Santa Klara ta' Assisi - 750 sena mill-Mewt - l253-2003
 

<<|werrej|>>


Santa Klara

Gabra ta' Poezijiet


poeziji ta' Albert Sammut OFMConv.



Santa Kjara t'Assisi


Sewsew bhal tlugh ix-xemx it-twelid tieghek

O Kjara mbierka, kien; ghaliex dawl sbejjah

dak l-istess isem juri li gibt mieghek

biex tkecci d-dlam, u l-gmiel fuq artna ssejjah.

 

Tbissmet ferhana fuqek iz-zghurija,

u int ghal dit-tbissima sfajt milquta

minn sejha siekta li kxift fik mohbija,

biex tmur, u ghal dejjem tghix xbejba marbuta,

 

Ma' Min zeraghlek f'qalbek xewqa shiha

biex mit-triq stess li mexa l-Missier taghna

tghaddi bhal nahla minn gnien kollu rieha

li msoqqi kien minn qalb Frangisku bl-ghana.

 

U wara li tghabbejt b'gherf il-qdusija

tirt kollok heffa biex tghix fl-ohla dija.

 

Albert Sammut OFMConv.

Valletta: 21 ta' April 1953

 


Santa Klara t'Assisi


Twelidt bhax-xemx meta, fuq dinja mkeffna

fid-dalma tqila bis-sighat tas-swied,

tittawwal minn fuq l-igbla w titla' mzeffna,

mas-shab marxux bil-hmura, fis-smewwiet.

 

Ismek hu dawl, imqaddsa Klara, w dija

li feggew sfieqa fuq l-izmna nofsana.

Ma nghidx li xxah'het mieghek iz-zghuzija;

bil-gmiel zejnitek. Nieqsa ma kontx fl-ghana.

 

Ma domtx ma kxift, mohbija fik, il-hajra

li kienet tghidlek: Halli d-dinja w mur

wara Frangisku l-Fqajjar. Tghix imtajra!

Hekk! hielsa ridt tgthix hajtek, nieqsa tfur!

 

F'hajtek stmerrejt il-gid: irmied u trab,

u f'mewtek garrewk l-Angli 'l fuq mis-shab.

 

Albert Sammut OFMConv.

Valletta: 21 ta' April 1953

 


Gieh lil Santa Klara t'Assisi

(Innu)


l.

Glorja, glorja lkoll nghajtu ferrieha

xhin naraw ismek fl-ikhal tan-nir

meta x-xemx tiddi sfiqa, dehbiena,

fuq il-gawra ta' l-ajkla hi u ttir.

 

          Klara Mqaddsa, xortik kemm hi kbira!

          Meta l-Mislem kien ghoddu l-belt rebah,

          fuq bejt darek hrigt bl-0stja biex tharrbu.

          Ma kienx baqa' tarbux malli sebah!

 

2.

Glorja glorja lkoll nghajtu ferrieha!

Fejn mad-dlam jiddu l-kwiekeb lejlin

naraw jizghed bil-gawhar gmiel ismek.

Bih nitghaxxqu halliema, msahhrin!

 

          Klara Mqaddsa, xortik ecc.

 

3.

Glorja, glorja lkoll nghajtu ferrieha!

F'seher gmielek nisthajlu naraw

dik il-lehha li zzejnek fis-sema.

Hemm xi darba nilmhuk nittamawl

 

          Klara Mqaddsa, xortik ecc.

 

Albert Sammut OFMConv.

Ruma: l0 ta' Dicembru l953

 

<<|werrej|>>


L-ewwel Poezija dehret fil-Habbar ta' Sant'Antnin, Sena XLII, no 8, Awwissu 1953, p.123. ItTesti tal-Poeziji l-ohra huma mehudin mill-Ktieb ta' Rahbi l-Gharib, Nixxiegha (Damma ta' Poezijiet), it-Tieni Gabra, A.C. Aquilina & Co. Malta.

Valletta: 5.12.2003


Santa Klara

ta' Assisi

750 Sena mill-Mewt l253-2003

 

Dan is-750 Anniversarju nibdew niccelebrawh

minn

Hadd il-Palm

(l3 ta' April) 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar

ta' missierha

u weghdet ubbidjenza

lil Frangisku quddiem

Santa Marija

ta' Angli

u ngibuh

ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar

il-Festa ta'

Santa Klara

hl-ll ta' Awissu 2004.

 

mill-ittra

tal-Ministri

Generali