San Guzepp ta' Copertino - 400 sena mit-Twelid - 1603-2003
 

◄◄|werrej|►►


Qwiel u Kitbiet Spiritwali

ta' San Guzepp ta’ Copertino


 

Ommi rabbietni fl-imhabba ta’ Alla b’dixxiplina kbira.

 

Intelaq f’idejn il-Madonna, li hi ommna, u tahseb f’xejn aktar, ghax hi tahsiblek ghal kollox.

 

Il-Mulej, li hu l-Hallieq ta’ kull gid, iridna naghrfuh f’kollox, anki fil-hwejjeq iz-zghar, nghidu ahna, meta nharsu b’ghogba lejn xi annimal ckejken jew lejn xi warda. Hu qatt ma jonqos milli jaghmillek favuri kbar.

 

L-imhabba hija s-sies tat-twemmin taghna. Min ghandu l-imhabba hu ghani bla ma jaf, imma min ma ghandux l-imhabba ghandu djieqa kbira.

 

Intom li tinsabu mnikktin u ma ghandkomx min ifarragkom, hu minnu li qeghdin tbatu ma’ Kristu, izda m’intomx tbatu daqsu. Jew int tad-deheb, jew tal-hadid: jekk int tad-deheb it-tbatija ssaffik, jekk int tal-hadid it-tbatija tnehhilek is-sadid.

 

Fl-Ewkarestija Kristu ma jkellimniex wicc imb’wicc, imma jkellimna f’qalbna, f’ruhna, u dan hu l-gost ta’ ruh devota.

 

Ghandu l-fidi dak biss li jhobb; ma jistax ikun hemm imhabba kbira minghajr fidi ferma.

 

Fidi hajja hi dik li biha l-bniedem jintelaq ghar-rieda ta’ Alla u jkun cert li sew jekk Alla jaghtih il-grazzja li jitlob minnu, sew jekk le, din tkun dejjem l-ahjar haga ghalih.

 

Il-bnedmin ta’ fidi kbira jixbhu lil sigra kbira li meta titqaccat dejjem jibqa’ xi gherq minnha li minnu jistghu johorgu zragen godda.  Izda dawk ta’ fidi zghira jixbhu lil sigra zghira li meta titqaccat ma terga’ tiehu b’xejn.

 

Bil-mard Alla dejjem ikun irid xi haga mill-marid: li jbiddel hajtu.

 

Il-Kleru ghandu jiccelebra l-Liturgija tas-Sighat bl-attenzjoni u l-Quddiesa bid-devozzjoni; b’dawn it-tnejn tista’ tinbidel kull haga.

 

Min ghandu l-fidi vera ghandu kull ma jixtieq, ghax f’idu ghandu l-istess setgha bla tarf ta’ Alla.

 

Jehtieg li nitolbu dejjem lil Alla; ghax min jaqla’ jiehu minghandu l-gid li jkun talbu, u min ma jaqlax jiehu l-gid ghall-fatt li jkun talab.  Ghalhekk kull wiehed jaqla’ minghand Alla ghana mfawwar ta’ grazzji.

 

Lil Alla aktarx li nsibuh jaqbel mal-ghemejjel taghna.  Jekk inkunu fidili lejh, hu jkun fidil lejna; jekk inkunu grati, hu jkun grat; jekk inkunu kuntrarji, hu jkun kuntrarju.  Hu bhal mera li thares lejk bl-istess ghajnejn li bihom thares lejha.  Jekk min ihares lejn il-mera hu bniedem iswed, fil-mera jidher bniedem iswed; jekk ikun abjad, jidher bniedem abjad; jekk ikun imdejjaq, jidher bniedem imdejjaq; jekk ikun dahkan, il-mera tidher dahkana wkoll u trodd iz-zeghil li tircievi.  Fi ftit kliem, Alla jiehu minghandna l-mudell ta’ kif ghandu jgib ruhu maghna.

 

Mis-Sagrament imqaddes ta’ l-Altar jigi kull gid sew tar-ruh, sew tal-gisem.

 

Min ma ghandux fiducja f’Alla m’huwiex Nisrani ghax ma jemminx f’Alla.

 

F’kull haga li taghmel, sew jekk hi temporali sew jekk spiritwali, int aghmel il-parti tieghek imbaghad halli lil Alla jaghmel tieghu, u tista’ sserrah mohhok.

 

Min ghandu l-fidi ghandu f’idejh id-dinja, ghax ghandu f’idejh lil Dak li ghandu f’idejh id-dinja.

 


It-Triq tal-Qdusija

Kif xandarha

San Guzepp ta’ Copertino


 

Alla jridna nsiru qaddisin kif irid hu mhux kif irridu ahna.

 

Il-qaddisin isiru fid-dinja mbaghad imorru l-Genna.

 

Ghandna ruh wahda u Alla wiehed: jekk dawn nitilfuhom il-hsara li naghmlu ma tissewwa qatt.

 

Hemm bzonn nghixu l-virtujiet il-kbar mhux nitrejqu biss b’devozzjonijiet zghar li jghaddu, li m’huma xejn ghajr nar tat-tiben.

 


Migburin minn Fr Edmund Teuma ofmconv


San Guzepp ta' Copertino

400 Sena mit-Twelid 1603-2003

 

Kelma

tal-Papa

"Din is-Sena Centinarja taghti opportunità providenzjali lill-komunità nisranija kollha kemm hi, biex

trodd hajr

lill-Mulej ghall-frott abundanti

ta’ qdusija

u gherf

uman

moghti lil

dan

il-Qaddis umli u docli ta’ Kristu."

 

Dwar

il-Qaddis

ara wkoll

Guzepp

ta’ Copertino