Santa Klara ta' Assisi - 750 sena mill-Mewt - l253-2003
 

<<|werrej|>>


Santa Anjeze minn Assisi


kitba ta’ Sr Marie Carmel Saliba OSC


Tfajla ta’ kuragg kbir u determinazzjoni

Bejn Hadd il-Palm tas-sena 2003 u l-11 ta’ Awissu 2004, ahna s-Sorijiet Klarissi flimkien mal-Familja Frangiskana tfajna l-harsa taghna fuq Santa Klara ta’ Assisi peress li konna qed niccelebraw is-750 sena mill-mewt taghha. F’din il-kitba ser inharsu lejn ohtha, Santa Anjeze minn Assisi, li bhal Klara mietet 751 sena ilu, fis-16 ta’ Novembru 1253. Anjeze kienet l-ewwel siehba ta’ ohtha fl-esperjenza gdida ta’ l-ghixien tal-hajja evangelika u maghha protagonista fit-trawwim tat-tieni Ordni Frangiskan.

 

Il-Familja ta’ Anjeze u tfulitha

Santa Anjeze twieldet f’Assisi fl-1197 minn genituri nobbli. Il-familja taghha kienet toqghod f’palazz hdejn il-kattidral ta’ San Rufino. Missierha kien kavallier ghani jismu Favarone di Offreduccio u ommha Ortolana kienet ukoll minn familja nobbli u ghanja. Hija kienet il-fustanija fost tlett ahwa bniet. Il-kbira, Klara, kienet tlett snin ikbar minnha. Ohtha z-zghira kien jisimha Beatrice. Fil-maghmudija lil Anjeze semmewha Katarina.

 

Katarina kienet tifla semplici u sensibbli li fi ckunitha garrbet mal-familja taghha t-tbatija kkagunata mill-irvell li fl-1198, ic-cittadini tal-klassi tan-nofs ta’ Assisi (il-‘minores’) ghamlu kontra l-aristokrazija ta’ Assisi (l-‘maiores’). Il-familja ta’ Anjeze kellha ssib kenn fil-kastell ta’ Cocorano u meta fl-1202 faqqghet il-gwerra bejn Assisi u Perugia, kellha tahrab ghal Perugia fejn ghexu refugjati ghand hbieb ta’ fiducja sas-sena 1205.

 Fil-gwerra bejn Assisi u Perugia, Frangisku Bernardone kien waqa’ prigunier ghal sena u aktar tard, wara marda, ikkonverta u minn guvni xalatur b’ambizzjoni li jsir kavallier, huwa beda jghix hajja ta’ semplicita’ u faqar fuq il-passi ta’ Kristu fqir, umli u msallab. Dlonk inghaqdu mieghu f’dan l-istil ta’ hajja evangelika uhud minn shabu stess, fosthom Rufino, kugin ta’ Klara u Katarina. Fl-1209, din l-Ghamla ta’ Hajja ta’ Frangisku u l-ewwel kumpanji tieghu giet approvata oralment mill-Papa Innocenz III.

 

Zghozitha

Katarina kienet marbuta ma’ ohtha Klara b’imhabba kbira. It-tnejn kienu jaqblu hafna u jahsbuha l-istess.  Hija kellha 15-il sena meta  fit-18 ta’ Marzu 1212, Klara harbet mid-dar biex thaddan il-hajja evangelika fuq l-ezempju ta’ Frangisku ta’ Assisi. Fil-‘Leggenda ta’ Santa Klara’ ( nru 24) naqraw li Klara kienet tixtieq hafna li  ohtha tifhem il-frugha tad-dinja u bhala tinghata lil Alla u kienet titlob bil-herqa ‘li bhalma hi u ohtha kienu qalb wahda u qrib hafna fl-ispirtu meta kienu fid-dinja, ikunu wkoll rieda wahda bejniethom fis-servizz ta’ Alla’.

 

Katarina tinghaqad ma’ ohtha Klara

Xi 16-il jum wara, fl-4 ta’ April 1212, Katarina marret tara lil ohtha f’monasteru tal-Benedittini jismu Sant’Angelo di Panzo, qrib Assisi, fin-naha ta’ lvant ta’ Monte Subasio, fejn kienet sabet kenn temporanju. Klara qaltilha : ‘Ftakar, ghaziza ohti li jum wiehed fit-tempju tal-Mulej, ahjar minn elf jum f’post iehor (ara Salm 83,10) . Iz-zghozija u s-sbuhija jghebu. Il-hajja tintemm u hawn xejn ma jibqa’. Ghaziza ohti, kieku kellek idduq il-hlewwa ta’ l-imhabba tal-Mulej ! Hija mhabba dejjem gdida, li hadd ma jista’ jehodilna !’

Il-kliem u l-ezempju ta’ Klara hajjru lil Katarina biex hi wkoll tikkonsagra ruhha lil Alla. Infatti, Katarina qalet lil Klara li hi giet biex toqghod maghha ghax hi wkoll xtaqet taqdi lil Alla biss. Ghal dan il-kliem Klara ghannqitha bil-ferh waqt li qaltilha :  ‘Inrodd hajr lil Alla, ohti l-aktar ghaziza, ghax il-Mulej ghogbu jisma’ talbi’. U hekk Klara akkwistat l-ewwel kumpanja taghha.

 

Katarina tirresisti lill-familja taghha

Fil-‘Leggenda ta’ Santa Klara’ nmr 25 u 26 insibu rakkont  dwar kif malli l-familja ndunat bil-harba ta’ Katarina, tnax il-ragel armati taht it-tmexxija ta’ zijuha Monaldo, marru ghaliha. Sabuha barra mill-klawsura u ghalhekk setghu jerfghu idejhom fuqha. Kaxkruha ma’ l-art, qattghulha hwejjigha u sawtuha. Klara ma setghet taghmel xejn hlief titlob imbikkija biex ohtha tinghata rieda shiha, u biex il-qawwa ta’ Alla teghleb is-sahha ta’ dawk l-irgiel. U hawn gara miraklu doppju. F’daqqa wahda, il-gisem tat-tfajla sar hekk tqil li dawk l-irgiel kollha ma felhux ikaxkruha aktar. Ghalhekk l-irgiel hallewha filwaqt li bdew jishtu u jghidu li kielet ic-comb ! Iz-ziju Monaldo tilef il-kontroll u kif kien ser ixejjrilha daqqa, hass ugigh kbir fi drieghu li baqa’ paralizzat u merfugh fl-arja. Klara fl-ahhar ipperswadiet lil qraba taghha ihallu lil ohtha maghha.

Fil-bazilika ta’ Santa Klara f’Assisi hemm meqjum il-fdal tal-kranju (ghadam ta’ l-iskutella tar-ras) ta’ Katarina, u f’dan il-fdal ghadha tidher tracca ta’ daqqa li kienet qalghet mis-suldati kiefra meta marru ghaliha f’Sant’Angelo di Panzo.

 

Wara din il-grajja, Frangisku nnifsu qata’ xaghar Katarina, ikkonsagraha lil Alla u bidel l-isem tat-tfajla minn Katarina ghal Anjeze. Dan ghaliex Frangisku xebbahha mal-Haruf bla tebgha peress li hi wkoll xerrdet demmha biex tmur warajh fit-taqbida li kellha ma’ qrabatha. Tixbah wkoll lill-vergni u martri Rumana Anjeze li fl-ewwel zminijiet tal-Knisja tat hajjitha ghal Kristu.

 

Fil-kunventin ta’ San Damjan

Tul l-erba’ xhur li Klara u Anjeze damu f’Sant’Angelo di Panzo, Frangisku hejja kollox biex jehodhom f’kunventin tipikament Frangiskan, f’San Damjan, barra l-hitan tal-belt ta’ Assisi. F’dak il-post, fl-1206 kien kellmu Gesu’ Msallab u mimli b’farag tas-sema, hass li kellu jitlaq id-dinja ghal kollox. Ftit taz-zmien wara, waqt li kien qed isewwi l-knisja beda jsejjah b’lehen gholi bl-ilsien franciz lill-bdiewa li kienu jinsabu f’dawk l-inhawi: ‘Ejjew u ghinuni nibni l-monasteru ta’ San Damjan, ghaliex ghad jigu joqghodu fih nisa li bil-fama u bil-hajja qaddisa taghhom ghad jaghtu glorja lill-Missier tas-sema fil-Knisja mqaddsa kollha tieghu’. Din il-profezija sehhet meta Klara u Anjeze dahlu f’dak il-post fqir. Tfajliet hbieb u qraba,  u xebbiet ohra li bosta minnhom kienu nobbli nghaqdu maghhom f’San Damjan u l-komunita’ kompliet tikber b’mod ta’ l-ghageb.  Fl-1229, Beatrice, ohthom iz-zghira haddnet il-hajja evangelika. Sahansitra, ommhom Ortolona, meta romlot, dahlet soru f’San Damjan. Fi zmien qasir saru komunita’ ta’ hamsin. Twaqqfu wkoll monasteri ohra f’diversi postijiet fl-Italja u anke fi Franza, Spanja, fil-belt ta’ Praga, il-Germanja, il-Polonja...  Anjeze baqghet f’San Damjan sas-sena 1220 meta Frangisku baghatha twaqqaf monasteru f’Monticelli, hdejn Firenze (ara ‘Il-Fjuretti ta’ San Frangisk’, Kap XV). Waqqfet monasteri ohra tax-Xbejbiet Foqra f’Mantova, fil-Feltrino u postijiet ohra fit-Toscana u forsi aktar ‘l boghod... u regghet lura f’San Damjan matul l-ahhar gimghat tal-hajja ta’ ohtha Klara, f’Lulju/Awissu 1253.

Fil-Process tal-Kanonizzazzjoni ta’ Santa Klara, Anjeze tissemma’ f’zewg episodji li graw qabel it-tluq taghha ghal Monticelli. Fir-rakkont tal-miraklu taz-zejt fil-garra mwettaq minn Klara li gara fl-1213 (ara Proc. I, 15), l-ewwel xhud Pacifica di Guelfuccio meta mitluba tghid liema mis-Sorijiet l-ohra kienu prezenti, fost l-ohrajn issemmi lil Swor Anjeze, oht Santa Klara.  Sr Cecilia, is-sitt xhud, meta kienet qed tixhed dwar l-ispirtu tal-profezija li kellha Klara, tghid ‘li ohtha Swor Anjeze - li ftit taz-zmien ilu ghaddiet minn din il-hajja -  kienet hemm, tisma’.’ (ara Proc,VI, 15).

 

Xhieda ohra tas-snin li fihom Anjeze ghexet ma’ Klara f’San Damjan insibuha  fil-‘Fjuretti ta’ San Frangisk’ nmr 33 li jirrakkontaw il-grajja meta l-Papa Girgor IX mar izur lil Klara u din bierket il-hobz u minnufih fuq il-hbejziet kollha deher is-sinjal tas-salib. ‘F’dak iz-zmien f’dak il-monasteru kienu jghixu Sor Ortolana, omm Santa Klara, u Sor Anjeze, ohtha, it-tnejn li huma, flimkien ma’ Santa Klara, mimlijin bil-virtujiet u bl-Ispirtu s-Santu, u kien hemm ukoll hafna Sorijiet ohra qaddisa’.

 

‘Altera Clara’ - Klara ohra

Ghal habta ta’ l-1220, il-Kardinal Ugolino, li wara sar il-Papa Girgor IX, kiteb ittra lil Klara li hija xhieda ta’ l-istima profonda li kellu ghal Klara u ghal Anjeze u ghall-‘qaddejja l-ohra ta’ Kristu’ u tal-fiducja kbira li kellu fit-talb taghhom.  Ugolino xtaq jerga’ jara lil Klara u lil hutha s-Sorijiet; u jiftakar b’mod specjali f’Anjeze, li maghha juri rabta qawwija meta jsejhilha ‘ohtu’. ‘Insellem lil vergni Anjeze, ohti, u lil hutek kollha fi Kristu’. Lil Anjeze isejhilha wkoll ‘qaddejja umli u l-izjed ckejkna ta’ Kristu’.

 

Aktar minn tletin sena wara, fl-1253, fir-raba’ ittra taghha lil Santa Anjeze ta’ Praga, Klara stess tqis lil Anjeze ohtha daqsha u tikteb hekk: ‘ Dawn l-istess uliedi imbaghad, imma b’mod partikulari l-vergni l-aktar ghaqlija, Anjeze, ohtna, jirrikmandaw ruhhom bil-qawwa kollha fil-Mulej lilek u lil uliedek.’

 

Il-fatt li Frangisku ghazel lil Anjeze bhala ‘l-mibghuta specjali’ biex twaqqaf monasteru f’Monticelli, Firenze, juri li Frangisku wkoll kellu stima kbira ghall-personalita’ u l-kwalitajiet li kienu jzejnu lil Anjeze. Bhal ohtha kienet animata minn ideali evangelici li ghexithom b’xehta u qawwa gdida.

 

Pellegrina ghall-imhabba ta’ Kristu

Ghall-imhabba ta’ Kristu, Anjeze accettat li tmur Monticelli biex bhala Badessa tkun ezempju haj ghal grupp ta’ xebbiet zghazagh li xtaqu jghixu l-istess stil ta’ hajja ta’ Klara u hutha f’San Damjan. Imma l-firda minn ohtha Klara, mis-sorijiet u mill-‘benniena ‘ taghha f’San Damjan swietilha sagrificcju mill-akbar lil Anjeze. Dan jidher mill-ittra li kitbet lil Klara li fiha stqarritilha: ‘Irridek tkun taf, ghaziza ommi, li ghalija l-firda minnek u mis-sorijiet l-ohra li jien kont nemmen li se nghix u mmut maghhom, hi piena kbira ghall-ahhar; inhoss niket kbir f’ruhi u f’gismi.... u b’danakollu hawn qed ingarrab farag kbir u haqqkom tifirhuli tassew. Firdiet bejnietna m’hawnx, u hawn sibt ghaqda tal-ghageb, aktar milli hsibt li hu possibbli. Kollha laqghuni b’ferh kbir u huma kuntenti hafna bija; kollha kemm huma weghduni l-ubbidjenza bl-akbar qima.’

 

Spirtu missjunarju

Minkejja d-distanzi, Anjeze u hutha f’Monticelli kienu jhossuhom gisem wiehed u spirtu wiehed fi Kristu ma’ Klara u s-Sorijiet f’San Damjan, Assisi. Kull fejn marret twaqqaf monasteru, Anjeze xerrdet Vangelu haj bil-hajja siekta, semplici u serena taghha. Dan l-ispirtu missjunarju li ta frott kotran kien imsoqqi minn gewwa b’hajja interjuri li hjiel taghha nsibuha fil-‘Vita Agnetis’ li hemm imdahhla fil-‘Kronaka ta’ l-24 General’.

 

Il-Hajja Nterjuri ta’ Anjeze

Tul hajjitha kollha Anjeze rawwmet b’imhabba sinciera tlett devozzjonijiet partikulari:L-ewwelnett kellha devozzjoni lejn il-Missier, li kienet tikkontemplaH fil-hniena bla tarf tieghU, fid-delikatezza lejn uliedu li huma tant ingrati lejH u tant bierda u ndifferenti ghall-imhabba paterna tieghU. It-tieni devozzjoni taghha kienet lejn Gesu’ fil-Passjoni u Anjeze kuljum kienet tikkontempla t-tbatijiet mill-aktar horox ta’ Kristu u  l-ingratitudni tal-bnedmin lejn din l-imhabba bla qies tal-Feddej. It-tielet devozzjoni kienet il-moghdrija taghha ghall-Erwieh tal-Purgatorju. Anjeze kienet taf li l-offerta tat-talb taghha kienet tghinhom jissaffew minn htijiethom biex jaslu aktar malajr , kollha dija, fil-prezenza ta’ l-Aktar Gholi.

 

Imma l-karatteristika essenzjali ta’ l-ispiritwalita’ ta’ Anjeze kienet il-kontemplazzjoni taghha ta’ Gesu’ Bambin. Dan ghaliex Anjeze ghexet fil-mohbi u fis-skiet il-grajjiet kollha ta’ hajjitha, anke dawk esterni li ghamlu hoss, f’adorazzjoni bla heda tar-rieda ta’ Alla. Fil-ferh u fil-ghejja ta’ kuljum, fil-paci u fit-taqbid, fid-dawl u fid-dlam interjuri, ghexet marbuta mar-rieda ta’ Alla f’isem il-fiducja bla limiti f’Alla ta’ dawk li huma zghar u foqra, kbar u ghonja, ghas-Saltna tas-Sema.

 

Il-mewt ta’ Anjeze

F’Lulju jew Awissu 1253, Anjeze marret lura f’San Damjan u kienet imbikkija qrib ohtha Klara meta din kienet qed tmut. Imma Klara qaltilha : ‘Ja oht l-aktar ghaziza, Alla joghgbu li jiena nitlaq, izda int tibqax tibki, ghax dalwaqt tigi tghaggel warajja ghand il-Mulej.’ (ara ‘Leggenda ta’ Santa Klara, nmr 43). Skond l-istess ‘Leggenda’ fin-numru 48 insibu : ‘Ftit jiem wara (l-mewt ta’ Klara fil-11 ta’ Awissu 1253) Anjeze wkoll giet imsejha ghat-Tieg tal-Haruf, u marret wara ohtha Klara fil-ferh ta’ dejjem : hemm it-tnejn li huma bniet ta’ Sijon, ahwa bid-demm, bil-grazzja u bis-saltna, ifahhru lil Alla bla heda’. X’aktarx li Anjeze mietet fis-27 ta’ Awissu 1253 imma skond it-tradizzjoni  mietet tlett xhur wara fis-16 ta’ Novembru 1253.

 

Anjeze indifnet fis-sepolcretto ta’ San Damjan u fis-sena 1260 il-fdalijiet taghha gew mehuda fil-Bazilika ta’ Santa Klara f’Assisi, u mqieghda f’kappella ddedikata lilha. Il-Papa Benedittu XIV iddikjara lil Anjeze qaddisa fl-1752, imma l-kult taghha f’Assisi hu hafna eqdem, u jixhdu ghalih il-mirakli li saru bl-intercessjoni taghha u li huma mnizzlin fil-‘Vita Agnetis’.  Fil-Bazilka ta’ Santa Klara wiehed jista’ jara x-xena tal-mewt tal-qaddisa f’affresk ta’ Puccio Capanna (skola ta’ Giotto), li fiha Anjeze tidher gharkupptejha fuq il-gisem mejjet ta’ ohtha Klara. It-tifkira ta’ Santa Anjeze ssir fis-19 ta’ Novembru.

 

<<|werrej|>>


Dan l-artilku twassal lil dan is-site mill-Klarissi ta' Malta. Deher ukoll fuq il-Lehen is-Sewwa, tas-Sibt 13 ta' Novembru 2004.

Valletta: 15.11.2004 


Santa Klara

ta' Assisi

750 Sena mill-Mewt l253-2003

 

Dan is-750 Anniversarju nibdew niccelebrawh

minn

Hadd il-Palm

(l3 ta' April) 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar

ta' missierha

u weghdet ubbidjenza

lil Frangisku quddiem

Santa Marija

ta' Angli

u ngibuh

ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar

il-Festa ta'

Santa Klara

fil-ll ta' Awissu 2004.

 

mill-ittra

tal-Ministri

Generali