![]() |
Santa Klara ta' Assisi - 750 sena mill-Mewt - 1253-2003 | |
Nitlobu ma' Santa Klara gabra ta' talb migbura mill-ittri taghha Gesù Gharus ta' dawk li ghandhom qalb safja mill-Ewwel Ittra lil Anjeze ta' Praga, vs 7-10 Mulej Gesù int Gharus wisq akbar nobbli, il-Mulej Gesù Kristu, li thares il-vergnità taghna bla tebgha u zzommha bla mittiefsa. L-imhabba tieghek taghmilna kasti, it-tghannieqa tieghek taghmilna akbar safja, u aktar ma nersaq lejk, aktar insiru safja. Ghaliex is-setgha tieghek tghaddi kull setgha ohra, il-generozità tieghek hija akbar minn kull gmiel iehor, l-imhabba tieghek tisboq kull hlewwa, u t-tjieba tieghek ma tistax titfisser bil-kliem. Mulej jien ninsab mahtufa fit-tghannieqa tieghek.
Innu lill-Faqar mill-Ewwel Ittra lil Anjeze ta' Praga, vs 13-18 Mulej Gesù sahhah fis-servizz li jien dhalt ghalih b'xewqa mhegga ghalik, Imsallab Fqir. IntiHu qaghadt ghas-salib, u helistna mill-Hakma tal-Princep tad-dlam, li tieghu konna sirna lsiera minhabba d-dizubbidjenza ta' l-ewwel genituri taghna, tu hekk habbibna mill-gdid ma' Alla l-Missier.
O faqar hieni! Lil min ihobbok u jhaddnek int izzejnu bil-ghana ta' dejjem. O faqar qaddis! Lil dawk li jiksbuk u jixtiequk, Alla jwieghed is-saltna tas-smewwiet u joffri b'mod li ma jigix nieqes il-glorja ta' dejjem u l-hajja hienja. O faqar qaddis! Lilek ghogbu jhaddan mieghu, qabel kull haga ohra, il-Mulej Gesù Kristu, li fis-setgha tieghu kienu u huma s-smewwiet u l-art ladarba kienet bizzejjed kelma wahda tieghu biex ikun mahluq kollox.
Mulej int ghedt: il-volpi ghandhom il-gherien, u l-ghasafar tal-ajru ghandhom il-bejtiet taghhom imma Bin il-Bniedem, m'ghandux fejn imidd rasu u meta serrahtha fuq sidrek, serrahtha biex taghti l-ahhar nifs tieghek.
Mixja wara Kristu mit-Tieni Ittra lil Anjeze ta' Praga, vs 7,10-13 Sultan glorjuz jien ghall-imhabba tal-faqar imqaddes, u fi spirtu ta' umilta kbira u ta' karita l-aktar imhegga, irid naghzilt li nimxi b'rieda shiha fuq il-passi tieghek. u nkun l-gharusa tieghek. U Billi haga wahda biss hija mehtiega, nieqaf fuq din il-haga wahda, u nitolbok ghall-imhabba tieghek ghax jien lilek offrejt innifsek bhala vittma qaddisa u li toghgbok u nzomm quddiem ghajnejja l-bidu tas-sejha tieghi.
Dak li ghandek f'idejja nixtieq nibqa' zommu shih; dak li naghmel, nixtieq naghmlu sewwa. Ma rrid nieqaf qatt, izda b'mixja mghaggla, b'pass hafif, b'riglejja fuq is-sod, nimxi 'l quddiem bla biza', ferhana fit-triq li gharaft naghzel b'ghagal kbir.
Kristu Fqir mit-Tieni Ittra lil Anjeze ta' Praga, vs 18-22 Tghannaq ma' Kristu fqir. Qis li Hu sar oggett ta' disprezz, u ghalhekk int imxi warajh, u ghall-imhabba tieghu tarahiex bi kbira li ssir immaqdra f'din id-dinja. Hares lejn l-Gharus tieghek, li hul-isbah fost ulied il bnedmin, li biex isalvak sar l-ahhar wiehed fost il-bnedmin, immaqdar, imsawwat u midrub f'gismu kollu, u miet fost l-ehrex tbatijiet fuq is-salib. Ahseb fuqu u kkontemplah, u xtieq b'herqa li ssir tixbhu. Jekk tbati mieghu, ghad tifrah mieghu; jekk tmut mieghu fuq is-salib tan-niket, ghad tghammar mieghu fil-ghamajjar leqqiena tal-qaddisin u ismek ikun miktub fil-Ktieb tal-hajja, u jkun imsebbah fost il-bnedmin.
Mulej kun il-Ferh tieghi mit-Tielet Ittra lil Anjeze ta' Praga, vs 10-14 Mulej kun int il-ferh tieghi irid nifrah fuq li nifrah dejjem fik. Thallix li xi shaba ta' swied il-qalb tinzel fuqi biex iddallamni. Irrid inqieghed ghajnejja quddiemek bhal quddiem mera ta' l-eternità, qieghed ruhi fid-dawl tal-glorja tieghek, u qalbi fik, li int x-xbieha ta' l-essenza divina; permezz tal-kontemplazzjoni ibdilni dejjem izjed fixxbieha tad-divinità tieghek. Hekk jiena wkoll inhoss dak li jhossu l-hbieb tieghek, u dduq dik il-hlewwa mohbija. li Alla nnifsu hejja sa mill-bidu ghal dawk li jhobbuh.
Nitghannaq ma' l-Omm Vergni mit-Tielet Ittra lil Anjeze ta' Praga, vs 15-19 Mulej nixtieq inhobb b'qalbek kollha lilek li, ghax habbejtni, tajt lilek nnifsek kollok kemm int. Ix-xemx u l-qamar jistaghgbu bi gmielek, u d-doni tieghek huma ta' kobor, ta' prezz u ta' gmiel bla tmiem. Int l-Iben ta' l-Aktar Gholi, li wellditek l-Vergni, u baqghet dejjem Vergni wara twelidek. Nixtieq nitghannaq b'qalbi kollha ma' l-Omm l-aktar helwa tieghek, li nisslet Iben tant kbir, hekk li lanqas is-smewwiet ma jesghuh. Izda hi laqghetek fil-kjostru zghir tal-guf imqaddes taghha, u refghetek fil-hdan verginali taghha.
Ruh il-Bniedem mit-Tielet Ittra lil Anjeze ta' Praga, vs 21-23 Mulej, int hlaqr ruh il-bniedem Bhala l-akbar hlejqa denja fost il-hlejjaq kollha. Il-grazzja tieghek ta' Alla taghmilha akbar mis-smewwiet. Ghaliex waqt li s-smewwiet u lhlejjaq kollha ma jistghux jesghu lilek, l-Hallieq taghhom, ir-ruh biss hija l-post fejn int tghammar u jghix, u dan isehh bil-qawwa ta' l-imhabba, Dan ghidtulna int, l-istess Verità: Min ihobb lili, ihobbu wkoll il-Missier, u jien ukoll inhobbu; u ahna nigu u nghammu ghandu.
Ingorrok f'Gismi mit-Tielet Ittra lil Anjeze ta' Praga, vs 24-26 Mulej Geù Kristu, kif il-glorjuza Xebba tax-Xbejbiet garritek fizikament fi hdanha, hekk jien wkoll, billi nimxi fuq il-passi tieghek u l-izjed l-umiltà u l-faqar tieghek, nista' dejjem, bla dubju ta' xejn, iggorrok spiritwalment fil-gisem kast u verginali tieghi. Hekk jien inhaddan fija lil Dak li jien u l-hlejjaq kollha ahna imhaddnin minnu. Bik Mulej, ikolli bhala haga tieghi il-gid li, meta nqabblu ma' kull gid iehor li jintemm ta' din id-dinja, hu akbar zgur u jibqa'.
Sehem fl-Ikla Mqaddsa mir-raba' Ittra lil Anjeze ta' Praga, vs 8-13 Mulej Gesù, Haruf bla tebgha li tnehhi d-dnubiet tad-dinja, inroddlok hajr talli lili taghtini sehem f'din l-ikla mqaddsa biex nkun nista' ninghagad bil-qawwa kollha ta' qalbi mieghek, li l-qtajjiet tas-sema jixxennqu jharsu lejn gmielek. L-imhabba tieghek thenni, il-kontemplazzjoni tieghek trodd is-sahha mill-gdid, u t-tjieba tieghek timla kull xewqa tieghi. Il-hlewwa tieghek tfawwar ir-ruhi u t-tifkira tieghek ddawwal il-mohhi. Il-fwieha tieghek tqajjem il-mejtin, u d-dehra glorjuza tieghek timla bil-hena lic-cittadini kollha ta' Gerusalem tas-sema.
Inhares lejn il-Mera mir-raba' Ittra lil Anjeze ta' Praga, vs 14,18-23 Mulej Gesù Kristu id-dehra tieghek hija dija tal-glorja eterna, ragg tad-dawl ta’ dejjem, u mera bla tebgha. F'din il-mera jiena nara jirriflettu l-faqar hieni, l-umiltà qaddisa u l-imhabba li tisboq kull kliem; dan kollu jien, bil-ghajnuna tal-grazzja ta' Alla, nista' narah mifrux fuq il-wicc tal-mera kollha.
Meta nhares in-naha ta' fuq ta' din il-mera, u nara l-faqar tieghek Mulej, li gejt imqieghed f'maxtura, u imfisqi fil-hriegi fqajrin. O x'umilta tal-ghageb, u x'faqar li jghaggeb! Is-Sultan ta' l-Angli, is-Sid tas-sema u ta' l-art, imqieghed f'maxtura!
Meta nhares finnofs ta' din il-mera, u nara l-umiltà qaddisa u maghha l-faqar hieni, l-ghejja u s-sofferenzi bla ghadd li int garrabt biex tifdi l-gens tal-bnedmin.
U meta nhares lejn in-naha t'isfel tal-mera, insammar ghajnejja fuq l-imhabba li ma titfissirx bil-kliem, imhabba li wasslitek biex taghzel li tbati fuq il-ghuda tas-salib, u tmut mewta l-izjed mistkerrha.
Mill-Gholi tas-Salib mir-raba' Ittra lil Anjeze ta' Praga, vs 24-26 Mulej Gesù mill-gholi tal-ghuda tas-salib, inti tistieden lil dawk ghaddejjin mit-triq u tghidilhom jieqfu u jahsbu: U intom ilkoll li ghaddejjin mit-triq hares sewwa u araw jekk hawnx hemm bhall-hemm tieghi. Lilek, li qed isejjhilna u titnieghed, b'lehen wiehed u qalb wahda inwiegbek: Tiftakar ruhi u tahseb, u tinfena gewwa fija.
Innu lill-Gharus mir-raba' Ittra lil Anjeze ta' Praga, vs 30-32 O Gharus tas-sema, igbidni warajk! Ahna nigru warajk, migbudin mill-hlewwa tal-fwieha tieghek. Jiena nigri bla ma nghejja qatt, sakemm iddahhalni fil-kantini tal-inbid . Imbaghad, drieghek tax-xellug ighaddi minn taht rasi, u l-leminija tieghek thaddanni bil-hlewwa, u tbusni bil-bewsa l-aktar hienja ta' fommok.
Testi mehudin u modifikati minn: Il-Kitbiet ta' San Frangisk u Santa Klara, traduzzjoni ta' Sr M. Immakulata Bellizzi OSC, Edizzjoni TAU, Malta 1993. Ara wkoll: Bierku lill-Mulej, Nitlobu ma' Frangisku u Klara, Edizzjoni TAU, Malta, 1999. Assisi -20.4.2003 |
![]() Santa Klara ta' Assisi 750 Sena mill-Mewt 1253-2003
Dan is-750 Anniversarju nibdew niccelebrawh minn Hadd il-Palm (13 ta' April) 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar ta' missierha u weghdet ubbidjenza lil Frangisku quddiem Santa Marija ta' Angli u ngibuh ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar il-Festa ta' Santa Klara fil-11 ta' Awissu 2004.
mill-ittra tal-Ministri Generali
|
|
![]() |