![]() |
San Guzepp ta' Copertino - 400 sena mit-Twelid - 1603-2003 | |
Patrun tal-Piloti taghrif dwar id-Devozzjoni San Guzepp ta' Copertino barra li huwa maghruf bhala "il-Patrun ta' l-Istudenti" u specjalment dawk li jkunu waslu biex jaghtu xi ezamijiet, huwa wkoll maghruf bhala il-"Patrun tal-Piloti".
L-Aeronautica Miltari Taljana ghal snin kbar ghazlet li ticcelebra il-festa tal-patrun taghha sewwa sew fit-18 ta' Settembru, il-jum li fih il-Knisja ticcelebra l-festa liturgika tal-Qaddis ta' Copertino.
Il-Madonna ta' Loreto patruna tal-Piloti Biex inghidu d-dritt il-patrun jew ahjar il-patruna tal-Piloti ufficcjalment dikjarata mill-Knisja hija il-Madonna ta' Loreto, li fil-Bazilka taghna, kif nafu, hemm meqjuma id-dar ta' Marija ta' Nazaret. Certament hemm ghadd ta' leggendi marbuta ma' din id-dar tal-Madonna. Fost ohrajn jinghad li din id-dar ingiebet mill-Angli jittajru mill-Patestina ghal Loreto.
Nafu li San Guzepp ta' Copertino ghandu rabta spirtwali ma' dan is-Santwarju tal-Madonna ta' Loreto. Mill-kitbiet fuq il-hajja tieghu nafu li bhala patri frangiskan Guzepp ghadda ghadd ta' snin jghix kunventi differenti skond fejn l-ubbidjenza kienet issejjahlu. Wara is-snin bikrin tal-hajja frangiskana tieghu bhala novizzi, bhala profess u bhala sacerdot fil-kunvent ta' Grottella gewwa Copertino, Patri Guzeppi ghex f'ghadd ta' kunventi ohra. Ghamel zmien f'Napli meta kien ghaddej bil-process ta' l-inkizzizzjoni. Wara ghada zmien qasir fil-kunvent ta' Santi Appostli f'Ruma. Minn hemm kellu l-ubbidjenza li jmur fis-Sacro Convento f'Assisi fejn ghex ghal 14-il sena shah. Imbaghad kien trasferit fil-kunventi tal-Kapuccini ta' Fossambrone u wara f'dak ta' Pietrarubbia. L-ahhar sitt snin ta' hajtu Guzeppi ghaddiehom f'Osimo qrib Ancona fil-Marche. Il-belt ta' Osimo hija xi hmistax il-kilometru biss boghod minn Loreto.
Titjira lejn Loreto mit-terrazzin Darba fost l-ohrajn, sewwa sew nhar l-10 ta' Lulju 1607, naqraw li Patri Guzepp xtaqt jitla' fuq it-terrazzin biex jammira l-panorama minn dak l-gholi li fuqha tinsab il-belt u l-kunvent. Waqt li kien hemm fuq jammira gmiel il-holqien, ghajnejn il-bniedem ta' Alla waqghu fuq is-Santwarju tal-Madonna ta' Loreto li kien jidher sew u car f'dak il-jum sajfi. Jirrakkuntaw il-bijografi li San Guzepp kellu l-ewwel vizzjoni ta' l-ghageb li fiha ra bhal Gakobb, ghadd ta' Angli telghin u nizlin mis-sema jghannu it-tifhir lid-dar ta' Nazaret fejn Marija nislet lil Bambin Gesù fil-guf taghha. Imbaghad wara ftit intilef f'estasi u f'hin minnhom jinqata' mit-terrazzin fejn kien u b'titjira wahda gibed fid-direzzjoni tas-santwarju tal-Madonna sakemm mar isserrah fuq sigra tal-lewz.
Fuq it-terrazzin kien hemm xi patrijiet fosthom il-patri Segretarju Generali ta' l-Ordni li inzerta kien fua zjara f'Osimo. Dan sejjah lil Patri Guzepp u ordnalu biex jerga' jigi lura. Il-qaddis obda u malajr rega' gie f'tieghu.
Kwadru Famuz
Dan il-kwadru li juri lil San Guzepp ta' Copertino f'titjira lejn is-santwarju ta' Loreto, kellu x-xorti li jaghmel titjira huwa wkoll. Iva titjira, mhux daqstant mirakoluza lejn il-Kanada. Ghall-okkazjoni ta' Jum Mondjali taz-Zghazagh mal-Papa li sar f'Awissu 2002 f'Toronto, dan il-kwadru ttiehed biex ikun espost f'wirja bit-titlu "Xbiehat ta' Salvezza", li saret fil-Kanada bejn is-7 ta' Gunju u l-11 ta' Awissu 2002.
"Qaddis li jtir" Din it-titjira li semmejna li l-qaddis ghamel f'Osimo ma kienetx la l-ewwel u lanqas l-unika titjira li ghamel. Il-hajja tieghu kienet mizghuda b-esperjenzi bhal dawn. Dawk li kitbu dwar il-hajja tieghu jirrakkuntaw numru bla ghadd ta' titjir f'kull belt u f'kull kunvent fejn ghex. Kien sahansitra mlaqqamu maghruf bhala "il-Qaddis li jtir".
Ghalhekk mhux ta' b-xejn li l-Piloti kattolci ghazlu lil San Guzepp ta' Copertino bhala Patrun taghhom. It-titjir tal-Qaddis ghal dawn il-piloti jirrappresenta t-tensjoni tat-titjir taghhom fiziku kull meta jkunu jigwidaw il-vjagg fuq l-ajruplani taghhom, kif ukoll it-titjir tal-mohh taghhom lejn is-sema huwa jahsbu fuq il- hwejjeg spiritwali.
Bidu tad-devozzjoni Ma nistghux nghidu ezatt meta bdiet din id-devozzjoni tal-piloti lejn il-Qaddis Frangiskan minhabba li ghadu ma sarx studju i bizzejjed dwar is-suggett.
Madanakollu, nafu fiz-zgur li l-piloti taljani li kienu qed jitqabdu matul il-Gwerra il-Kbira ta' bejn 1915 u 1918 kienu fost ta' l-ewwel li daru lejn San Guzepp ta' Copertino biex jipprotegihom. L-istess ghamlu il-qraba ta' dan il-piloti, li talbu bil-hrara kollha lil qaddis biex ihares lil gheziez taghhom waqt it-titjir taghhom.
Barra minn dan, nafu li l-kittieb famuz franciz Biagio Cendrars, li kellu ibnu pilota ta' kontra is-"Sioux" waqt it-tieni Gwerra Dinjija, ippubblika ktieb fl-1949 bl-isem "Le Dotissemant du Ciel" li fih isemmi lil qaddis bhala il-patrun tal-Piloti. Cendrars fil-ktieb tieghu fost l-ohrajn ighid li l-Piloti Amerika wkoll kienu ghazlu lil San Guzepp ta' Copertino bhala l-Patrun taghhom.
Midalja tal-Piloti Amerikani Il-patrijirt fRangiskani Konventwali bla dubbju hadu hsieb ixerdu id-devozzjoni ta' huhom san Guzepp ta' Copertino fost il-poplu li kien jiehu sehem fil-hajja pastorali fil-knejjes taghhom. Uhud mill-patrijiet kienu jservu wkoll bhala kappillani militari jew chaplains tal-Piloti. Kienu dawn li nisslu id-devozzjoni tal-qaddis fost il-bdoti. Hekk id-Devozzjoni malajr infirxet u l-qaddis sar poplari malajr.
Il-piloti Amerikani hadu hsieb jaghmlu midalji tal-patrun taghhom. Fuq iz-zewg nahat tal-midalja hemm imnaqqax l-isem tal-qaddis.
Fuq
Fuq naha l-ohra tal-midjalja hemm simbolu b'par gwienah qishom ta' akla, sewwa sew fuq dan id-disinn hemm l-isem ta' qaddis "St Joseph Cupertino" u taht id-disinn hemm il-kliem "Protect our Pilots".
Cert li San Guzepp ta' Copertino, li l-Mulej fetahlu gwenhajh, ghollieh 'l fuq u zammu f'dirghajh, mhux sejjer ma jharisx il-piloti mhux biss Amerikani, imma l-Piloti kollha tad-dinja.
Miktub minn Fr Thomas Calleja ofmconv Assisi 31.3.2003 |
![]() San Guzepp ta' Copertino 400 Sena mit-Twelid 1603-2003
Kelma tal-Papa "Din is-Sena Centinarja taghti opportunità providenzjali lill-komunità nisranija kollha kemm hi, biex trodd hajr lill-Mulej ghall-frott abundanti ta’ qdusija u gherf uman moghti lil dan il-Qaddis umli u docli ta’ Kristu."
Dwar il-Qaddis ara wkoll ■ Guzepp |
|
![]() |