Kultura Frangiskana - muzika

<<|werrej|>>


Franz Liszt

muzicista b’qalb Frangiskana

(1811-1886)



kitba ta' Fr Thomas Calleja OFMConv


L-isem ta’ Franz Liszt m’ghandux bzonn wisq ta’ ntroduzzjoni.  Dan il-kompozitur, kuncertista u pjanista Ungeriz kien fost il-muzicisti l-aktar ammirat, l-aktar diskuss u l-aktar imfahhar fl-ewropa. 

 

Dak li forsi mhux tant maghruf huwa li dan il-genju tal-muzika meta twieled f’Raiding fl-1811 kien imsemmi "Franz" ghall-imhabba li li missieru kellu lejn San Frangisk.  Forsi ftit jafu ukoll li Franz wiret din l-imhabba lejn il-qaddis ta’ Assisi u li kellu qalb tassew Frangiskana.

 

Liszt fuq il-qabar ta’ San Frangisk

 

Fil-5 ta’ Lulju 1868 imqanqal mill-imhabba u l-qima li kellu lejn San Frangisk Liszt zar il-belt ta’ Assisi.  Wara waqfa f’Santa Maria degli Angeli, fejn xtaq jitlob fil-Kappella tal-Porziuncola gibed ‘l fuq lejn il-Bazilka ta’ San Frangisk.  Kif dahal fil-Bazilka Liszt baqa’ fis-skiet ihares u jammira l-affreski ta’ Cimabue u dawk ta’ Giotto li hemm fuq l-altar papali fil-Bazilka ta’ Isfel. 

 

Ma setghax jonqosx li l-muzicista nizel fil-kripta biex jghaddi mumenti ta’ gabra u talb quddiem il-Qabar ta’ San Frangisk.   Mieghu waqt iz-zjara kellu lil shiebu l-Abbati Zolfanelli u lil Frangiskan Patri Ruggeri. Il-professor Cristofani, l-istoriku tal-belt ha hsieb idawwar u jispjega il-postijiet imbierka minn Frangisku. Il-Kustodju Padre Giovanni Serafini da Montegranaro f’isem il-patrijiet Frangiskani Konventwali ha hsieb idawwru wkoll mas-Sacro Convento.  Fost il-Patrijiet li daru bil-kompozitur kien hemm Padre Alessandro Borroni, maestro di cappella tal-Bazilka ghal aktar minn 40 sena 1856-1896, li cert huwa maghruf fost ohrajn ghall-antifona Tota Pulchra, li kull sena tigi kantata fil-knejjes Frangiskani fil-festa tal-Kuncizzjoni. Waqt il-mumenti ta’ qabra il-kompozitur gie ispirat biex jikkomponi l-mottetto: “Mihi autem adharere”, l-offertorju tal-quddiesa ta’ San Frangisk, li tah Padre Borroni. Ma setghax jonqos lanqas li dwan iz-zewg kompozituri ma tkellmux flimkien dwar kemm San Frangisk kien ihobb il-muzika u kif spiss kien ikanta ghan jiet godda lill-Hallieq.

 

L-ghada 6 ta’ Lulju filghodu Liszt ha sehem fil-quddiesa li l-Abbati Zolfanelli qaddes fuq il-Qabar ta’ San Frangisk. Aktar wara nofs in-nhar Liszt temm iz-zjara tieghu u telaq lejn Fabriano. Waqt li kien fil-paci ta’ l-eremitagg ta’ Monte Mario Liszt inghata ghal qari tal-Fjuretti ta’ San Frangisk u l-Kantiku tal-Hlejjaq, qara wkoll il-ktieb Poeti Francescani in Italia ta’ Ozanam kif ukoll il-ktieb Vita di san Francesco ta’ Giuseppe Miscimarra.   Dan il-qari ispira lil Liszt biex jikkomponi zewg bicciet ghal pjanu: Il cantico delle creature di S. Francesco u La leggenda di san Francesco che predica agli uccelli.

 

Liszt dam Assisi jumejn biss imma f’din il-waqfa qasira tieghu kienu hin bizzejjed biex hassu f’kuntatt ta’ l-umanità u man-natura.  Il-kompozitur stqar: “Jien ma nghix ghalija wahdi, imma jhossni parti ma’ dak kollu li hawn madwari”.  Kompla jghid li ghalih “il-muzika hija wahda mill-modi li tghaqqad aktar lill-bniedem ma’ l-umanità  u man-natura”.

 

Membru tat-Terz’Ordni ta’ San Frangisk

 

L-imhabba tieghu lejn il-qaddis ta’ Assisi bdiet meta kien ghadu ckejken. Missieru Adam Liszt kien terzjarju Frangiskan u bla dubju rabba lil ibnu fl-idejali ta’ San Frangisk fuq it-taghlim tal-vangelu.  Meta kellu biss 11-il sena missieru kien jiehdu mieghu fil-kunvent tal-Patrijiet Frangiskani f’Pest biex jiltaqa’ ma Patri Johann Capistrano.  Din l-ewwel esperienza tieghu mal-Frangiskani halliet effett fuq iz-zaghzugh Franz, tant li rega` lura aktar minn darba f’dan il-kunvent biex isib is-serhan u l-paci tal-qalb.  Hawn fl-1848 kien ispirat jikteb Messa a quattro voci e organo ghal patri Joseph Albach.

 

Li kien ghalih Liszt xtaq isir patri Frangiskan ukoll.  Imma Alla wera’ li dan ma kienx dak li jrid minnu.  Madankollu fit-8 ta’ Settembru 1856 Liszt inkiteb u sar membru bhala “confrater seraphicus” tal-Terz’Ordni Frangiskan. Din l-ghazla taghtu d-dritt li jilbes l-abitu frangiskan kif ukoll li jindifen b’dan l-ibies.  Fil-11 ta’ April 1858 qata` xewqtu  u gie accettat solennement fi hdan l-Ordni Frangiskan tal-kunvent ta’ Pest.  Fl-1865 fl-eta` ta’ 54 sena Liszt gie moghti ukoll t-tonsura u l-ordnijiet minuri izda qatt ma nghata l-ordnijiet magguri li jwassluh ghas-sacerdozju. 

 

Kif spiega il-kompozitur stess dan il-gest li jhaddan l-Ordni ta’ San Frangisk ma kienx konverzjoni veru u proprju, imma kien konsegwenza naturali tal-mod ta’ kif kien qed jghix:  “Minghajr muzika kont ninghata kompletament lill-knisja u kont inkun semplicement patri Frangiskana… ix-xewqa ta’ zghoziti u dawk ta’ xjuhiti issa nghaqdu”.

 

Qalb Frangiskana

 

Minkejja hajja ta’ successi u  qligh li ghamluh sinjur kbir, Liszt miet f’Bayreuth fl-1886 mewta tassew ta’ frangiskan. Dan mhux tant ghax kien berbaq gidu, imma minhabba li kien qassam gidu ma’ hbiebu, mal-muzicisti u ma’ dawk li lanqas biss kien jafhom.  Insemmu biss zewg episodju li juru kemm kellu qalb frangiskana.  Darba minnhom waqt wiehed mill-hafna kuncerti li kien jaghti billi ma kellux flus fuqu dak il-hin, qala` il-buttuni tad-deheb li kellu fuq ilbiesu biex jaghtihom lil tallab li resaq fuqu jitolbu il-karità.  Darb’ohra  biegh l-arlogg li kellu biex ikun jista` jaghti xi haga tal-flus lil wahda armla li talbitu l-ghajnuna.

 

Wiehed mill-patrijiet Frangiskani qal dan il-kliem dwar Liszt: “Liszt huwa huwa wiehed mill-erwieh l-aktar sbieh u l-aktar nobbli li qatt iltqajt mieghu fuq l-art”.   Camille Mauclair fil-ktieb tieghu L’eroizmo di Liszt  fl-1938 kiteb: “Liszt ried li jservi u mhux jigi servut. Illum nafu li kien eroj u kien qaddis. Kien bniedem ghani fl-imhabba u bniedem ta’ karità, li njora l-mibgheda u nesa` lilu nnfisu, razzan il-kobor tieghu u miet piju u fqir. L-opri meraviljuzi tieghu jappartjenu lid-dinja ta’ muzika, imma l-ezempju ta’ Liszt jappartjeni lill-umanità kollha”.

 <<|werrej|>>


migbur minn Fr Thomas Calleja OFMConv

Assisi - 17.1.2003


 

 

Franz Liszt

(1811-1886)

 

Wara li zar

il-Qabar ta'

San Frangisk

f'Assisi

Franz Liszt

sab iz-zmien

ghall- qari

tal-Fjuretti 

u l-Kantiku

tal-Hlejjaq.

Qara wkoll

il-ktieb: Poeti Francescani

in Italia

ta’ Ozanam

kif ukoll il-ktieb

Vita di

san Francesco

ta’ Giuseppe Miscimarra.  

Dan il-qari

ispira

lil Liszt biex jikkomponi

zewg bicciet

ghal pjanu:

Il cantico delle creature di S. Francesco

u La leggenda

di

san Francesco

che predica

agli uccelli.

Liszt bl-ilbies Frangiskan

bassorilievo

fil-bronz li

jinsab fil-

Liszt Museum

ta' Weimar.