![]() |
Santa Klara ta' Assisi - 750 sena mill-Mewt - l253-2003 | |
Santa Klara - Dawl ghad-Dinja Kitba ta' Sr Marie Carmel Saliba OSC
Min studja x-xjenza jaf li l-eqreb kewkba ghad-dinja taghna hija erba’ ‘snin ta’ dawl’ ‘l boghod. Jigifieri li d-dawl ta’ din il-kewkba jiehu erba’ snin biex jasal hawn. Dan meta d-dawl jimxi bil-velocita’ fenominali ta’ 300 miljun metru fis-sekonda ! Din il-kitba hija dwar kewkba li d-dawl taghha ilu gej aktar minn 750 sena. Il-kewkba jisimha Santa Klara ta’ Assisi (1193-1253), ‘l-ewwel pjanta ckejkna ta’ San Frangisk ta’ Assisi li rmiet il-fwieha bhal warda safja tar-rebbiegha, u xerrdet dawl leqqieni bhal kewkba ta’ dija ta’ l-ghageb.’ (Legenda Maior IV,6). F’din il-kitba, ser nimxu pass pass mal-hajja taghha biex inhalluha ddawwalna b’ghemilha.
Il-Familja ta’ Klara u tfulitha Klara twieldet f’Assisi x’aktarx fis-16 ta’ Lulju 1193 (jew 1194) minn genituri nobbli, 12-il sena wara Frangisku, iben Pietro di Bernardone, merkant ghani tad-drappijiet. Il-familja ta’ Klara kienet toqghod f’palazz hdejn il-kattidral ta’ San Rufino. Missierha kien kavallier ghani jismu Favarone di Offreduccio u ommha Ortolana kienet ukoll minn familja nobbli u ghanja. Ftit qabel it-twelid ta’ l-ewwel tarbija taghha, Ortolana kienet qed titlob fil-Knisja quddiem kurcifiss biex ikollha hlas tajjeb u semghet lehen jghidilha : ‘Tibzax, Ortolana, ghax it-tarbija titwieled qawwija u shiha u tkun dawl ghad-dinja kollha’. Ghal din ir-raguni fil-maghmudija, it-tarbija nghatat l-isem ta’ Klara, isem li jfisser dawl u sbuhija.
Sa minn ckunitha, Klara bdiet iddawwal bi tjubitha. Fil-‘Leggenda ta’ Santa Klara’ attribwita lil Fra Tumas minn Celano, insibu hekk : ‘ Meta kienet ghadha ckejkna, Klara bdiet taghti dawl leqqien fid-dlam tad-dinja, u bit-tjubija taghha xerrdet id-dawl sa mis-snin bikrin ta’ hajjitha. Kienet tfajla docli f’qalbha, u minn fomm ommha hadet l-ewwel taghlim tal-fidi... Hija fethet idejha bil-qalb mal-fqar, u ghamlet tajjeb ghan-nieqes ta’ hafna miz-zejjed ta’ darha... Kienet iccahhad lil gisimha ckejken minn ikel delikat, u tibghatu bil-mohbi permezz ta’ ohrajn biex bih tmantni lill-foqra. Hekk sa minn ckunitha, il-hniena kibret maghha, u rawwmet fiha spirtu ta’ hniena u moghdrija ghal kull min kien isib ruhu fil-bzonn. It-talb kien il-hena taghha u kienet tikkultivah b’herqa kbira’.
Klara trabbiet fi zmien ta’ taqlib kbir. Fl-1198, ic-cittadini tal-klassi tan-nofs ta’ Assisi, fosthom Frangisku, irvellaw kontra l-aristokrazija ta’ Assisi. Il-familja ta’ Klara kellha ssib kenn fil-kastell ta’ Cocorano u meta fl-1202 faqqghet il-gwerra bejn Assisi u Perugia, kellha tahrab ghal Perugia fejn ghexu refugjati sas-sena 1205. Hemm Klara ghamlet hbieb ma’ zewg tfajliet, Filippa u Benvenuta, li ngibdu mill-karattru helu u gentili taghha. Filippa kienet bint in-nobbli Gislerio minn Assisi u Benvenuta kienet bint ta’ familja li tat kenn lill-familja ta’ Klara.
Fil-gwerra bejn Assisi u Perugia, Frangisku waqa’ prigunier ghal sena u aktar tard, wara marda, ikkonverta u minn guvni xalatur b’ambizzjoni li jsir kavallier, huwa beda jghix hajja ta’ semplicita’ u faqar fuq il-passi ta’ Kristu fqir, umli u msallab. Dlonk inghaqdu mieghu f’dan l-istil ta’ hajja evangelika uhud minn shabu stess, fosthom Rufino, kugin ta’ Klara. Fl-1209, din l-Ghamla ta’ Hajja ta’ Frangisku u l-ewwel kumpanji tieghu giet approvata oralment mill-Papa Innocenz III.
Zghozitha F’Assisi, Frangisku kien sar maghruf sewwa u Klara wkoll ingibdet mill-hajja evangelika tieghu u xtaqet tisimghu u tarah. Frangisku ukoll kellu x-xewqa li jiltaqa’ u jitkellem ma’ Klara, ghax kien sema’ bil-fama tal-hajja qaddisa ta’ din it-tfajla hekk grazzjuza. Klara bdiet tohrog bil-mohbi mid-dar akkumpanjata minn Bona di Guelfuccio, habiba tal-qalb, biex tiltaqa’ ma’ Frangisku u tkellmu fuq ix-xewqa taghha li bhalu thaddan hajja ta’ faqar evangeliku.
F’din il-grajja jolqotni l-fatt li ghalkemm Klara kibret f’ambjent ta’ gwerra civili meta kienet tinhass il-mibeghda tal-klassi, Klara ma kinitx taf izzomm f’qalbha d-deni. Hija kellha spirtu ta’ mahfra u rikonciljazzjoni, bla ebda pregudizzju lejn min kien ta’ klassi aktar baxxa minn taghha u li darba kien ghadu tan-nobbli.
Klara kienet issa tfajla sabiha b’personalita’ helwa u qawwija. Il-genituri taghha riedu izewguha lil xi wiehed nobbli. Imma hija b’qawwa kbira kienet tichad kull proposta ghaz-zwieg ghax mistura f’qalbha kien hemm ix-xewqa li tkun biss ta’ Gesu’, il-mahbub wahdieni ta’ qalbha. Meta kellha 18-il sena, wara snin ta’ riflessjoni, kienet taf xi trid u kienet determinata li thaddan il-hajja evangelika. Peress li kienet certa li l-familja taghha ma kienux ser japprovaw l-ghazla taghha, hija kellha tahrab mid-dar. Frangisku bl-approvazzjoni ta’ l-Isqof Guido, hejja kollox biex jikkonsagraha lil Alla.
Il-Harba ta’ Klara f’Hadd il-Palm Il-jum maghzul kien Hadd il-Palm, fit-28 ta’ Marzu 1211 (jew fit-18 ta’ Marzu 1212). Fil-ghodu libset l-isbah ilbies u marret il-Kattidral ghall-purcissjoni ta’ Hadd il-Palm. Meta l-Isqof Guido kien qed iqassam il-palm lill-fidili, nizel hu stess jaghti l-palma lil Klara flok stennija tersaq hi. Dan kien sinjal tal-kunsens tieghu ghad-decisjoni li Klara hadet flimkien ma’ Frangisku. Imbaghad, fis-skiet u d-dalma tal-lejl, Klara harbet mid-dar. Biex hadd ma jinduna, hija harget mill-bieb ta’ wara li kien ikun dejjem maghluq tajjeb bl-istaneg u mbarrat bi blata. Ma nifhmux kif Klara rnexxielha tohrog minn dak il-bieb. F’tarf il-belt, sabet Patrijiet li kienu qed jistennewha bit-torci f’idejhom biex jakkumpanjawha sal-kappella ta’ Santa Marija ta’ l-Angli li kienet tinsab f’bosk, imdawra b’sigar gholjin fil-pjanura ta’ Assisi. Frangisku u Patrijiet ohra li kienu qeghdin jitolbu fil-Kappella, laqghu lil Klara. Gharkubbtejha quddiem l-artal tal-Madonna, halliet lil Frangisku jaqtalghha x-xaghar dehbieni taghha, nezghet darba ghal dejjem l-ilbies fin u l-gawhar li kellha fuqha biex floku tilbes it-tonka goffa u fqajra, u hemm f’idejn Frangisku, ghamlet il-weghdiet tal-konsagrazzjoni taghha lil Alla.
B’hekk tat bidu ghall-Ordni tas-Sorijiet Klarissi, maghruf ukoll bhala t-Tieni Ordni Frangiskan, hemm fl-istess post fejn Frangisku kien waqqaf l-Ewwel Ordni Frangiskan, dak tal-Patrijiet.
Il-pass li hadet Klara kien wiehed tassew kuraggjuz. Hija halliet warajha l-genituri taghha, lil hutha Katerina u Beatrice, lil qrabatha u hbiebha, u ma’ dawn, l-imhabba u s-sigurta’, il-kumdita’, il-ghana u l-affarijiet l-ohra kollha li kienet tgawdi fil-palazz tal-familja taghha u cediet ukoll ghad-drittijiet u l-privileggi tal-familja nobbli taghha. Halliet warajha l-hwejjeg kollha li d-dinja tigri warajhom. Ghazlet li tghix fqira ghax habbet qabel kulhadd lil Kristu fqir u umli u lill-Omm qaddisa tieghu. U issa, lanqas biss kellha kunvent ghaliha fejn isserrah rasha.
Kenn temporanju ghand il-Benedettini Wara c-cerimonja, Klara sabet kenn temporanju f’monasteru tas-Sorijiet Benedittini msejjah ‘San Paolo delle Abbadesse’, qrib ir-rahal ta’ Bastia fuq it-triq li tiehu ghal Perugia. Il-familja taghha malajr kixfu fejn kienet u marru biex jehduha lura d-dar imma ma setghux jerfghu idejhom fuqha ghax il-monasteru kien igawdi ‘l-immunita’ ekklezjali’. Klara ggranfat mat-triehi ta’ l-artal, nehhiet il-velu u uriethom xagharha maqtugh sinjal ta’ konsagrazzjoni. Huma kellhom ihalluha u ghalkemm ghal xi granet uzaw vjolenza morali fuqha biex jipperswaduha tmur lura d-dar, kien kollu ghal xejn.
Imbaghad San Frangisk, Fra Filippo u Fra Bernardo hadu lil Klara f’monasteru iehor tal-Benedittini jismu Sant’Angelo di Panzo, fil-qrib ta’ Assisi, fin-naha tal-lvant ta’ Monte Subasio, taht l-Eremo delle Carcere.
Tinghaqad maghha l-ewwel siehba taghha Xi tnax il-jum wara t-tluq taghha mid-dar giet taraha ohtha Katerina, tfajla sabiha ta’ xi hmistax jew sittax il-sena, li kienet thobb hafna lil Klara, taqbel maghha u tahsibha bhalha. Katerina qaltilha li hi giet biex toqghod maghha ghax hi wkoll xtaqet taqdi biss lil Alla. Ghal dan il-kliem Klara ghannqitha bil-ferh waqt li qaltilha : ‘ Inrodd hajr lil Alla, ohti l-aktar ghaziza, ghax il-Mulej ghogbu jisma’ talbi’. U hekk Klara akkwistat l-ewwel kumpanja taghha.
Malli l-familja ndunat bil-harba ta’ Katerina, tnax il-ragel armati taht it-tmexxija ta’ zijuha Monaldo, marru ghaliha. Sabuha barra mill-klawsura u ghalhekk setghu jerfghu idejhom fuqha. Kaxkruha ma’ l-art, qattghulha hwejjigha u sawtuha. Klara ma setghet taghmel xejn hlief titlob imbikkija biex ohtha tinghata rieda shiha, u biex il-qawwa ta’ Alla teghleb is-sahha ta’ dawk l-irgiel. U hawn gara miraklu doppju. Il-gisem ta’ Katerina sar hekk tqil li dawk l-irgiel kollha ma felhux ikaxkruha aktar. Iz-ziju Monaldo tilef il-kontroll u kif kien ser ixejjrilha daqqa, hass ugigh kbir fi drieghu li baqa’ paralizzat u merfugh fl-arja. Klara fl-ahhar ipperswadiet lil qraba taghha ihallu lil ohtha maghha.
Wara din il-grajja, Frangisku nnifsu qata’ xaghar Katerina, ikkonsagraha lil Alla u bidel l-isem tat-tfajla minn Katerina ghal Anjeze.
Fil-kunventin ta’ San Damjan Tul l-erba’ xhur li Klara u Anjeze damu f’Sant’Angelo di Panzo, Frangisku hejja kollox biex jehodhom f’kunventin tipikament Frangiskan, f’San Damjan, barra l-hitan tal-belt ta’ Assisi. F’dak il-post, fl-1206 kien kellmu Gesu’ Msallab u mimli b’farag tas-sema, hass li kellu jitlaq id-dinja ghal kollox. Ftit taz-zmien wara, waqt li kien qed isewwi l-knisja beda jsejjah b’lehen gholi bl-ilsien franciz lill-bdiewa li kienu jinsabu f’dawk l-inhawi: ‘Ejjew u ghinuni nibni l-monasteru ta’ San Damjan, ghaliex ghad jigu joqghodu fih nisa li bil-fama u bil-hajja qaddisa taghhom ghad jaghtu glorja lill-Missier tas-sema fil-Knisja mqaddsa kollha tieghu’. Din il-profezija sehhet meta Klara dahlet f’dak il-post fqir u hemm baqghet bla ma qatt harget ghal 42 sena sakemm mietet u ttajret ghas-sema.
Is-Sorijiet Foqra ta’ San Damjan Minn go dawk il-hitan imbierka Klara ddiet b’dija li gibdet tfajliet hbieb u qraba, u xebbiet ohra li bosta minnhom kienu nobbli. Wara ohtha Anjeze, Klara laqghet lil habiba ta’ tfulitha Pacifika di Guelfuccio u maghha nghaqdet Benvenuta ta’ Perugia, li fid-dar tal-familja taghha, il-familja ta’ Klara kienu sabu refugju f’Perugia. Gew ukoll Balvina di Martino u Filippa di Gislerio, habiba ta’ Klara, waqt l-ezilju f’Perugia. Hafna xebbiet ohra hallew kollox warajhom u dahlu f’San Damjan, fosthom Balvina u Amata li kienu t-tfal tal-kugin ta’ Klara. Fl-1229, Beatrice, oht Klara z-zghira haddnet il-hajja evangelika. Sahansitra, omm Klara, Ortolona, meta romlot, dahlet soru f’San Damjan. Fi zmien qasir saru komunita’ ta’ hamsin. Twaqqfu wkoll monasteri ohra f’diversi postijiet fl-Italja: fi Spello fl-1214, u fi Sienna, Lucca u Firenze fl-1218-1219. Fl-1220 bdiet l-ewwel komunita’ tas-Sorijiet ta’ San Damjan f’Rheims fi Franza, fl-1228 f’Pamplona Spanja, fl-1234 fi Praga fil-Boemja, u f’aktar pajjizi fl-Ewropa: il-Germanja, il-Polonja…
L-Ewwel dixxipla fidila ta’ San Frangisk - Il-Harsien tal-faqar imqaddes Klara harset b’fedelta’ kbira l-idejal ta’ San Frangisk. Minkejja li l-Knisja tatha Regola bbazata fuq dik Benedittina, hija u s-Sorijiet ghexu skond il-Ghamla tal-Hajja Frangiskana. Hajjitha kollha kienet glieda spiritwali kontinwa biex il-Knisja tapprova d-dritt tas-Sorijiet Foqra ta’ San Damjan li jghixu bla xejn taghhom. Ma fehmuhiex u sabet hafna opposizzjoni, imma dejjem uriet ubbidjenza u rispett lejn l-awtorita’ ekklesjastika. Klara baqghet tinsisti li tghix bla sigurta, bla renti ghax kellha fiducja shiha fil-providenza tal-Missier Alla.
Fl-1216 akkwistat il-Privilegg tal-Faqar minghand il-Papa Innocenz III. Dan kien privilegg li ma jkollhom xejn taghhom ! Fl-1219 il-Kardinal Protettur Ugolino sawwar Regola rigida ghas-Sorijiet ibbazata fuq dik ta’ San Benedittu u meta fl-1228 sar Papa bl-isem ta’ Girgor IX ikkonferma r-Regola tieghu u l-Privilegg tal-Faqar. Il-Papa ta’ warajh, Innocenz IV, fl-1245 ikkonferma mill-gdid il-Privilegg tal-Faqar u fl-1247 ghamel Regola ohra ghas-Sorijiet li kellha wkoll ir-Regola ta’ San Benedittu bhala bazi, pero’ tat lis-Sorijiet Foqra ta’ San Damjan id-dritt li jkunu taht il-gurisdizzjoni tal-Ministru General tal-Patrijiet Minuri.
Quddiem din is-sitwazzjoni, Klara, li kienet marida serjament, hadet decisjoni iebsa li tikteb Regola hi stess. Saret l-ewwel mara fl-Istorja tal-Knisja li kitbet Regola ghan-nisa. Ir-Regola taghha, frott ta’ esperjenza matura ta’ hajja evangelika, kitbitha bejn 1247-1252 u fis-16 ta’ Settembru 1252 giet approvata mill-Kardinal Protettur Rainaldo Segni. Il-Papa Innocenz IV ikkonfermaha bil-bulla pontificja ‘Solet annuere’ fid-9 ta’ Awissu 1253. Fl-ahhar Klara kienet qatghet l-akbar xewqa ta’ hajjitha. Jumejn wara, mietet kuntenta mghannqa mar-Regola.
Oht u qaddejja umli Klara kienet iddawwal il-monasteru bil-virtujiet u d-drawwiet tajba taghha li fihom iffurmat ukoll lil hutha s-Sorijiet. Hija kienet lesta li taqdi aktar milli tkun moqdija u accettat li tkun mexxejja tas-Sorijiet b’ubbidjenza lejn San Frangisk. Klara kienet tqis ruhha bhala oht u qaddejja umli ta’ hutha. Bhal Frangisku ta’ Assisi hija mxiet wara Gesu’ fqir, umli u msallab. Gesu’ ghaliha kien it-Triq u ommu Marija, qaddejja umli tal-Mulej, il-mudell taghha.
Klara kienet taqdi lil hutha s-Sorijiet b’qalb tenera ta’ omm. Kellha qalb tajba u generuza mas-Sorijiet kollha u kienet taghti kas tal-bzonnijiet personali taghhom. Kellha moghdrija kbira ghal kull min qed ibati. Waqt il-mard taghhom kienet tara bil-herqa kollha x’jehtiegu, kemm ghal dawk li huma pariri, kif ukoll dwar ikel u htigijiet ohra u tahseb tipprovdilhom bil-karita’ u b’qalb kbira. Fejqet ukoll sorijiet morda billi ghamlet fuqhom is-sinjal tas-salib.
Kellha fuq kollox ghal qalbha l-gid spiritwali ta’ uliedha u kienet dejjem tfarraghom u twissihom biex ihobbu lil xulxin fl-imhabba ta’ Kristu u juru dik l-imhabba li ghandhom f’qalbhom minn barra, bl-ghemejjel taghhom. Il-herqa ta’ Klara li s-Sorijiet izommu bejniethom il-ghaqda ta’ l-imhabba lejn l-ahwa taghti messagg attwali hafna lid-dinja ta’ llum mifnija b’mibeghda, firdiet, vjolenza u gwerrer.
Imhabba gratwita u bla fruntieri Ghal Klara l-klawsura kienet il-post ta’ l-gherusija taghha ma’ Kristu u l-mod kontemplattiv kif timxi warajH b’manjiera komplimentari ghal dik itineranti ta’ Frangisku u l-Patrijiet. Bil-hajja taghha ta’ talb bla heda u penitenza ferrieha twiezen u tanima lil Frangisku u lil hutu fil-hajja itineranti taghhom, u tghin ukoll lill-membri dghajfa tal-Gisem Mistiku ta’ Kristu. Anzi, bl-ghotja shiha taghha nfisha, raggi ta’ dawl tal-grazzja ta’ Alla jilhqu lill-bnedmin kollha tad-dinja fil-bzonn tal-hniena ta’ Alla.
Il-hajja semplici u mohbija taghha fil-komunita’ hija hielsa mill-egoismu tal-bniedem tad-dinja li jfittex il-kumdita’, il-pjacir u dak li jaqbel lill-individwu.
Bhal Frangisku, Klara kienet thobb ukoll il-holqien u kellha sensibilita’ ta’ l-ghageb ghas-sbuhija. Lis-Sorijiet esterni kienet tghidilhom biex meta jkunu jservu barra u jaraw is-sigar sbieh, kollha weraq u fjuri, ifahhru lill-Mulej, u l-istess meta jaraw lill-bnedmin u lill-hlejjaq l-ohra, dejjem u f’kollox ifahhru lil Alla. Il-klawsura ma kinitx taghlaq lil Klara fiha nfisha, imma kienet tghinha biex issir aktar safja u hielsa ghat-tifhir ta’ Alla. Kemm ghandu bzonn il-bniedem ta’ llum jerga jikseb aktar imhabba u rispett lejn il-holqien u l-ambjent ta’ madwaru, u jitfa’ fuqhom harsa li tqanqlu biex ifahhar lill-Hallieq. Ghall-bniedem materjalista, l-ispazju u z-zmien ifissru negozju u flus. Ghal Klara dawn kienu jfissru don ta’ Alla, prezenza ta’ Alla u lilu kienet troddhom b’tifhir u gratitudni.
Sabar fil-mard Klara wirtet ukoll minghand Frangisku, l-imhabba u d-devozzjoni lejn Gesu’ Kurcifiss. Fl-14 ta’ Settembru 1224, Frangisku rcieva l-pjagi fuq il-muntanja Alverna, u fl-istess zmien, Klara mardet u baqghet sejra ghall-aghar bil-mod il-mod. Ghal 29 sena qasmet mal-mahbub taghha Gesu’ msallab mhux biss fil-faqar u fl-umilta’ imma wkoll fit-tbatija. Hija ghexet ferhana u fil-paci mal-limitazzjonijiet taghha u offriet kollox lill-Mulej b’serenita’ u liberta’. U Alla, kif jaf Hu, inqeda bil-faqar, bil-mard u l-inattivita’ taghha. Skond il-logika tal-Vangelu, dak li jghodd quddiem Alla, mhux l-efficjenza, ir-rizultati li jidhru, il-fama, il-prestigju jew dak li hu spettakolari. L-importanti quddiem Alla huwa x’int fil-verita’ u mhux x’ghandek jew x’taghmel.
Fi zmien meta qed tirrenja l-kultura tal-mewt, Klara hija dawl ghad-dinja. Hija kienet tapprezza d-don tal-hajja u l-ahhar kelmiet taghha qabel mietet kienu: ‘Tkun imbierek int, Mulej, li hlaqtni’.
Il-fidi qawwija ta’ Santa Klara fl-Ewkaristija Sa mis-seklu 13, ikoni tal-qaddisa juruha qed izzomm f’idha pissidi f’ atteggjament ta’ adorazzjoni umli. F’ikonografija li dehret aktar tard, f’idha ghandha l-ostensorju, avvolja fi zmienha l-ostensorju kien ghadu ma bediex jintuza. Anki fi zmienna, statwi u santi ta’ Santa Klara juruha b’ostensorju f’idha. U dawn ifakkruna fi grajjiet mirakuluzi fil-hajja ta’ Klara fejn spikkat il-fidi qawwija u l-fiducja shiha li hija kellha f’Gesu’ fl-Ewkaristija. Fost dawn il-grajjiet insibu l-miraklu tat-tkattir tal-hobz, il-helsien tal-monasteru mis-saracini f’Settembru 1240 u l-helsien ta’ Assisi mis-suldati ta’ l-Imperatur Federiku II immexxija minn Vitale d’Aversa fl-1241. Klara kienet tghaddi sieghat twal quddiem Gesu’ Ewkaristija u lejH kienet tirrikorri kuljum u f’kull bzonn. Kontra d-drawwa ta’ zmienha, kienet titqarben ta’ spiss u b’devozzjoni kbira.
L-imhabba u l-qima taghha lejn il-Gisem Imqaddes tal-Mulej Gesu’, Klara kompliet turiha meta kienet marida fis-sodda. Imserrha fuq l-imhadded, hija kienet b’sengha kbira tinseg drapp li minnu kienu jsiru hafna korporali, li fuqhom jitqieghed Gesu’ Ewkaristija, biex jitqassmu fil-knejjes kollha ta’ l-inhawi.
Patruna Universali tat-Televixin Klara kellha wkoll devozzjoni lejn Gesu’ Tarbija li fih kienet tilmah il-faqar li kienet tant tghozz. Fl-ahhar Milied taghha fuq l-art, kellha vizjoni mirakuluza. Kien il-lejl tal-Milied tas-sena 1252 meta Klara, li kienet marida fis-sodda, rat u semghet il-funzjoni li kienet qed issir xi 2 kilometri ‘l boghod fil-bazilika ta’ San Frangisk f’Assisi. Dan wassal biex fis-17 ta’ Frar 1958, fuq talba tal-Konferenza Episkopali Taljana, il-Papa Piju XII hatar lil Santa Klara bhala Patruna Universali tat-televixin. U hekk id-dawl taghha infirex ukoll fl-ambjent tal-mass media biex jilhaq lil dawk kollha li jahdmu f’dan il-qasam.
Il-mewt ta’ Klara u l-kanonizzazzjoni taghha Ahna mmutu kif nghixu. Klara ghexet ta’ pellegrina fuq l-art u b’hajjitha kienet dawl. Fuq is-sodda tal-mewt kompliet iddawwal bil-mod seren li bih raddet ruhha lura lill-Hallieq. Is-Sorijiet imdawwrin mas-sodda taghha semghuha tghid : ‘Mur ruh tieghi fis-sliem ghax se jkollok gwida tajba ghat-triq, ghax dak li halqek, qaddsek minn qabel u mbaghad, meta halqek, xehet fik l-Ispirtu s-Santu, u harsek dejjem bhalma omm tindokra lil bintha li thobb. Tkun imbierek int, Mulej, li hlaqtni’.
Klara mietet b’fama ta’ qdusija fil-11 ta’ Awissu 1253. L-ghada mar il-Papa Innocenz IV mal-Kardinali u l-kleru f’San Damjan. Sar l-Uffizzju tal-mejtin u wara l-Papa ried jiccelebra l-quddiesa tal-Qaddisin Vergni u mhux tal-mejtin. Imma l-Kardinal Rainaldo qallu li ahjar, f’haga ta’ importanza hekk kbira, l-affarijiet jimxu bil-mod u bil-ghaqal. Il-gisem ta’ Klara imbaghad ittiehed ghad-difna fil-knisja ta’ San Gorg f’Assisi fejn illum hemm il-Protomonasteru.
Wara mewtha, Alla sebbah lil Klara bil-mirakli li wettqet. Il-Process tal-Kanonizzazzjoni beda fit-18 ta’ Ottubru 1253 u fil-15 ta’ Awissu 1255, Klara giet dikjarata qaddisa mill-Papa Alessandru IV fil-kattidral ta’ Anagni. Dawn huma il-kelmiet li bihom tibda Il-Bulla tal-Kanonizazzjoni ‘Clara claris praeclara’ : ‘Klara, kollha dawl bil-merti jiddu taghha, fis-sema tiddi bid-dija ta’ l-ghageb tal-glorja, u fuq l-art tilma bid-dija ta’ mirakli tassew kbar’.
Illum Santa Klara ghadha ddawwal lid-dinja permezz ta’ l-ulied spiritwali taghha, is-Sorijiet Klarissi, f’madwar 900 monasteru mxerrdin fil-hames kontinenti Dan l-artiklu Deher fil-Habbar ta' Sant'Antnin - Nru 15 - Gunju 2004. Valletta: 17.8.2004 |
![]() Santa Klara ta' Assisi 750 Sena mill-Mewt l253-2003
Dan is-750 Anniversarju nibdew niccelebrawh minn Hadd il-Palm (l3 ta' April) 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar ta' missierha u weghdet ubbidjenza lil Frangisku quddiem Santa Marija ta' Angli u ngibuh ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar il-Festa ta' Santa Klara fil-ll ta' Awissu 2004.
mill-ittra tal-Ministri Generali
|
|
![]() |