Kultura Frangiskana - cinema |
||
San Frangiskfl-Istorja tac-Cinema kitba ta' Fr Thomas Calleja OFMConv.
Sa minn meta telqet timxi l-industrija tal-films mill-ewwel dawret il-lentijiet u r-rifletturi taghha fuq il-fugura ta’ San Frangisk ta’ Assisi.
L-ewwel film iddedikat ghall-hajja ta’ San Frangisk kien Il-“Poverello di Assisi” ta’ Enrico Guazzoni (1876-1949) migbud fl-1911. Dak iz-zmien il-films kienu ghandhom silent u l-bicca l-kbira taghhom kienu ispirati minn personaggi ta’ l-istorja jew mid-dinja tal-letterura jew tat-teatru. Hafna drabi r-rifletturi kienu jduru fuq personaggi religjuzi. Tant kien hekk, li meta kien ghad m’hemmx swali tac-cinema, hafna mill-films kienu jintwerew fil-knejjes parrokkjali, bhalma kien fil-kaz tal-films li saru dwar il-Passjoni ta’ Kristu migbuda fil-bidu tas-seklu li ghadda.
L-ewwel progett ta’ film dawr San Frangisk kien ga mahsub lejn tmiem is-sena 1910 mill-kumpanija Milano Films. Din kienet diga’ qabdet lil Adolfo Padovan biex jikteb ix-xenegjatura. Imma il-Kumpanija Cines kienet aktar hafifa u kienet hi fl-Esposizione Internazionale di Torino fl-1911 ipprezentat il-Film “Poverello di Assisi” dirett minn Enrico Guazzoni. Kien film b’zewg bubini bi kwazi 450 metru ta’ tertuqa li halla impressioni fuq il-pubbliku, L-interpretazzjoni tal-parti ta’ san Frangisk thalliet f’idejn Emilio Ghigne.
B’xorti tajba dan il-film ma nqeritx bhalma gralhom ghadd ta’ films tal-bidu. Gie salvat bl-intervent ta’ Assocjazzjoni Taljana ghat-tiftix ta’ l-istorja tac-cinema. Din l-istess Assocjazzjoni ppresentat dan il-film lill-pubbliku ta’ Assisi 71 sena wara li deher l-ewwel fl-okkazjoni tat-tmien centinarju mit-twelid ta’ San Frangisk fl-1982.
Kellhom jghaddu seba’ snin biex San Frangisk rega’ sab ruhu fuq il-lizar tac-cinema, din id-darba kien bil-film “Frate Sole” ta’ Ugo Falena u Mario Corsi migbud mill-kumpanija Tespi Film fl-1918. Il-gbid tal-film sar fl-inhawi ta’ Assisi, Gubbio, Perugia u l-ghadira ta’ Trasimeno. Il-film ntwera ghall-ewwel darba f’Augusteo ta’ Ruma fis-7 ta’ Gunju 1918. Skond il-kronaka u l-gurnali ta’ dak iz-zmien is-success li kellu il-film flimkien mal-muzika komposta ghalih bhala sfond kienu kbar.
Disa’ snin wara fl-1927 hareg film iehor bl-isem “Frate Francesco” dirett minn Giulio Antamoro. Dan ir-regista kien meqjuz bhala specialista tal-films religjuzi, fosthom il-film “Christus”. Ghax-xenegjatura tal-Film Antamoro halla f’idejn Johannes Jorgensen, l-istudjuz Daniz li qatta’ patri kbira minn hajtu f’Assisi jistudja u jikteb dwar San Frangisk. Jidher li dan il-film intlaqa’ tajjeb wkoll.
F’dan iz-zmien meta c-cinema kienet ghadha muta, dehru zewg films ohra dwar San Frangisk. Dak fl-1912 prodott mid-ditta Amerikana Selig bl-isem: “The Vision Beautiful”. Il-parti ta’ Frangisku kienet interpretata min Tom Santschi. L-iehor kien migbud mill-industrija tal-films Germaniza u prodott mit-Transatlantic li hareg fl-Italja fl-1922 bl-isem “L’Araldo del Gran Re”.
Sadantant il-films issa kienu telqu lsienhom u bdew jitkellmu. L-ewwel film dedikat lil San Frangisk fil-perijodu tal-films talkes kien dak Messikan: “Francisco de Asis” fl-1946. Dan il-film kien dirett min Albert Gout u l-parti ta’ Frangisku nhaddmet minn Jose’ Luis Jimenez. Skond il-kritici, dan il-film offrut mid-dinja cinematografa latino-Amerikana ma tantx ghamel success, jinghad li kien superficjali hafna u kien nieqes mill-ispirazzjoni. San Frangisk veru baqa’ fil-genb.
Fl-1930 bdew jidhru l-ewwel films jitkellmu fl-Italja. Ir-regista Alessandro Blasetti wara s-successi li kellu bl-ewwel films jitkellmu fl-1932 hejja zewg dokumentarji. Wiehed minnhom iddedikat lill-Belt tal-Qaddis – Assisi. Wara dawn id-dokumentarji c-cimena Taljana donnha nsiet lil San Frangisk. Kellhom ighaddu kwazi ghoxrin sena sakemm Frangisku rega` sab ruhu mill-gdid quddiem ir-rifletturi u l-lentijiet tal-makni cinematografici fil-1950 bil-film “Francesco Giullare di Dio” ta’ Roberto Rossellini. Ix-xenigjatura tal-film thalliet f-idejn Federico Fellini u Brunello Rondi. Il-parti ta’ Frangisku kienet interpretata minn Fra Nazario Gerardi – patri frangiskan veru.
Kellhom jghaddu hdax-il sena ohra biex Frangisku jerga’ jsib ruhu fuq il-lizar tas-swali tac-cinema. Din id-darba kien Hollywood li hareg bil-Film “St Francis of Assisi” fl-1961. Ma setghax jonqos li Hollywood jibqa’ lura! Id-direttur Michael Crutiz tana l-ewwel film cinemascope u technicolour dedikat li Fqajjar ta’ Assisi b’ton spettakolari tipiku tal-cinema amerikan. L-interpreti kienu Bradford Dillman fil-parti ta Frangisku u Dolores Hart fil-parti ta’ Chiara. Kemm il-pjanijiet tal-Mulej huma misterjuzi jixhdu l-fatt li wara il-gbid ta’ dan il-film Dolores Hart iddecidiet li halli id-dinja tal-films u kollox biex thaddan il-hajja religjuza fil-Kunvent tas-Sorijiet f’Massachussetts.
Lejn nofs is-sittinijiet wara l-mewga tal-Koncilju u l-movumenti ta’ kuntestazzjoni ta’ dak iz-zmien donnhom regghu tefghu attenzzjoni specjali fuq il-figura ta’ Frangisku. Fl-1966 kienet ir-regista mara Lilian Cavani li harget bil-Film “Francesco d’Assisi” ghall-istazzjon tat-televsion Taljan RAI, bl-interpretazzjoni ta Lou Castel fil-parti ta’ Frangisku. Kien iz-zmien meta fl-arja kien ghaddej ir-rih tal-kontestazzjoni ta’ l-istudenti. U il-film ta’ Cavani donnhu anticipa dak l-ispirtu ta’ ribellioni. Frangisku gie ppresentat f’opposizzjoni ghal kull forma ta’ awtoritarizmu. Il-film minhabba l-forma espressiva u l-kontenut li tbieghdu mhux ftit mill-kitbiet u l-hajja vera ta’ Frangisku, spicca biex ippresenta lil Frangisku aktar bniedem milli qaddis.
F’dan l-artiklu qed jitkellmu proprjament dwar San Frangisk u r-rabta tieghu mac-cinema, madanakollu ta’ min nsemmu wkoll il-film “Uccellacci e uccellini”. Dan il-film ta’ Pier Paolo Pisolini hareg fil-5 ta’ Mejju 1966, jum biss qabel li ir-RAI trasmetta “Francesco d’Assisi” ta’ Cavani. Dan il-film mhux direttament dwar il-figura ta’ san Frangisk. Huwa film li fih Frangisku jibghat zewg patrijiet biex jippriedkom l-imhabba fost l-aghsafar u biex igibu l-paci fost il-bnedmin. Il-film ghandu l-ingredjenti kollha biex jaghmlu film komiku, bizzejjed wiehed isemmi li l-attur principali kien komiku Taljan Totò. Skond hafna critici dan il-film kien stument biex iwassal bit-tbissima il-ferh frangiskan. Ta’ min jghid ukoll li ghadd kbir ta’ films ghalkemm ma jitkellmux dwar San Frangisk, madankollu fost l-protagonisti taghhom issib l-patrijiet ta’ San Frangisk fost dawn biex insemmi wiehed hemm il-film “Marcellino Pane e Vino”. Ikun interessanti wiehed jaghmel ricerca dwar dawn il-films.
Wara Cavani kien imiss lil Franco Zeffirelli li fl-1971 tana il-film “Brother Sun, Sister Moon”. Bejn dan il-film u dak ta’ Cavani kien hemm abbiss shih kemm fil-forma u kemm fis-sustanza. Il-film ta’ Zeffirelli cert kellu l-kwalitajiet kollha biex jaghmluh film tassew sabih, b’xeni, sekwenzi, kuluri, ilbies u fuq kollox b’muzika mill-isbah ta’ Riz Ortolani u b’kant minn Donovan. Uhud mill-kant ta’ dan il-film kien tradott f’ghadd ta’ ilsiena u ghadu sa llum jitkanta waqt il-gemghat liturgici. L-ghanja “Diehla go qalbi” li titkanta bl-ilsien Malti fil-knejjes taghna hija mehudha minn dan il-film.
“Brother Sun Sister Moon” huwa film delikat, b’armonija kwazi poetika. Izda fil-verita` l-figura ta’ Frangisku, interpretata minn Graham Faulkner baqghet ferm ‘l boghod mill-figura ta’ Frangisku veru il-bniedem ta’ Alla. Skond il-kritici u skond hafna Frangiskani Zeffirelli tana Frangisku aktar hippie milli qaddis. Ta min jghid li xi siltiet minn dan il-film, specjalment ix-xeni interni gew migbuda fis-Sacro Convento F’Assisi. Zeffirelli, l-atturi u t-trupp li kellu mieghu damu kwazi tlett xhur jigbu f’dan il-kunvent tal-patrijiet Frangiskani Konventwali.
Wara dan il-film regghet kienet Liliana Cavani li tana film iehor dwar San Frangisk fl-1989 din id-darba bl-isem “Francesco” b’Michey Rourke fil-patri tal-qaddis. Dan ma kienx remake ta’ l-ewwel film taghha, li fih presentat aktar Frangisku pellegrin ta’ gustizzja milli pellegrin religjuz jew mistiku. F’dan il-film gdid, it-tieni ta’ Cavani donnha gharfet htijietha u pprovat is-sewwi l-figura li tat ta’ Frangisku. “Fl-ewwel film – ikkumentat Liliana Cavani stess – ppresentajt lil Frangisku bhala persunagg socjali izda ma rnexxilix ninzel fil-fond u nuri lil Frangisku fil-kuntatt tieghu ma’ Alla”. Fit-tieni film permezz ta’ muzajk ta’ flashbacks tax-xhieda ta’ l-ewwel segwaci tieghu, d-direttrici turi aktar it-triq tal-konverzjoni ta’ Frangisku, li sar qaddis proprju ghax mexa fuq il-passi ta’ Kristu. Jekk fl-ewwel film Francesco kien bil-ghatx ghall-gustizzja dan it-tieni Francesco ta’ Cavani interpretat min Michey Rourke kien bil-ghatx ghall-imhabba u ghall-verita’. F’dan it-tieni film taghha Cavani tat ukoll importanza lil figura ta’ Santa Chiara li d-diretturi tal-films kienu kemm xejn xhah maghha.
L-ahhar xoghol dwar il-Qaddis ta’ Assisi huwa il-film “Francesco” ta’ Michele Soavi, li gie trasmess fuq il-Canale 5 ghall-ewwel darba f’Ottubru 2002. Il-Parti ta’ Frangisku nhadmet mill-attur zaghzugh Taljan Raoul Bova. Dan l-ahhar film dwar San Frangisk bhal dawk ta’ qablu huwa sabih, b’interpratazzjoni, b’xeni u espisodji sbieh u mqanqala. Ghandu ukoll muzika sabiha ta’ Carlo Silitto li aktar ma tismagha aktar toghgob lil widnejn ta’ dawk li forsi huma familiari ma’ dik ta’ Ortolani. Bhall-ohrajn kollha ta’ qablu dan il-film ukoll f’hafna waqtiet jitbieghed mill-istorja u jipprezenti episodi u kliem li huma bla dubbju ‘l boghod mill-ghejjun Frangiskani u mill-verita’.
Wiehed ghadu jittama u jistenna li ghad xi darba johrog film li jippresenta il-figura ta’ Frangisku aktar qrib il-veru bniedem li ghex f’armonija shiha ma’ Alla, mieghu nnifsu, ma’ hutu l-bnedmin u mal-holqien kollu. taghrif migbur minn Fr Thomas Calleja OFMConv Assisi - 23.2.2003
|
|
Nazario Gerardi Francesco Giullare di Dio 1950
Micheal Crutuz St Francis of Assisi 1961
Lou Castel Francesco d'Assisi 1966
Graham Faulkner Brother Sun, Sister Moon 1971
Mickey Rourke Francesco 1989
Raoul Bova Francesco 2002
|