![]() |
Santa Klara ta' Assisi - 750 sena mill-Mewt - l253-2003 | |
Fil-lejl tal-Milied 1252 Quddiesa bit-Televixin kitba ta' Sr Marie Carmel Saliba OSC
Patruna Universali tat-televixin.
Fil-Monasteru taghna l-Klarissi f'San
Giljan ghandna pittura,
X'inhi r-rabta ta' din il-qaddisa tas-seklu XIII ma' invenzjoni tas-seklu XX? Fis-17 ta' Frar 1958, il-Papa Piju XII kien hatar lil Santa Klara bhala Patruna Universali tat-televixin. Din l-ghazla hija bbazata fuq vizjoni mirakoluza li Klara kellha fil-lejl tal-Milied 1252, l-ahhar Milied qabel ma mietet fit-11 ta' Awissu 1253. Fil-fatt, din is-sena qed niccelebraw s-750 anniversarju tat-twelid taghha ghall-hajja ta' dejjem.
Fil-lejl tal-Milied 1252, Swor Klara kienet marida u ma setghetx tqum mis-sodda biex tiehu sehem fil-funzjoni tal-Milied li kienet qed issir fil-kappella tal-Monasteru ta' San Damjan. Mis-sodda, hija rat u semghet il-funzjoni li kienet qed issir xi 2 kilometri 'l boghod fil-knisja ta' San Frangisk f'Assisi.
Din il-grajja hija dokumentata fil-process tal-kanonizzazzjoni ta' Klara li sar tlett xhur wara mewtha. Fil-profess, Swor Filippa tat din ix-xhieda: "L-ahhar Milied, Swor Klara ma setghetx tqum mis-sodda u tmur fil-kappella minhabba l-marda serja li kellha. Bhas-soltu s-Sorijiet marru kollha ghall-Matutin u hallewha wahedha. Swor Klara imbaghad qalet bi tnehida: "Mulej Alla, hares u ara kif hallewni wahdi mieghek." Minnufih bdiet tisma' l-orgni, ir-responsorji u l-Ufficcju kollu tal-Patrijiet fil-Knisja ta' San Frangisk, bhallikieku kienet hemm, prezenti."
Din il-grajja rrakkuntata wkoll Swor Amata fix-xhieda taghha fl-istess process u din ziedet li Swor Klara qaltilhom li kienet rat ukoll il-maxtura tal-Mulej Gesù Kristu. (ara Klara ta' Assisi - Ghejun Medjevali dwar hajjitha - Traduzzjoni ta' Patri Guzepp Beneditt Xuereb OFM - Edizzjoni TAU 1993).
Isem li ifisser Dawl Il-hatra ta' Santa Klara bhala Patruna tat-Televixin hija xierqa mhux biss minhabba fil-grajja li semmejna imma wkoll ghax kif qal Patri Gwido Schembri OFM fid-dahla ghall-ktieb tieghu Klara t'Assisi, il-Mara Gdida, Edizzjoni TAU 1992: "Isem Klara jfisser l-istess hajjitha: hajja ta' dawl, safa, dija, sincerità u sbuhija. Dawlet id-dinja ta' zmienha u baqghet iddawwal bl-ezempju ta' hajjitha lill-bnedmin ta' kull zmien." 20,000 mara mxerrda mad-dinja kollha llum qed jghixu fid-dawl ta' Santa Klara u jhaddnu taghlimha bhala Sorijiet Klarissi.
Hajjitha ghandha hafna x'toffri wkoll kemm lill-produtturi tal-programmi televizivi, biex tiggwidhom fil-ghazla tal-materjal u l-valuri li jipprezentaw, u kemm lit-telespettaturi biex tohloq fihom ir-rieda li jaghzlu li jaraw dak li hu tajjeb u kostruttiv, ta' formazzjoni u rikreazzjoni onesta.
Produzzjonijiet televizivi nieqsa mill-veri valuri jgibu hsara morali. Ma' dawn inzidu r-reklami li jinkuragixxu l-mentalità konsumistika. Perikli ohra tat-televixin huma li jtellfu id-djalogu fi hdan il-familja u li jkun ta' hela ta' hin ghal dawk li jsiru addicts tieghu.
Qatt ma hu kmieni zzejjed li wiehed jibda jrawwem fit-tfal il-gost artistiku, sens ta' kritika bir-reqqa u r-responsabiltà personali, mibnija fuq moralità soda. Huma jehtiegu dan kollu sabiex ikunu jistghu jaghzlu bil-ghaqal minn fost il-programmi tax-xandir li jigu offruti lilhom. Sintendi, dan jghodd ukoll ghall-kbar.
Xi Suggerimentl Prattici Tkun ideja tajba li hdejn is-sett tat-televixin inzommu xi statwa jew santa ta' Santa Klara. Din tfakkarna biex naghmlu ghazliet ghaqlija tal-programmi li naraw. Thajjarna wkoll biex ninkoraggixxu lil dawk li joffrulna programmi tajba billi ma nonqsux li niktbu xi kelma ta' apprezzament fil-gurnali.
U ma' Santa Klara, nirringrazzjaw lil Alla ghad-don tat-televixin, meravilja li harget mill-id setghana ta' Alla u li l-bniedem skopra ftit ftit tul medda twila ta' snin u zviluppa u vvinta permezz tad-dehen li tah l-istess Hallieq u Sid. Permezz tat-televixin il-bniedem ta' llum ghandu tieqa miftuha fuq id-dinja li giet ridotta ghal villagg globali.
Bl-intercessjoni ta' Santa Klara, nitolbu ghal dawk kollha li jahdmu fil-qasam tax-xandir - diretturi u produtturi, kittieba u atturi, kameramen u dawk kollha li s-servizzi mohbija taghhom huma mehtiega biex jintwera programm. Dawn huma responsabbli ta' dik il-'qawwa' gdida li hi l-opinjoni pubblika. Jalla l-Kelma ta' Alla titlahham fihom u f'hidmiethom halli jkunu strumenti ta' paci u gid u mhux ta' hsara. Dan L-artiklu wasal ghandna bil-posta minghand Sr Maria Carmel Saliba u deher fil-Lehen is-Sewwa tas-Sibt 20 ta' Dicembru 2003, p.6. Valletta: 26.12.2003 |
![]() Santa Klara ta' Assisi 750 Sena mill-Mewt l253-2003
Dan is-750 Anniversarju nibdew niccelebrawh minn Hadd il-Palm (l3 ta' April) 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar ta' missierha u weghdet ubbidjenza lil Frangisku quddiem Santa Marija ta' Angli u ngibuh ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar il-Festa ta' Santa Klara hl-ll ta' Awissu 2004.
mill-ittra tal-Ministri Generali
|
|
![]() |