Santa Klara ta' Assisi - 750 sena mill-Mewt - l253-2003
 

<<|werrej|>>


Il-Klarissi u l-Mass Media

Il-Mulej isejjah ukoll permezz tal-Mass Media


Esperjenza Vokazzjonali

ta' Sr Marie Carmel Saliba OSC


Il-Mulej isejjhli wkoll permezz tal-Mass Media

F'Awissu li gej naghlaq 19-il sena fil-Monasteru tas-Sorijiet Klarissi fuq il-gholja tal-Kappara, San Giljan. Qisu l-bierah li bdejt nghix din l-avventura sabiha, hajja ta' mhabba u ntimità mal-Mulej Gesù fuq il-passi evangelici ta' Santa Klara u San Frangisk. Ahna l-Klarissi nghixu fil-klawsura fejn bla distrazzjonijiet zejda, niddedikaw hajjitna ghat-talb u l-penitenza fis-solitudni u s-skiet, mehdija b'Alla biss, misjuga mill-imhabba ghall-poplu ta' Alla kollu.

 

Peress li r-raba' Hadd ta' l-Ghid huwa Il-Jum Dinji ta' Talb ghall-Vokazzjonijiet u peress li s-seba' Hadd ta' l-Ghid, jew ahjar fit-Tifkira Solenni tat-Tlugh il-Mulej fis-Sema huwa Il-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni Socjali, f'rabta ma' dawn iz-zewg celebrazzjonijiet tal-Knisja nixtieq naqsam maghkom, grajja li tmur lura 12-il sena qabel id-dhul tieghi fil-klawsura u li kienet ghalija wahda mill-grajjiet memorabbli fl-istorja vokazzjonali tieghi.

 

Sirt "fan" tar-Radju Vatikan

Kont ghadni studenta zghazugha, fi zmien meta ma kienx ghad hawn il-hafna stazzjonijiet lokali tar-radju li ghandna llum. Il-programm favorit tieghi kien jismu 'Supersonico', programm, fuq stazzjon Taljan, ta' l-aqwa diski tal-moment, ipprezentat mid-DJ Paolo Testa. Darba minnhom kif kont qed nipprova naqbad l-istazzjon fuq daqsxejn ta' transistor radio ghall-appuntament tas-soltu, flok smajt lehen Paolo Testa, smajt il-vuci melodjuza ta' Paolo Sesto. Kien qed jghid dawn il-precizi kelmiet: "Che cosa fa la Chiesa? La Chiesa prega."

 

X'qal izjed il-Papa Pawlu VI ma niftakarx. Imma dawk il-kelmtejn baqghu stampati f'mohhi u f'qalbi. Mhux biss. Kienu wkoll il-bidu ta' hbiberija twila ma' l-istazzjon tar-Radju Vatikana, li skoprejtu hekk b'kumbinazzjoni. Imma le, ghal Alla ma jezistux kumbinazzjonijiet. Kienet wahda mit-tqanqiliet tal-grazzja f'hajti.

 

Xi 5 snin wara, fid-djocesi ta' Ghawdex saret laqgha bis-sehem ta' l-Isgof Pollakk (illum Kardinal) Andre Deskur li kellu konnessjoni mar-Radio Vaticana. Bil-ghajnuna tat-taghrif li ksibt, sirt 'fan' tar-Radio Vaticana li bdejt insegwi esklussivament. Nista' nghid li fetahli orizzonti godda ghall-Knisja Universali. Sirt kburija li jien bint il-knisja Kattolika u t-talb sar dejjem aktar valur importanti f'hajti.

Bdejt nemmen fil-qawwa enormi tat-talb u fl-Ispirtu tal-Mulej li jahdem b'modi misterjuzi fil-qalb tal-bniedem. Gesù sar persuna hajja fic-centru ta' hajti. Kont lesta li nafdaH, nemmen fil-Kelma tieghu u nghixha. Ghall-imhabba tieghu kont lesta li naghmel kollox.

 

Meta mbaghad Gesù stedinni biex nghix il-hajja nisranija fil-milja taghha, jew biex nuza kliem il-Papa fil-Messagg tieghu ghall-Jum Dinji ta' Talb ghall-Vokazzjonijiet, meta wasal "il-hin tal-grazzja" u "il-hin taz-zjara" (ara Lq: 19,44), dan ma hlejtux. Kont diga' garrabt il-limitazzjonijiet umani tieghi u ta' l-ohrajn madwari fl-appostolat u fil-hajja tax-xoghol professjonali u kont issodajt fil-konvinzjoni tieghi li hajja ta' talb hija hajja ta' min jghixha u ta' min jaghti hajtu ghaliha jew kif jghidu l-Inglizi "it's a life worth living".

 

Isejjah wkoll permezz ta' l-Internet

Fil-messagg tieghu, il-Papa Gwanni Pawlu II jghidilna:"Il-vokazzjoni biex taqdi lil Gesù biss fil-Knisja tieghu hija rigal straordinarju tat-tjubija divina"  Santa Klara fit-Testment taghha hallietilna dawn il-kelmiet: "Fost il-grazzji kollha li rcevejna u li kuljum nircievu minghand il-Benefattur taghna, il-Missier tal-hniena (ara 2 Kor 1,3) u li ghalihom ahna fid-dmir li rroddulu hajr minn qalbna, l-ikbar wahda hija dik tal-vokazzjoni taghna".

 

Aktar ma jghaddu s-snin, aktar qed napprezza l-kobor tas-sejha li Alla ghamilli bla ma jisthoaqli. Kif jghid il-Papa fil-Messagg tieghu, id-don tal-vokazzjoni huwa tezor li qed ingorr f'garra tal-fuhhar (ara 2 Kor 4,7). Illum il-gumata, bhala Soru Kontemplattiva fl-Ordni ta' Santa Klara, nistinka biex naghti xhieda ta' Kristu li jitlob fuq il-muntanja u li naqsam bl-aktar mod universali t-toqol, il-mizerji u t-tamiet ta' l-umanità kollha. Il-ferh tieghi huwa li ta' kuljum, ghandi l-missjoni specjali li naghti qima lil Alla u nfahhru bil-kant. Waqt il-Liturgija tas-Sighat, jiena u huti s-Sorijiet, nirrapprezentaw 'l-Knisja li Titlob' quddiem it-tron ta' Alla. Dak il-hin inkunu 'il-lehen ta' l-gharusa li tkun tithaddet ma' l-gharus'. Kollni ferhana nirringrazzja lill-Mulej u nghidlu: "Messni sehem tassew ghal qalbi" (ara Salm 16,6).

 

Illum il-Mulej isejjah ukoll permezz ta' l-Internet. Jalla l-istediniet tieghu isibu hafna qlub kuragguzi u generuzi li ghidulu "iva" b'imhabba.

         

<<|werrej|>>


Dan l-artiklu Deher fil-Lehen is-Sewwa tas-Sibt 22 ta' Mejju 2004.

Valletta: 24.5.2004 


Santa Klara

ta' Assisi

750 Sena mill-Mewt l253-2003

 

Dan is-750 Anniversarju nibdew niccelebrawh

minn

Hadd il-Palm

(l3 ta' April) 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar

ta' missierha

u weghdet ubbidjenza

lil Frangisku quddiem

Santa Marija

ta' Angli

u ngibuh

ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar

il-Festa ta'

Santa Klara

fil-ll ta' Awissu 2004.

 

mill-ittra

tal-Ministri

Generali