Santa Klara ta' Assisi - 750 sena mill-Mewt - l253-2003
 

<<|werrej|>>


X'gaghalni nidhol soru tal-klawsura.


Esperjenza  ta' Sr Chiara Letizia


Il-hajja tieghi kienet hajja normali bhal taz-zghazagh ta' llum, u zgur li qatt ma kelli hsieb li nidhol soru tal-klawsura... sakemm hassejt li Gesù qed isejjahli.

 

Jien kont nahdem, u anke kont nohrog ma' boyfriend... konna anke qed nippreparaw biex nibnu familja flimkien. Minkejja dan, kont inhoss fija certu vojt fil-qalb tieghi... qed nghid ghal meta kelli bejn 18 u 23 sena.   Dan il-vojt naghmel x'naghmel qisu ma seta' jimtela b'xejn, konna nohorgu, kont anki nhobb nixtri dak li nixtieq forsi nimla dak il-vojt, imma xorta dan il-vojt baqa' xorta dejjem hemmhekk.  Iddecidejt li nfittex l-ghajnuna biex niskopri x'inhu dan il-vojt, u meta fittixt l-ghajnuna issuggerewli li nwaqqaf l-gherusija tieghi.

 

L-gherusija digà kienet ilha ghaddejja erba' snin u anke konna qed nahsbu li nizzewwgu, u ma stajtx nidhol ghal dan il-pass meta qabel iz-zwieg digà kont qed inhoss li hemm problema... ghalhekk waqqaft ir-relazzjoni.

 

Imbaghad kont wahdi, izjed free u stajt nara jien x'inrid fil-hajja tieghi.  Ghamilt perijodu li matulu sifirt, kont wkoll nitla' Paceville, fi kliem iehor, gawdejt kemm stajt ghax bdejt nahseb li se nimla' dan il-vojt b'dawn l-affarijiet.  Però dan il-vojt aktar beda jsir vojt!

 

Fl-istess hin iddecidejt li naghraf dan Gesù min hu.  Bdejt nattendi prayer groups u hekk.  Kif bdejt insir naf min hu dan Gesù, il-vojt li kelli beda jimtela', u beda jaqbadni iktar ghatx li nsir nafu.  Meta bdejt nikkultiva din ir-relazzjoni ma' Gesù bdejt nirrealizza li hu beda jsejjahli biex inkun kollni kemm kien tieghu. Ma kienetx facli.

 

Ghall-ewwel vera hasadni, qabadni biza kbir, rrifjutajtha hafna u ippruvajt nidfinha fl-istess hin.  Però bl-ghajnuna tad-direttur spiritwali, li beda jurini kif ghandi niffaccja din is-sitwazzjoni u naghraf dawn is-sorijiet tal-klawsura  min huma, irnexxili nasal.

 

La Gesù qed isejjahli ghal din it-triq, hi xi haga li mhix tal-biza, imma hi tajba ghall-hajja tieghi, u fittixt biex nara min huma dawn is-sorijiet tal-klawsura u gejt nipprova biex nidhol.

 

Sibt il-bieb miftuh u ghadd ta' ahwa Klarissi ferhanin lesti li jilqghuni maghhom.

<<|werrej|>>


Dan l-esperjenza giet imwassla lilna minghand il-Klarissi u dehret f"il-Gens illum", is-Sibt 21 ta' Awwissu 2004, p.15.

Valletta: 3.9.2004 


Santa Klara

ta' Assisi

750 Sena mill-Mewt l253-2003

 

Dan is-750 Anniversarju nibdew niccelebrawh

minn

Hadd il-Palm

(l3 ta' April) 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar

ta' missierha

u weghdet ubbidjenza

lil Frangisku quddiem

Santa Marija

ta' Angli

u ngibuh

ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar

il-Festa ta'

Santa Klara

fil-ll ta' Awissu 2004.

 

mill-ittra

tal-Ministri

Generali