Kultura Frangiskana - muzika

<<|werrej|>>


Galileo Galilei

Terzjarju Frangiskan

(1564-1642)



kitba ta' Dun Guzepp Grech Cremona


Iben Matematiku

Galileo twieled fil-belt  famuza ta' Pisa fit-Toskana fil-15 ta' Frar 1564 preclzament tlett ijiem qabel il-mewt tal-kbira pittur, skultur, arkitett u poeta Taljan Michelangelo Buonarroti, Terzjarju Frangiskan bhalu.

 

Il-Familja Galilei ma kienetx la fqira, lanqas sinjur, imma nobbli.  Missier Galileo, Vincenzo Galilei kien matematiku u muziku kapaci. Ommu Guilia Ammannati kienet mara twajba. Galileo kien l-ewwel fost seba' ahwa.  Meta Galileo kien ghadu tifel kienu marru joqoghdu Firenze, il-kapitali tat-Toskana.  Hawn Galileo ghamel l-ewwel studji tieghu.  Wara kompla jistudja mal-patrijiet Kamaldonizi ta' Vallombrozani (Benedittini riformati minn San Gwann Gualberto + 1073). fil-monasteru famuz ta' Santa Marija ta' Vallambroza, fejn tghallem il-Latin, il-Grieg u l-Logika.  Tant kienh ghal qalbu hawn li sahansitra dahal maghhom bhala novizz. Imma din il-haga lil missieru ma tantx ghogbitu.

 

Ghalhekk meta kellu 17-il sena fl-1581, missieru baghtu Pisa jistudja ghal Tabib, halli meta jikseb din il-professjoni, ikun jista' jghin bil-qliegh tieghu l-familja numeruza.  Imma z-zaghzugh Gelileo ma kellux dik is-sejha.  Xtaq aktar jaghti ruhu ghall-istudju tal-fizika u ta' l-astronomija. 

 

L-ewwel Osservazzjonijiet

Kien ghadu ta' 19-il sena meta fil-Kattidral famuz ta' Pisa lemah jitbandal wiehed mill-lampieri. Galileo osserva li l-lampier kien dejjem jiehu l-istess zmien biex jasal fin-nofs tal-knisja.  Hawn kixef il-ligi fizika ta' l-"izokronizmu" jew taz-zmien egwali li aktar tard wasslitu ghall-kixfra tal-pendlu. Ghalhekk Galileo telaq l-istudji tal-medicina u taha ghall-matematika u ghall-fizika.

 

Kixef it-teleskopju

Ta' 25 sena kien ga ntaghzel mill-Granduka Ferdinandu tat-Toskana bhala Professur tal-matematika fl-Università ta' Pisa. Bejn 1592 u l-1610 ghallem f'Padova fejn ipperfezzjona l-kixfa tat-teleskopju.

 

B'din it-tromba meraviljuza, kif ighanni l-Foscolo fis-"Sepolcri", Galileo ra jduru dinjiet godda u x-xemx tiddi bla titharrek u hekk fetah l-ewwel wiehed il-firmament tas-sema.

 

U tassew li permezz tat-teleskopju Galileo ghamel kixfiet ta' l-ghageb fl-ispazju bla qies tas-smewwiet, u fi ftit zmien gharaf hwejjeg li f'tant sekli ta' tfittix hadd ma kien ghadu irnexxielu jsib!

 

Terzjarju Frangiskan

Fl-1610, Gelileo halla Padova u rritorna bhala Professur tal-Matematika go Pisa. Hawn sar Habib tal-Benedittin Don Benedetto Castelli, tal-Karmelitan Paolo Toscarini, ta' l-astromonu Frangiskan Padre Ilario Altobelli, tal-Minuri Konventwali, kif ukoll tal-Kardinal Maffeo Barberini, li wara sar Papa Urbanu VIII. 

 

Galileo ta' veru Terzjarju Frangiskan, kien iben kbir tal-Knisja Kattolika.  veru li ghall-ewwel it-taghlim tieghu fuq is-sistema ta' Koperniku deher donnu kuntrarju ghall-Iskrittura, tant li fis-sena 1616 gie censurat anki mis-sant'Uffizzju, però mhux biss l-istess Sant'Uffizzju, fuq talba tal-Minuri Konventwali, ippermettielu munument fil-Bazilka ta' Santa Croce ta' Firenze, imma ukoll il-gharef Papa Benedittu XIV, iddikjara li s-sistema ta' Koperniku u l-kobor ta' Galileo ma fihom xejn kontra l-fidi.

 

Dan ix-xjenzjat ta' l-ghageb qatta' l-ahhar snin ta' hajtu fil-Villa tieghu ta' Arcetri qrib Firenze.  l-ahhar jiem tieghu kellu jghaddihom, bhal San Frangisk, minghajr id-dawl ta' ghajnejh.  Galileo li kien tant apprezza l-gmiel tal-holqien t'Alla, hu li  kien kixef eluf u eluf ta' kwiekeb fis-Smewwiet!  Barra min dan, il-mewt ta' bintu, is-soru Klarissa Maria Celeste li mietet ta' 32 sena fil-monasteru ta' san Mattew ta' Arcetri fl-1634, qasmitlu qalbu.  Fil-villa tieghu f'Arcetri fl-1639 mar izuru l-famuz poeta ngliz John Milton, li aktar tard tilef id-dawl t'ghajnejh huwa wkoll.

 

Jistrieh fil-Knisja tal-Frangiskani

Galileo miet fit-8 ta' Jannar 1642, ikkonfortat bis-sagramenti mqaddsa u mdawwar minn qtajja ta' dixxipli u ammiraturi.  Kellhom jghaddu ghadd ta' snin gmielu sakemm fl-1737 il-gisem tieghu setgha jkun midfun fil-Bazilka famuza ta' Santa Croce ta' Firenze li jiehdu hsiebha il-patrijiet Minuri Konventwali, fejn ghandu momument tar-rham, xoghol Gio-Batta Foggini u G. Ticciati.  B'hekk il-gisem ta' dan l-akbar xjenzat ta' l-Italja sab qabru fil-Panteon ta' L-Italja, il-knisja fejn jistriehu, kif ighid il-Fuscolo, il-glorji taljani fosthom: Michelangelo, Leon Battista Alberti, Leonardo Bruni, il-Marsuppini, Giacomo Rossini, l-Alfieri, Machiavelli, Lorenzo Giuberti u inbu Vittorio, it-Tlett pitturi Taddeo, Giovanni u Agnolo Gaddi, Lorenzo Bartolini u ohrajn.

 

L-opri li halla warajh

Go Firenze, fil-Muzew tal-Fizika u Storja naturali twaqqfet denjament it-"Tribuna" ta' Galileo imzejna b'affreski sbieh tas-Sabatelli.  Fost l-opri li hallielna, ta' min isemmi s-"Sidereus nuncius" (=messaggier tal-kwiekeb), li kiteb bil-Latin fil-1610; Is-"Saggiatore" li hija polemika ma' l-astronomu geswit Orazio Grassi; id-"Djalogu dwar ix-xjenzi godda" li kiteb fi xjuhitu u li fih il-pedament tal-mekanika moderna; halla ukoll bosta ittri li kiteb fosthom dawk lil bintu u lil Don Castelli.  Fost l-opri l-aktar maghrufa li halla insibu d-"Djalogu dwar l-ikbar zewg sistemi ta' l-univers", li dwaru nqalghet id-diffikultà li semmejna, li però spiccat fi trijonf ghal Galileo.

 

Quddiem il-figura ggantija ta' xjenzat hekk kbir, Kattoliku ferventi u Terzjarju Frangiskan, ahna nibqghu mghaggbin, però niftakru li l-gherf huwa don t'Alla. U li min hu mzejjen bih jew b'xi don iehor ghandu jaghrfu bhala don ta' Alla. 

 

Galileo jghallimna tajjeb li m'ghandhiex nitkabbru, m'ghandniex nissupervjaw, imma waqt li nizzu hajr l'Alla tad-doni li jaghtina, nibqghu dejjem fidili u ubbidjenti lejn Alla u lejn il-knisja.

 

Il-kas maghluq

Fil-31 ta' Ottubru 1993, 350 sena wara il-mewt ta' galileo, il-papa Gwanni Pawlu II tkellem f'isem il-knisja Kattolika u stqarr li kien sar zball minn-naha tat-teologi fil-kaz tat-teorija ta' Galileo.  U stqarr li l-kas ta' Galileo issa kien maghluq.


Ghal aktar taghrif dwar Galileo Galilei

zur dawn il-links:

<<|werrej|>>


Dan l-artiklu deher f'Il-Habbâr ta' Sant'Antnin, Novembru 1964, 204-205.  Tajjeb nghidu li saru xi ritokki u aggjornamenti zghar lill-artiklu originali.

Assisi - 7.7.2003


 

 

Galileo Galilei

1564-1642

Bint Galileo

Virginia, li dahlet

mal-Klarissi

bl-isem ta' Suor Maria Celeste

1600-1634

 

Bintu l-ohra

Livia dahlet ukoll

mal-Klarissi

bl-isem ta'

Swor Arkangela