![]() |
Santa Klara ta' Assisi - 750 sena mill-Mewt - 1253-2003 | |
Min kienet Klara? kitba ta’ Marija Immakulata Bellizzi OSC u Noel Muscat OFM Iz-zmien ta’ Frangisku u Klara
Is-seklu XIII kien zmien ta’ taqlib kbir u, fl-istess hin, ta’ fekondità u vitalità ta’ l-ghageb. F’din l-introduzzjoni m’ahniex sejrin nidhlu f’dettall fit-taqlib li sar fi zmien San Frangisk. Nghidu biss li hu kien zaghzugh ta’ l-epoka tieghu, imma huwa ta lil dik l-epoka radikalità gdida, ghax irnexxielu jahdem tour de force li bih sar il-bniedem l-aktar hieles tal-Knisja Kattolika u l-bniedem l-aktar docli u ubbidjenti lejn il-gerarkija u l-istituzzjoni tal-Knisja Kattolika. Meta jikkontesta, dan jaghmlu ghal ubbidjenza izjed radikali u izjed gholja, u umiltà izjed hielsa. U l-Knisja, li hi mghallma tal-Verità, taghtih ragun. Nistghu nghidu li dan hu l-essenzjal tal-missjoni tieghu. San Frangisk qajjem moviment qawwi, sahhar bil-hajja tieghu u gibed warajh mijiet ta’ kontemporanji bl-attrattiva ta’ dak l-istil ta’ qdusija originali tieghu. Fost hafna ghaqdiet li iffurmaw ruhhom biex jattakkaw abbuzi li kienu veri fis-socjetà u fil-Knisja, u dawn attakkaw bl-ahrax u bil-guffagni, tfacca Frangisku, li kien jiddistingwi ruhu bir-rispett ghall-Knisja u ghall-gerarkija. Minn flok li jattakka u jikkritika, beda jghix huwa r-radikalità ta’ l- Evangelju, jippriedka bl-ezempju aktar milli bil-kelma, xhud semplici u genwin ta’ l-imhabba ta’ Kristu. Jinhabb ma’ kulhadd, mal-fqir u mas-sinjur, man-nobbli u s-serv, jidher f’dak is-seklu fejn il-passjoni tal-qligh kienet qed thassar kull awtorità; ezempju ta’ faqar, ta’ umiltà genwina, f’hajja ta’ ferh li kien jimla u jfawwar il-qalb ta’ kull bniedem. U f’dan il-kuntest nistghu nghidu li l-aktar li kien ibezzghu, kien meta jhoss dak il-ferh jittappan. Kien imur jitlob fis-skiet sakemm qalbu terga’ tidhol f’sintonija ma’ l-Ispirtu ta’ Alla.
San Frangisk t’Assisi kien don kbir ta’ Alla ghall-Knisja u ghas-seklu tieghu. Dak kollu li fi zmienu kien fil-veru sens kristjan u kattoliku, Frangisku assumih, ghamlu tieghu, u immarkah bl-ispiritwalità tieghu, bil-hajja semplici, awtentika, trasparenti, tiddi bil-verità ta’ Kristu. Frangisku deher bhal “xemx”, jghid Dante, b’mod li l-Knisja kollha u d-dinja ta’ zmienu u ta’ wara, staghniet u nhjiet b’dik is-shana ta’ qdusija li kienet tohrog minn dak il-bniedem t’Alla mibghut minnu biex ikun id-dawl tal-hajja. Il-vizjoni tal-Papa Innocenz III twettqet: San Frangisk kien tassew dak il-fqajjar li wiezen il-bazilika tal-Lateran li raha qed tixxengel u se tiggarraf.
Il-moviment Frangiskan u l-kurrent qawwi li qanqal kien effett tal-bzonnijiet kbar tal-Knisja u tas-socjetà ta’ dak iz-zmien, bzonn klubi li kien qieghed igerrem qlub ezigenti ghall-verità evangelika kif tahielna Gesù, imsoffija minn kull tahlit. Ghalhekk irgiel u nisa ta’ kull kundizzjoni grew biex jixorbu minn dik in-nixxiegha ta’ ilma haj, frisk, nadif, li fetah huwa.
Fost dawn l-erwieh l-aktar imxennqa, insibu fl-ewwel fila lil Klara di Favarone degli Offreducci, id-dixxipla l-aktar fidila ta’ Frangisku.
Min kienet Klara?
San Frangisk kien konvint li kien l-istess Spirtu li hareg minn din id-dinja lill-Ahwa z-Zghar u lis-Sorijiet Foqra.
Klara kienet personalità eccezzjonali. Chiara Augusta Lainati, Klarissa, tahseb li fil-familja x’aktarx kienu jsejhulha Clarita, mil-Latin Claritas, li tfisser dawl, isem li gie moghti lilha minhabba profezija li kellha ommha dwar l-ewwel tarbija taghha qabel ma twieldet.
Skond tradizzjoni bla konferma, li baqghet tigri fl-Ordni tal-Klarissi minn generazzjoni ghall-ohra, u ahna nircevuha bhalma nircievu fil-familja dak li gej minn nanniet, twieldet fis-16 ta’ Lulju 1193. Twieldet minn familja ta’ seba’ kavallieri. Barra mill-palazz li kellhom hdejn San Rufino, fil-pjazza, kellhom kastell fil-kampanja. F’nofs dawk l-irgiel armati, l-omm Ortolana, mara ta’ karattru, xerrdet arja ta’ paci, kienet taf triegi u tkun itrattata bir-rispett u rabbiet it-tlitt ibniet taghha fuq principji sodi insara.
Meta Klara kienet ghadha zghira, forsi kellha dawk id-disa’ snin, faqqghet gwerra bejn Perugia u Assisi, u l-familja kellha tmur issib rifugju gewwa Perugia. Hemm sehhet hbiberija ma’ zewg tfajliet, Benvenuta u Filippa, li izjed ’il quddiem dahlu fil-kunvent ma’ Klara. Meta l-familja regghet lura f’Assisi, Klara kienet tfajla sbejha, kolta, ta’ manjieri.sbieh u grazzjuzi, riservata. Kellha dak kollu li tista’ taghti n-natura. “Kella wiccha sbejjah”, jixhed Raniero di Bernardo, xhud fil-Process ta’ Kanonizzazzjoni. Il-genituri taghha riedu jzewwguha lil xi wiehed li kien jixirqilha. Izda hawn Klara ma dahlitx fil-pjan taghhom. Bl-iskuza li riedet tistenna, jghid Celano, “afdat lil Alla l-harsien tal-verginità taghha”.
Klara kellha f’qalba holma ohra, ikbar u isbah, holma li d-dinja tghidilha genn. Tat qalbha lill-isbah wiehed fost ulied il-bnedmin, Kristu, u xejn ma seta’ jcaqlaqha. Dik il-holma bdiet toqrob lejn ir-rejaltà meta semghet bil-gest ta’ Francesco di Bernardone u mbaghad semghetu jippriedka fil-Kattidral ta’ Assisi. Xtaqet tkellmu, hi haditha l-inizjattiva, u marret issibu. Frangisku sahhahha fil-fehma taghha li taghti ruhha lil Kristu. U b’kuragg virili, karatteristiku taghha, kisret l-uzanzi tal-familja u tas-socjetà taghha, tat gidha lill-foqra u bdiet tghix hajja ikkonsagrata li kienet rivoluzzjoni religjuza ghan-nisa ta’ zmienha.
Wara l-umiljazzjoni tal-bidu, inghaqdu ma’ Frangisku zghazagh ta’ l-ahjar familji ta’ Assisi, Bernardo da Quintavalle, il-kanonku Pietro di Cattani, u l-kugin stess ta’ Klara, Rufino. Kliem San Frangisk nizel fil-qalb ta’ Klara bhal qtar ta’ ghasel. L-istorja nafuha. B’dak is-sens ta’ simbolizmu li kien tieghu, qalilha biex f’Hadd il-Palm, li aktarx kien it-28 ta’ Marzu 1211, meta tibda l-Gimgha Mqaddsa, tohrog mid-dar fil-ghaxija, tmur fil-knisja ta’ Santa Marija ta’ l-Angli, u hemm tikkonsagra ruhha lil Alla f’riglejn l-altar tal-Vergni. Hemm bdiet l-”ikona” ta’ Marija, li minnha tkellem il-Papa meta kien f’Assisi f’Jannar 1993.
42 sena ta’ fedeltà mal-Mulej
”Zomm shih sal-mewt ma’ Dak li ntrabatt mieghu”. Programm ta’ erba’ kelmiet, imma kemm hu ezigenti. Klara nghaqdet ma’ Kristu fqir u msallab f’hajja ta’ talb u penitenza. Hija ikkonsagrat hajjitha kollha, bil-hegga, bl-energija, bit-talenti li bihom kien zejjinha l-Mulej, u dan sa l-ahhar, minkejja gheja fizika, “faqar, xoghol iebes u tweghir”, u disgha u ghoxrin sena ta’ marda li giet fuqha minhabba n-nuqqas ta’ ikel u penitenzi ohra. U dejjem ferhana u tikkomunika l-ferh.
Sa mill-bidunett inghaqdu maghha ohtha Caterina, fir-religjon Agnese, u hbieb taghha stess. Il-fama taghha bdiet tikber. In-nies tal-poplu kienu jitolbuha tfejjaq il-morda. Prelati kienu jirrispettawha. Il-Kardinal Ugolino, li izjed ’il quddiem sar Papa bl-isem ta’ Girgor IX, kitbilha fl-1227 (jew 1228): “F’nofs il-preokkupazzjonijiet bla ghadd u l-ugighat ta’ qalb li jaghafsu fuq il-Pontifikat taghna, intom il-konsolazzjoni u l-hena taghna”.
Fl-ahhar ta’ hajjitha, il-Papa Innocenz IV mar izurha, u f’dik iz-zjara taha dak li l-aktar xtaqet: il-konferma tar-Regola, li gibitilha ferh kbir. Mietet fil-11 t’Awissu 1253. Il-Papa Innocenz IV ordna li jinfetah il-Process tal-Kanonizzazzjoni, u dan beda tliet xhurwara mewtha. Alessandru IV iddikjaraha qaddisa fil-15 t’Awissu 1255, bil-Bulla Clara claris praeclara.
X’riedet Klara?
Klara riedet tghix l-idejal, jew nghidu ahjar, il-karizma, ta’ San Frangisk al femminile. Trid taqsam l-esperjenza ta’ Frangisku fi programm li jghodd ghan-nisa. Fil-veru sens tal-kelma, “innamrat” ma’ Kristu fqir u msallab, kif deher quddiem ghajnejha fil-qdusija tal-hajja li ghazel Frangisku. Imma bil-ghaqal kollu, ma nxtehtitx f’hajja itineranti bhal tieghu, izda ghazlet hajja irtirata. Flimkien ma’ ohtha, li saret doppjament ohtha bil-voti mqaddsa, iz-zewg ahwa saru nukleju ta’ Ordni gdid li llum ghandu 800 sena.
Il-klawsura ma kienetx strutturata, ma kienx hemm gradi tal-hadid; dawk gew wara. Klara ghamlet lilha nfisha priguniera ta’ l-imhabba u l-libertà xi sitt mitt sena qabel ma Richard Lovelace kiteb dawk il-vrus helwin:
Stone walls do not a prison make Nor iron bars a cage... If I am faithful to my love and in my heart am free, Angels alone that soar above enjoy such liberty.
Klara ghexet dak l-idejal fil-klawsura ta’ San Damiano, ma’ shabha. Dawk is-”Sinjuri Foqra”, kif kien isejhilhom San Frangisk, zdiedu. Madwar Klara kibret il-familja, zewg kugini, ohtha z-zghira Beatrice, u ommha Ortolana meta romlot, inghaqdu maghha. L-id helwa tal-Missier tas-smewwiet ghaqqdithom fl-idejal evangeliku. Ma kellhomx Regola elaborata bhal ta’ San Benedittu. Kellhom daqsxejn ta’ Forma Vitae li tahielhom San Frangisk. Kien bizzejjed. Dawk in-nisa qaddisa qabdu t-triq ta’ avventura gdida. Ma kienetx hafifa. L-ostakli gew minn naha ta’ l-awtorità ekklezjastika. Fl-1215 il-Koncilju tal-Lateran IV ipprojbixxa Regoli godda. Kellhom jaghzlu ghall-fondazzjonijiet godda Regoli antiki.
Il-Privilegg tal-Faqar
Hawn Klara bil-ghaqal taghha, ghamlet att ta’ diplomazija qaddisa. Ghall-ewwel darba nammiraw it-tattika taghha ta’ mara intelligenti, li thobb il-paci, li tmil u tobdi, filwaqt li tghaddi mill-qiegh u timxi bil-fedeltà fit-triq li minnha jrid imexxiha l-Ispirtu tal- Mulej. Aktarx li kienet semghet mill-Benedittini li kellhom il-”privilegg tal-proprjetà”. U dan kien dawl ghal Klara biex titlob il-”privilegg tal-povertà”, li kien jikkonsisti filli hadd ma jista’ jobbliga lilha jew lil xi wahda mis-sorijiet jaccetta wirt. Ma ninsewx li dawk li kienu maghha kienu wlied is-sinjuri ta’ Assisi. U kienet haga komuni li s-sorijiet maghluqa jaghtuhom gid kbir biex ikollhom biex jghixu. Klara riedet tghix bhall-fjuri ta’ l-ghelieqi u l-ghasafar ta’ l-ajru, bla sigurtà, hlief il-fidi, il-fiducja f’Alla, il-qawwa ta’ l- Evangelju Mqaddes li tiehdu ad litteram.
Frangisku kien digà rcieva minghand Innocenz III l-approvazzjoni orali tar-Regola tieghu fl-1209, imma Klara kellha taccetta r-Regola Benedittina biex il-komunità taghha tkun rikonoxxuta. Il-komunitajiet godda bdew jizdiedu fuq il-mudell taghha. Fl-1219 il- Papa Onorju III hatar lill-Kardinal Ugolino ta’ Ostia bhala protettur ta’ dawn il-komunitajiet godda. U dan kiteb kostituzzjonijiet biex ikollhom norma ta’ hajja komuni, imsejhin “Kostituzzjonijiet Ugolinjani” Il-Kardinal Ugolino haseb li dawn is-Sorijiet kellhom ikunu mharsin bhal belt medjevali bis-swar u t-torrijiet, u tahom klawsura stretta. Klara accettat il-Kostituzzjonijiet ta’ Ugolino. Izda l-klawsura ghaliha kienet “miftuha”. Ma kellha ebda hsieb li tinghalaq biex issib protezzjoni. Ghaliha l-klawsura kienet pozittiva, kienet spazju miftuh minn gewwa. Inghalqet biex fis-skiet, fil-mohbi, tfittex u ssib lil Alla biss. “U nammirak ukoll inti u tghannaq bl-umiltà, bil-qawwa tal-fidi u bid-dirghajn tal-faqar it-tezor li xejn ma jista’ jitqabbel mieghu, mohbi fil-ghalqa taddinja u fil-qlub tal-bnedmin”, insibu f’Ittra taghha lil Anjeze ta’ Praga. It-triq li ghazlet Klara, kif digà ghedna, kienet imwieghra. Fit-Testment taghha tghidilna, filwaqt li tiftakar dawk il-jiem tal-bidu: “ahna ma bzajna minn ebda xorta ta’ cahdiet, faqar, xoghol iebes u tweghir, jew ghajb u disprezz tad-dinja... konna nghoddu dan kollu bhala xi haga li tferrahna”. Il-kumbatt taghha kien biex il-komunità thares il-faqar evangeliku kif ghexu San Frangisk. Kieku ghazlet komunità digà ezistenti, kieku ma kien ikollha ebda ostaklu minn naha tal-Knisja.
Dawk il-Kostituzzjonijiet baqghu jmexxu l-komunitajiet godda sas-sena 1247, meta l-Papa Innocenz IV hadem Regola miktuba minnu stess ghas-Sorijiet. F’din ir-Regola sar pass kbir ’il quddiem li ferrah hafna lil Klara: il-Papa, filwaqt li nehhihom minn taht il-gurisdizzjoni Benedittina, ghaqqad is-Sorijiet ta’ San Damiano ma’ l-Ordni ta’ San Frangisk. Imma dahhal klawsola li nikktet il-qalb taghha, ghax b’din ippermetta li jaccettaw beni. Klara kienet marida serjament, u hasset li kellha taghmel xi haga biex il-moviment li qajmet jissahhah. U hadet pass minghajr precedent fl-istorja tal-Knisja. Kitbet Regola hi. Saret l-ewwel mara li kitbet Regola ghan-nisa. Chesterton jghid fuq dan is-suggett:
”For the rest, we may at least assume that no friend of what is called the emancipation of women will regret the revolt of St. Clare. She did most truly, in the modern jargon, live her own life, the life that she herself wanted to lead, as distinct from the life into which paternal commands and conventional arrangements would have forced her. She became the foundress of a great feminine movement which still profoundly affects the world; and her place is with the powerful women of history”.
Din ir-Regola ta’ Santa Klara li hadet bhala bazi r-Regola Bullata ta’ San Frangisk (1223) u l-Kostituzzjonijiet tal-Kardinal Ugolino (1219), giet approvata mill-istess Papa Innocenz IV fid-9 ta’ Awissu 1253, jumejn qabel il-mewt taghha. F’dan il-gest naraw il-Papa x’rispett kellu ghal Klara. Izda r-Regola tieghu ma rtirahiex.
Mis-sena 1247 ’il quddiem, fl-Ordni ta’ Santa Klara zviluppaw zewg frieghi, dawk li baqghu iharsu r-Regola primittiva ta’ l-1253, u dawk li accettaw dik tal-Papa Innocenz IV. Hemm qaddisin u beati fiz-zewg ferghat.
Klara kellha l-farag li tara l-Ordni taghha jinfirex b’mod ta’ l-ghageb. F’ittra miktuba mill-Kardinal Ugolino fl-1228, jigifieri sittax-il sena wara li bdiet, isemmi 24 monasteru fl-Italja. L-Ordni xtered sa Franza, fejn Rheims ghandu l-unur li kien l-ewwel, u Spanja, f’Pamplona; waslu fil-Germanja u sahansitra fil-Boemja, fejn il-Principessa Sant’Anjeze ta’ Praga, kugina ta’ Santa Elizabetta ta’ l-Ungerija, kienet il-pijuniera.
Fl-1263, dik is-sena meta l-komunità ta’ San Damiano marret fejn jinsab il-Protomonastero illum, ghaxar snin wara l-mewt ta’ Klara, ir-Regola taghha kellha attakk iehor qawwi meta harget ir-Regola tal-Papa Urbanu IV, indirizzata lill-Ordni kollu, li gie msejjah bit-titlu formali ta’ Ordni ta’ Santa Klara. Il-monasteri kienu mgieghla jippossjedu beni u renti, u l-Papa nehhiehom mill-gurisdizzjoni ta’ l-Ordni Frangiskan u qeghedhom taht Kardinal Protettur. Minn naha ta’ l-Ordni, il-Patrijiet Minuri, bhala predikaturi itineranti, kienu sabuha bi tqila jintrabtu ma’ dawk il-monasteri kollha tas-Sorijiet. Bhalma kien gara wara r-Regola tal-Papa Innocenz IV ta’ l-1247, kien hemm protesti kbar minn kullimkien. Imma s-Santa Sede zammet iebes u imponietha din ir-Regola.
L-Ordni baqa’ jikber u jixtered. Kull fejn marru l-Patrijiet Minuri wasslu l-messagg ta’ Klara. Klarissi sofrew persekuzzjoni sa mill-1269, meta komunità shiha fil-Polonja, gewwa Zawichost gew maqtula mit-Tartari, ghoxrin sena wara komunità ohra f’Akri, fis-Sirja, mietu f’idejn is-Saracini.
Barra mill-Italja, fejn in-numru tal-monasteri zdiedu bla ghadd, Franza kellha 50, Spanja 46 sa tmiem is-seklu XIII. L-Ingilterra kellha 2. Fil-Belgju kien hemm 5 u filGermanja 15.
Dak li Klara bezghet li jsir, sehh wara mewtha. Il-Kardinal Orsini, li izjed ’il quddiem sar Papa u ha l-isem ta’ Nikola III, insista biex is-Sorijiet jaccettaw ir-Regola tieghu, u taht dik l-insistenza minn naha tas-Santa Sede, ftit kienu l-monasteri li zammewir-Regola ta’ l-1253. Test mehud minn: Noel Muscat OFM u Marija Immakulata Bellizzi OSC, Klara t'Assisi u l-Ispiritwalità tat-Tieni Ordni Frangiskan, Edizzjoni TAU, Malta 1994. Assisi -20.4.2003 |
![]() Santa Klara ta' Assisi 750 Sena mill-Mewt 1253-2003
Dan is-750 Anniversarju nibdew niccelebrawh minn Hadd il-Palm (13 ta' April) 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar ta' missierha u weghdet ubbidjenza lil Frangisku quddiem Santa Marija ta' Angli u ngibuh ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar il-Festa ta' Santa Klara fil-11 ta' Awissu 2004.
mill-ittra tal-Ministri Generali
|
|
![]() |