Kultura Frangiskana - pittura

<<|werrej|>>


Michelangelo

Terzjarju Frangiskan

(1475-1564)


 kitba ta' Fr Thomas Calleja OFMConv.


Min ma semghax bil-famuz pitturu, skultur, akritett u poeta Michelangelo?   

 

Michelangelo huwa l-genju li baqa’ maghruf fl-istorja ghall-kopolavuri tieghu ta’ skultura bhalma huma l-Pietà, Mosè u Davide;ghall-pittura li lewnet u tat il-hajja  lill-hitan u lis-saqaf tal-Cappella Sistina, bil-famuz Gudizio Finale; u ghall-genju arkitettoniku tieghu fil-bini tal-koppla tal-Vatikan. Michelangelo fi zmienu kien ukoll poeta msemmi, infatt halla katra minn 300 xoghol bil-kitba.

 

Cert li hemm hafna x’wiehed jghid dwar il-hajja ta’ Michelangelo li bdiet fis-6 ta’ Marzu 1475 fir-rahal ta’ Caprese fl-Italja.  Fl-eta ckejkna ga nsibuh bil-karti u l-lapsijiet f’idu johloq l-ewwel disinji tieghu. Malli tfarfar bla telf ta’ zmien gie afdat lil Mastru Domenico Ghirlandaio fil-Belt ta’ Firenze biex jitghallem. Cert li tahtu tghallem it-teknika ta’ l-affreski.  Michelangelo  ma damx ma ntefa’ ghax-xoghol insibuh jivagga fuq xoghol geww Bologno, Venezia, Firenze u Ruma.  Kull fejn mar halla warajh opri u kapolavuri kbar. Ikun ta’ nteress kbira wiehed ifittex u jaqra x’qalu dawk li kitbu dwar dan il-genju.

 

Il-biografi tieghu kollha jsemmu li Michelangelo kien bniedem ta’ sentimenti religjuzi kbar.  Uhud jinnutaw izda li l-espressjoni tal-fidi tieghu tidher aktar lejn l-ahhar xogholijiet tieghu.  Jghidu li l-ahhar opri tieghu huma espressjonijiet ta l-meditazzjoni interna tieghu fuq temi Kristjani bhalma huwa l-hajja ta’ kristu u l-aktar il-krucifissjoni. F’xi xogholijiet pinga lilu nnfisu bhala wiehed minn dawk li kienu jikkontemplaw ix-xena religjuza.

 

Dak li forsi ma nafux dwar Michelangelo hu li kellu ghal qalbu lil San Frangisku u l-Ideali Frangiskan.  Ghalhemm jonqos dokument bil-miktub, hija tradizzjoni mizmuma li Michelangelo kien Terzjarju Frangiskan.  Fil-hajja li kiteb dwar dan l-artis famuz, Papini jghid:

“skond xi whud Michelangelo kien Terzjarju Frangiskan u nafu fis-zgur li kien mitkub fil-fraternità maghrufa bhala Compagnia di San Giovanni Decollato gewwa Ruma”.

 

F’wahda mill-biografi ricenti titkellem dwar Michelangelo bhala “Fratello della Misericordia e del Terz’ordine Francescano”.  Ghaldaqstant, huwa minnu jghid l-awtur li Michelangelo f’Ruma ma kienx qed johloq biss kapolavur, wara l-iehor, imma kien ukoll moghti ghall-opri ta’ hniena.  Qatt ma ghadda forsi minn mohhna li nimmaginaw lil Michelangelo bhala “Fratell tal-Hniena”, li jzur lill-habsin, jiehu hsieb il-familja taghhom u jahseb fil-bzonnijiet spirtwali ta’ dawk li kienu kkundanati ghall-mewt. 

Michelangelo kellu sentimenti u mhabba lejn il-foqra.  Kien jghinnhom kemm f’hajtu u kemm wara mewtu.  Fl-10 ta’ Frar 1552 Michelangelo kiteb lin-neputi tieghu Lionardo li kien bi hsiebu jaghmel it-testment.  Tajjeb niftakru li r-regola tat-Terz’Ordni Frangiskan theggeg lil dawk li jhaddnu din il-hajja biex ma jittraskurawx it-testment.  Michelangelo qal lil Lionardo li kien sejjer ihalli kollox lilu u lil huh Gismondo.  Imma ried wkoll li kemm-il darba dawn in-neputijiet jibqghu minghajr werrieta, “kollox imur ghal San Martino – jigifieri kollox jinghata ghall-imhabba ta’ Alla lic-cittadini l-aktar foqra ta’ Ruma”. 

 

Fejn kien jghix Michelangelo kien tipikament frangiskan. Fuq l-ispirtu ta’ San Frangisk Michelangelo ma kienx marbut wisq mal-flus. Infatti nafu li meta kien mitlub jibni l-koppla ta’ San Pietru ma ried l-ebda hlas.  Stqarr li ried iwettaq l-opra kollha kemm hi ghall-gloria ta’ Kristu u ghall-gid ta’ ruhu.  Lil sant’Injazju, li talbu jaghti sehem fil-progett tal-bini tal-knisja ta’ Gesù f’Ruma, Michelangelo wiegeb li kien lest jaghmel ix-xoghol bla hlas.

 

Iva, Michelangelo kellu mhabba lejn San Frangisk. Nafu li ghal aktar minn hamsin sena kien jghix fil-parrocca ta’ Santi XII Apostoli mmexxi mill-patrijiet Frangiskani minuri Konventwali. (Din il-parrocca ghadha sallum taht il-kura tal-Patrijiet Konventwali fejn hemm huwa il-Kurja Generali ta’ l-Ordni). Bla dubbju permezz ta’ dawn il-patrijiet ta’ san Frangisk Michelangelo xorob mill-ghejjun frangiskani.  Ma nafux jekk qatt sarx il-qabar tal-Qaddis f’Assisi f’xi wiehed mill-vjaggi tieghu lejn il-barrieri ta’ rham f’Carrara, imma nafu zgur li ghamel pellegrinag lis-Santwarji Frangiskani ta’ Spoleto u ta’ Rieti.  Fl-eta` ta’ kwazi tmenin sena Michelangelo ried izur il-kunvent ta’ Greccio, fejn San Frangisk ghex mill-gdid l-esperjenza ta’ Gesu Tarbija fil-maxtrua u Fontecolombo fejn il-Fqajjar ta’ Assisi kiteb ir-rogola Frangiskana.  Jinghad li meta Michelangelo rega` lura Ruma wara din iz-zjara kiteb li wara li ghamel dan il-pellegrinagg Frangiskan ihossu rega` lura “men che mezzo” – ried ifisser li gie lura nofsu biss ghax halla in-nofs l-iehor f’dawk il-postijiet imqaddsa bl-esperjenza ta’ San Frangisk.

 

Fuq is-sodda tal-mewt, assistit mill-partijiet Frangiskani Konventwali Michelangelo qal dawn il-kelmiet: “ Inhalli r-ruh tieghi f’idejn Alla, il-gisem tieghi lill-art, hwejjgi lill-qraba tieghi u f’dawn l-ahhar mumenti irrid niftakar fit-tbatijiet ta’ Kristu”. Michelangelo miet fit-18 ta’ Frar 1756.


migbur minn Fr Thomas Calleja OFMConv

Assisi - 15.1.2003


 

Michelangelo

(1475-1564)

 

Holqien

Cappella Sistina

- dettal

 

Davide - detta

 

Pieta -dettal