Norsa li lkoll qablu kienu majjistri ta' l-istess kappella muzikali. Imheggeg f'dan ix-xoghol mis-Surmast Capocci tal-kappella tal-Lateran li kien jgharaf l-valur ta' dawn il-genji tal-muzika sagra, Padre Stella wasal biex waqqaf bil-barka u bl-ghajnuna tal-General ta' l-Ordni Padre Orlini, l-"EDITRICE MUSICALE FRANCESCANA" li tat lill-kulturi tal-muzika sagra ghadd kbir ta' opri ta' valur mill-ikbar.
Fost il-kompozituri kbar tad-dinja Imma ghalkemm dan kien bizzejjed biex l-isem ta' Padre Stella isir maghruf ma kullimkien, ma kienx ikun bizzejjed però biex ikun jista jitqieghed ma dawk tal-kompozituri kbar tad-dinja tal-muzicisti. Padre Stella ta lill-Knisja 'l fuq minn 130 kompozizzjoni, hafna minnhom ippublikati, li gew milqugha bi kliem ta' tifhir kul fejn gew esegwiti. Dawn il-kompozizzjonijiet rebhu lil dan il-Frangiskan fama mondjali, specjalment fil-festi centinarji tal-Mewt ta' San Frangisk fl-1926 tant li bir-ragun kollu gie msejjah l-awtur l-izjed ghani u l-izjed populari tac-centinarju. Mhemmx infatti innu, mhemmx bran liturgiku frangiskan li ma, giex muzikat minn Patr Stella .b'dik il-melodija hajja, b'dik l-arja helwa imma fl-istess hin severa, b'dik l-espressjoni perfetta skond ma jitlob ir-rit u test sagru li kienu tant haga wahda mieghu.
Xi whud mill-kompozizzjonijiet tieghu huma maghrufa anke fostna l-maltin u apprezzati bil-bosta. Insemmu biss l-innu ta' Sant'Antnin "O tal-Mirakli" li Malta kollha kantat meta gie fostna ix-Xedaq Imqaddes tal-Qaddis ta' Padova; l'innu lill-San Frangisik "Gloria, Gloria" li dawk li jiffrekwentaw il-Knejjes taghna jafuh tajjeb; "Il Cantico delle Creature'' li gie megjus bhala l-ikbar success fost dawk li ippruvaw jimmuzikawh. Hija kompozizzjoni li tesprimi b'mod l-izjed fidil u genwin is-sentimenti li qanqlu qalb is-Serafiku biex issawwar dik l-ghanja tal-holqien kollu. Anke din l-kampozizzjoni stupenda smajniha esegwita fil-knisja taghna tal-belt fl-okkazjoni tal-festi centinarji u festi ohra Frangiskani.
Ta min isemmi wkoll fost l-opri kbar tieghu l-quddiesa "Padrearchalis" b'sitt vucijiet dispari li giet esegwita ghall-ewwel darba fic-centinarju tal-mewt ta' San Frangisk. L-ohra "Dies Sanctificatus" u quddiesa tat-Mejtin b'erbgha vucijiet stampata sewwa sew xahar qabel mewtu. Diversi kompozizzjonijiet ta' Padre Stella gew ukoll incisi fuq diski "His Master''s Voice" u llum fuq CDs u li huma mgharufa fid-dinja kollha.
Il-muzika l-mera tar-ruh Frangiskana
Padre Stella ghall-merti tieghu bhala kompositur u muziku ta' fama mondjaii kien nominat socju ta' l-Alkademja Properzjana u fit-8 ta' Dicembru 1954 fil-gublew tad-deheb sacerdotali tieghu gie moghti c-cittadinanza onorarja tal-belt t'Assisi li riedet tunurah bhala "Maestro kompositur ta' muzika sagra nkomparabbli, rinnovatur tal-Kappella Muzikali tal-Basilka ta' San Frangisk, ezempju jiddi ta' ingenju ta' l-ghageb, ta' umiltà verament Frangiskana u t'imhabba kbira lejn il-Padreja tal-Padrejarka Serafiku.
Ghalhemm mghafus bil-mard Padre Stella qatt ma halla x-xoghol li kien ihoss li Allla kien irid minnu. Infatti sa l-ahhar hu kien qieghed jirrevedi ghall-istampa l-melodiji gregorjani tal-Gradwal u tar-Ritwal ta' l-Ordni, bicca xoghol li ma lahaqx spicca, ghax Alla ghogbu isejjahlu biex jisma l-melodiji helwin tas-sema.
Ghal aktar taghrif dwar Padre Stella ara: A. Varotti, Il Maestro Padre Domenico Stella dei Frate Minori Conventuali - Una vita per San Francesco e per la Musica, Comune di Carpinet Romano, 1997. jew zur dawn il-links: http://www.coraledomenicostella.org/
Dan l-artiklu deher f'Il-Habbâr ta' Sant'Antnin, Marzu 1954, 42-44. Assisi - 23.2.2003
|
|
Padre Domenico Stella OFMConv. 1881-1956
"Il Cantico delle Creature'' ta' Padre Stella hu meqjus bhala l-ikbar success fost dawk li ippruvaw jimmuzikaw din l-Ghanja ta' San Frangisk.
|