![]() |
Santa Klara ta' Assisi - 750 sena mill-Mewt - l253-2003 | |
Klara - Oht u Qaddejja Sr Marie Carmel Saliba OSC
Klara: Oht u Qaddejja Meta dan l-ahhar qrajt li fl-ewwel dokument tas-Sinodu Djocesan tal-Knisja f'Malta, bit-titlu Vizjoni ta' Knisja Komunjoni, intghazel il-mudell Bibliku ta' IL-KNISJA: OHT u QADDEJJA', tqanqalt bil-ferh u fahhart lill-Ispirtu Qaddis li qed jonfoh fuq il-Knisja biex ikun hawn bidla ta' mentalità.
X'ifisser dan, esprimietu tant tajjeb u fil-qosor, Ms Anna Pace, ic-chairperson tal-working group li hadem fuq dan id-dokument f'artiklu li kitbet fil-Gens Illum tas-7 ta' Gunju 2003. Hija qalet : "Jehtieg li nhallu 'l Alla jkabbar il-komunjoni ta' bejnietna bhala Knisja f'Malta, u dan biex jikbru r-rispett, it-tolleranza, il-paci u l-imhabba. Nixtiequ li l-istrutturi tal-Knisja f'Malta jirriflettu din ir-realtà; li hi wkoll fil-bazi ta' l-Ahbar it-Tajba.
Hu ghalhekk li ninsistu dwar il-konverzjoni. Nixtiequ wkoll li l-Knisja tidhol aktar fl-attitudni umli ta' oht li takkumpanja u taghder, u ta' qaddejja - qaddejja bhalma kienet Marija, il-mara b'missjoni li dejjem kienet miftuha ghall-Kelma ta' Alla, illi fil-fatt waslet li nkarnat ruhha fl-istorja permezz taghha"
Nemmen li din hi ghazla tajba u nspirata. Hija proprju l-istess vizjoni li kellha l-Omm taghna Santa Klara (1193-1253) ghaliha nfisha kif ukoll ghall-ulied spiritwali taghha, is-Sorijiet Klarissi, aktar minn 750 sena ilu. Tul dawn is-7 sekli u nofs li ghaddew, dan l-istil ta' hajja ghexuh komunitajiet ta' Sorijiet Klarissi mxerrdin mal-hames kontinenti tad-dinja. Kien mod ta' hajja li gab il-frott ta' qdusija mistenni.
Fuq kemm Klara kienet oht u qaddejja kellna cans nirriflettu fl-Irtir Komunitarju Annwali taghna ta' din is-sena. L-esercizzi spiritwali taghna mexxihom Fr Thomas Calleja OFMConv u mit-tahditiet tieghu bbazati fuq il-Kelma ta' Alla u fuq Ghejjun Frangiskani-Klarjani hareg ritratt car ta' Santa Klara bhala oht u qaddejja.
Klara kienet bint in-nobbli imma l-mahbub wahdieni ta' qalbha kien Gesù Kristu. Ghalhekk ta' tmintax-il sena hadet decizjoni erojka li, bhal Frangisku ta' Assisi, timxi wara Gesù fqir, umli u msallab. Gesù ghaliha kien it-Triq u ommu Marija, qaddejja umli tal-Mulej, il-mudell taghha. Fil-fatt, lil Klara jsejhulha 'ikona ta' Marija'.
Ftit ezempii ta' Klara bhala oht u qaddejja
1. Fil-Process ta' Kanonizzazzjoni Fil-Process ta' Kanonizzazzjoni, hutha s-Sorijiet jaghtu xhieda ta' l-umiltà kbira taghha. Ghalihom kienet omm ta' qalb tenera imma fl-istess hin oht li l-imhabba taghha kienet tidher fil-prattika. Insemmu ezempju wiehed: Fil-Process, l-ghaxar xhud, Swor Agnese, fost l-ohrajn qalet li Klara "kienet ta' umiltà hekk kbira li kienet tahsel riglejn hutha, u wkoll ir-riglejn tas-Sorijiet li jservu barra l-monasteru. Darba minnhom, hija u tahsel riglejn wahda minn dawn is-Sorijiet, riedet tbusilha riglejha, u dik is-soru , bla ma riedet laqtitha fuq halqha. Klara ferhet b'dan, u bisitilha qiegh saqajha." U dan ma jfakkarnix fil-gest umli ta' Gesù li fl-Ahhar Cena tahsel riglejn l-Appostli u ried li d-dixxipli tieghu jaghmlu l-istess? Gesù gie biex jaqdi u mhux biex ikun moqdi u hekk ghandhom jaghmlu d-dixxipli tieghu.
2. Fir-Regola ta' Santa Klara L-ideal Evangeliku ta' San Frangisk, li ghal 42 sena ghexet b'tant fedeltà fil-kunventin ta' San Damjan, halla l-marka tieghu wkoll fuq ir-Regola li Klara kitbet ghas-Sorijiet fl-ahhar ta' hajjitha. Kif jghid Fr Noel Muscat OFM fl-introduzzjoni tieghu ghar-Regola, il-Forma tal-Hajja ta' l-Ordni tas-Sorijiet Foqra ta' San Damjan "hija frott ta' esperjenza matura ta' hajja evangelika". Fit-tmien Kapitlu tar-Regola taghha, vs 12-16, Santa Klara tikteb hekk dwar is-Sorijiet morda: "il-Badessa hi fid-dmir li tara bil-herga kollha, hi stess jew permezz ta' Sorijiet ohrajn, x'jehtiegu waqt il-mard taghhom, kemm ghal dawk li huma pariri, kif ukoll dwar ikel u htigijiet ohra, u tahseb tipprovdilhom bil-karità u b'qalb kbira, skond il-possibiltajiet tal-post. Ghaliex ilkoll ghandhom jipprovdu u jaqdu lis-Sorijiet morda, bhalma jkunu jridu li jigu moqdija huma li kieku kellhom jimirdu huma stess. Halli juru lil xulxin bil-fiducja l-bzonnijiet taghhom, ghax jekk omm thobb u tmantni 'l bintha naturali, kemm u kemm aktar soru ghandha thobb u tmantni lil ohtha spiritwali!'
3. Fit Testment ta' Santa Klara Fuq kollox, Klara kellha ghal qalbha l-gid spiritwali ta' uliedha, u "kienet dejjem twissi u tfarrag lil hutha" qalet Swor Pacifica, l-ewwel xhud fil-Process. Fit-Testment li halliet lis-Sorijiet, Santa Klara qaltilhom: "waqt li thobbu lil xulxin fl-imhabba ta' Kristu, uru dik l-imhabba li ghandkom f'qalbkom minn barra, bl-eghmejjel taghkom".
4. Fl-Ittri ta' Santa Klara Fi zmien Santa Klara twaqqfu monasteri ohra f'diversi postijiet fl-Italja u f pajjizi ohra. Insernmu biss wiehed: il-Monasteru ta' Praga li waqqfet Sant'Anjeze, bint is-Sultan Ottakar tal-Boemja. Klara kienet tikteb lil Anjeze u ghandna f'idejna erbgha minn dawn l-ittri ta' Klara. F'dawn l-ittri, li kitbet (interval ta' 18-il sena, bejn l-1235 u 1253, Klara tqis ruhha bhala "qaddejja". L-ewwel ittra lill-Principessa Anjeze, li kienet ghadha kif hassret l-gherusija taghha ma' l-Imperatur Federiku II, tibdiha hekk : "Lill-meqjuma u l-aktar qaddisa vergni, is-Sinjura Anjeze, bint l-aktar gholi u glorjuz Sultan tal-Boemja, Klara, qaddejja ndenja ta' Gesù Kristu u serva li ma tiswa ghal xejn tas-Sorijiet maghluqin ta' San Damjan qaddejja umli tieghek u li toqghod f'kollox ghalik, tirrikmanda ruhha b'kull mod u bl-akbar qima, waqt li tixtieqlek li tasal fil-glorja tal-hena ta' dejjem."
Fl-ittri l-ohra, izzid dejjem aktar fil-familjarità ma' Anjeze. Fit-tieni ittra, tindirizzaha bhala "bint is-Sultan tas-slaten u qaddejja tas-Sid tas-sidien, gharusa ta' Gesù Kristu, u ghalhekk sultana tassew nobbli ...mahbuba ohti...". Imma ghaliha nfisha, Klara tibqa' tirreferi bhala "qaddejja li ma tiswa ghal xejn (ara Lq 17,10) u ndenja tax-Xebbiet Foqra."
Fit-tielet ittra fuqha nfisha tikteb: "Klara, qaddejja l-aktar umli u ndenja ta' Kristu, u serva tax-Xebbiet Foqra. Fl-ahhar ittra tidher hbiberija u mhabba kbira lejn Anjeze tent li tiddeskrivi lil ohtha fil-monasteru ta' Praga bhala: "dik li hija n-nofs l-iehor ta' ruhi". U f'din l-ittra wkoll, Klara fuqha nfisha tghid li hi "serva indenja ta' Kristu, u qaddejja li ma tiswa ghal xejn tal-qaddejja tal-Mulej li jghixu fil-monasteru ta' San Damjan ta' Assisi".
Biex ma ntawlux, minn dan jidher car l-ispirtu ta' oht u qaddejja li kien hemm fi Klara ta' Assisi. Wara 750 sena, Klara ghadha dawl mhux biss ghal uliedha spiritwali, imma wkoll ghal Knisja kollha.
Dan l-artiklu ntbaghat lil dan is-site minn Sr Marie Carmel Saliba OSC stess. Deher ukoll f'IL-GENS illum tas-Sibt 25 ta' Ottubru 2003. Valletta - 7.11.2003 |
![]() Santa Klara ta' Assisi 750 Sena mill-Mewt l253-2003
Dan is-750 Anniversarju nibdew niccelebrawh minn Hadd il-Palm (l3 ta' April) 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar ta' missierha u weghdet ubbidjenza lil Frangisku quddiem Santa Marija ta' Angli u ngibuh ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar il-Festa ta' Santa Klara hl-ll ta' Awissu 2004.
mill-ittra tal-Ministri Generali
|
|
![]() |