![]() |
Santa Klara ta' Assisi - 750 sena mill-Mewt - l253-2003 | |
Klara t'Assisi Poezija f'gieh Santa Klara Klara t'Assisi Klara tfajla nobbli u twajba, Dejjem xtaqet thobb lil Kristu. Fehmet dan kif tista' taghmlu Meta semghet lil Frangisku.
Trid titgharras ma' Gesù. Fqira u umli, tghix migbura, Qalbha ttiH u taghmel bhalU, M'ahwa ohra f'talb maghquda.
Lejla wahda f'Hadd il-Palm, Libset l-isbah ilbies taghha, U minn darha fid-dlam harbet, Siehba griet ferhana maghha.
B'girja marret il-Porzjukola, Fejn stennewha shab Frangisku, F'talb herqan ghal ohthom Klara Li nghatat b'imhabba 'l Kristu.
Xagharha qata' s-Serafiku, Gharkubbtejha hdejn l-altar Dedikat 'l Ommna Marija, U lil Alla kkonsagraha.
Warrbet it-tlellix tad-dinja, Kumdita', ikel mill-aqwa, L ilbies fin u l-gawhar taghha Ghall-kurdun u tonka fqira.
Bhalha ghamlu tfajliet ohra. hallew l-ghozza tal-familja Biex bhal ahwa, ulied Frangisku, Jaqdu `l Kristu f'San Damjan.
Klara kienet dawl u mera Ta' Gesù, umli u fqir, Wriet lil hutha din it Triq: Glorja u dija tal-Missier.
"Privilegg" ghal Klara kien Tafda biss f'Alla l-Missier, Li jipprovdi bla waqfien Lil uliedu ic-ckejknin.
Biex tghix fqira kkumbattiet, Halliet Regola ghas-Sorijiet Li il-Knisja approvat U b'mewta hienja halliet l-art.
Sr Marie Carmel Saliba OSC San Giljan, 18 ta' Marzu 2003
Assisi -2l.4.2003 |
![]() Santa Klara ta' Assisi 750 Sena mill-Mewt l253-2003
Dan is-750 Anniversarju nibdew niccelebrawh minn Hadd il-Palm (l3 ta' April) 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar ta' missierha u weghdet ubbidjenza lil Frangisku quddiem Santa Marija ta' Angli u ngibuh ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar il-Festa ta' Santa Klara fil-ll ta' Awissu 2004.
mill-ittra tal-Ministri Generali
|
|
![]() |