San Guzepp ta' Copertino - 400 sena mit-Twelid - 1603-2003
 

◄◄|werrej|►►


Innijiet u Talb

mill-Liturgija tas-Sighat

fil-Festa ta' San Guzepp ta' Copertino

18 ta' Settembru


Innijiet


Innu ta' l-Ufficcju tal-Qari

 

Ulied Frangisku, ej' ninsgu t-tifhir taghna

F'gieh San Guzepp - dan huna fl-istess Ordni -

Li llum fis-sebh bla tmiem hu dahal jghanni

     il-glorja t'Alla.

 

Go Copertino twieled, ghex u trabba,

hemm rega' twieled fl-ilma u fl-Ispirtu:

Ifrah, ja Fqajjar, ghax bit-tjieba tieghek

     ksibt gieh mill-akbar!

 

Kont ghadek tfajjel, meta b'deni fuqek,

Kont tara l-mewt, u hajtek tintemm hesrem,

Kieku l-Madonna ma ndahlitx u tatek

     sahhtek mill-bidu.

 

Ridt tixbah f'kollox lill-Imghallem Kristu:

Ghal darba tnejn habbatt lill-Frangiskani,

Biex kif jifthulek inti dlonk turihom

     qdusitek kollha.

 

Maghhom fit-talb ghaddejt il-hajja iebsa,

Ghakkist kemm flaht 'il gismek, bhal Missierek,

U bhalu zejnek il-Mulej, ghax habbek,

     b'doni smewwija.

 

Lilek, Missier, is-sebh, u 'l Ibnek Sidna,

Sebh lill-Ispirtu - fih tinghaqdu f'Wiehed:

'Tuna, ghall-merti tal-Qaddis Guzeppi

     kull gid mis-sema.    Amen.

 

Innu tat-Tifhir ta' Sbih il-Jum

 

Bit-tlissin ta' l-Isem helu

ta' Gesù kont tharrab l-ghadu;

dawwal issa mohhna mdallam

u mill-mard qerried ehlisna.

 

L-ghadu hajjen bis-semm tieghu

zommu 'l bghid, biex le jahqarna;

thallix guh, ghaks, tilwim, dnewwa

jolqtu 'l gensna, jharbtu 'l artna.

 

Qilliet l-ajru, 'mwieg il-bahar

jehdew f'ismek, o Guzeppi;

bierek l-art ha' trodd lill-bidwi

frott kotran ghall-ghaxjien  taghna.

 

U fi qlubna niedma heggeg

ta' Gesù l-imhabba safja;

o Guzeppi, dawwal triqtna

halli mieghek nigu l-genna.

 

Trinità qaddisa, 'mbierka,

wettaq ruhna b'nifs qawwietek,

biex nixxiebhu ma' Guzeppi

u nsebbhuk hawn u ghal dejjem.  Amen.

 

Innu ta' l-Ghasar

 

Lil Guzeppi naghtu qima:

Ragel mimli bil-virtù,

Gieh ta' l-Ordni, gieh tal-Knisja,

Dan sar jixbah 'il Gesù.

 

F'mohhu dejjem il-mohqrija

Ta' Gesù fuq is-Salib,

Tghakkes fl-iebes penitenza,

Ghadda hajja ta' gharib.

 

Gismu razzan sew bit-tewba,

Ahrax kien mieghu nnfisu,

u l-gieh fieragh ta' did-dinja

Taht riglejh hu gharaf jirfsu.

 

Hajtu tharset minn Marija:

Hu kien l-iben u hi l-omm,

Kien jghannilha l-ghanjiet tieghu,

b-qalbu, b'ruhu u bil-fomm.

 

Mis-sebh t'Alla, fejn int qieghed,

San Guzepp, int ieqaf maghna,

Biex fil-genna nigu mieghek,

Maghqudin fil-Hallieq taghna.

 

Gieh u sebh ghal dejjem, Kristu,

Qaddis kbir tal-qaddisin,

Lill-Missier, u lill-Ispirtu

Difensur tal-mahqurin.  Amen.


Talb


Talb mill-Preci

tat-tifhir ta' Sbih il-Jum

 

Mulej qaddis,

int li f'San Guzepp ta' Copertino

tajtna mudell ta' umilta' u ubbidjenza evangelika:

aghtina li nghixu l-hajja religjuza taghna

fuq l-ezempju tieghu.

     Qaddisna, Mulej, fis-sewwa.

 

Talb mill-Preci

ta' l-Ghasar

 

Missier qaddis,

int ghanejt lil San Guzepp ta' Copertino

b'doni tas-sema ghall-edifikazzjoni ta' l-ahwa:

aghmel li nzommu shih u kif jixraq

fil-vokazzjoni taghna

u noghogbu lilek f'kollox.

     Ismaghna, nitlobuk, Mulej.

 

Talba

 

O Alla, fil-gherf tieghek tal-ghageb,

int ridt li l-Iben il-wahdieni tieghek

merfugh mill-art jigbed kollox lejh:

fil-hniena tieghek aghmel

li bil-merti u fuq l-ezempju

ta' San Guzepp ta' Copertino

ninfatmu mix-xewqat kollha tad-dinja

u hekk inkunu nixbhu tassew lil Ibnek,

li hu Alla u mieghek ighix u jsaltan

flimkien ma' l-Ispirtru s-Santu

ghal dejjem ta' dejjem.

     Amen.

 

San Guzepp ta' Copertino

400 Sena mit-Twelid 1603-2003

 

Kelma

tal-Papa

"Din is-Sena Centinarja taghti opportunità providenzjali lill-komunità nisranija kollha kemm hi, biex

trodd hajr

lill-Mulej ghall-frott abundanti

ta’ qdusija

u gherf

uman

moghti lil

dan

il-Qaddis umli u docli ta’ Kristu."

 

Dwar

il-Qaddis

ara wkoll

Guzepp

ta’ Copertino