![]() |
San Guzepp ta' Copertino - 400 sena mit-Twelid - 1603-2003 | |
Osimo Il-Belt fejn miet il-QaddisIl-Bazilka-Santwarjuta’ San Guzepp ta’ Copertino
Kien ghalhekk li fis-7 ta’ Mejju 1234 – tmien snin biss wara l-mewt ta’ San Franhisk – l-isqfijiet ta’ Ancona, Fano, Senigallia u Pesaro (ilkoll bliet tal-Marche) iddecidew li jikkonsagraw il-knisja l-gdida lill-Missier Serafiku. Isqof ta’ Osimo dak iz-zmien kien Sinibaldo (1218-1239).
Il-knisja li kienet ikkonsagrata dak inhar hi bla dubju ta’ xejn dik l-istess wahda li illum naraw il-qoxra taghha thaddan lill-Bazilka ta’ San Guzepp. Izda fiz-zminijiet li gew wara din garrbet bosta tibdiliet. Il-linjamenti tal-bidu, stil romaniku, ghadhom jidhru fil-faccata, fit-twieqi ta’ l-abside tawwalin u maghmulin nofs tond fin-naha ta’ fuq, u fit-twieqi l-ohra tal-gnub li llum jinsabu maghluqin. Hekk ukoll jintlemhu sinjali ohra ta’ dan l-istil fil-kampnar u fis-sagrestija. Aktarx li l-knisja l-qadima kellha tliet navati.
Mill-affreski l-qodma baqa’ xi bicciet ta’ gmiel partikulari: hemm dak tal-“Madonna del Volto”, li fost il-poplu ta’ Osimo hemm devozzjoni kbira lejha, u dak tar-Redentur, li ghamel zmien mohbi wara l-bazi ta’ kolonna fuq ix-xellug ta’ l-altar ta’ San Frangisk. Hemm ukoll xi haga qrib l-altar mahhur u wicc ta’ vergni fil-kor.
Ix-xoghlijiet bdew fil-bidu tat-tieni nofs tas-seklu tmintax, izda ma tlestewx qabel l-1781. Minhabba f’dad-dewmien il-festi tal-kanonizzazzjoni, li sehhet fl-1767, kellhom isiru aktar tard. B’danakollu l-gisem tal-Qaddis kien ha tqieghed taht l-altar maggur fl-1771.
It-tempju mgedded rega’ kien ikkonsagrat mill-kardinal Guido Calcagnini fis-27 ta’ Mejju 1781 u minn dakinhar bidel ismu: minn knisja ta’ San Frangisk (ghalkemm sallum ghad hemm min isejhilha hekk) ghal knisja ta’ San Guzepp ta’ Copertino.
Fl-1796 il-Papa Piju VI gholla l-knisja g]ad-dinjità ta’ Bazilka u gharafha bhala “wiehed mis-santwarji l-aktar maghrufin u li jigbed devozzjoni fost l-Insara tad-dinja.”
Is-sagrestija ghadha, tista’ tghid, kif inbniet fil-bidu. Fiha hemm tliet opri ta’ min isemmi: l-affresk fis-saqaf tas-seklu 14 li fih jidhru l-erba’ evangelisti, kurcifiss sabih skolpit fl-injam minn P. Treggiani, u pittura kbira – xoghol ta’ Mazzanti (1781) – li turi ’l San Guzepp itir f’estasi hekk kif jilmah mill-boghod il-koppla tas-santwarju tad-Dar Imqaddsa ta’ Loreto. Nahseb li din hi l-aktar pittura maghrufa ta’ San Guzepp madwar id-dinja.
Marbutin mal-knisja u l-kunvent hemm il-kmamar tal-Qaddis (bhalma hemm ukoll fis-Sacro Convento ta’ Assisi). Dawn inzammu fl-istat originali taghhom u jghoddu tliet kmamar li fihom kien jghammar San Guzepp ta’ Copertino mill-1657 sa l-1663. Maghhom hemm ukoll l-oratorju fejn il-Qaddis kien iqaddes kull jum. Il-kunvent hu tal-bidu tas-seklu 13. Beda jinbena ftit wara li San Frangisk fl-1220 ghadda minn Osimo.
Dan illum huwa sede, fost l-ohrajn, tal-komunità religjuza tal-Minuri Konventwali u tan-Novizzjat Frangiskan. In-novizzi Frangiskani Konventwali tal-Provincja ta’ Malta ilhom jintbaghtu hemm biex jghaddu s-sena tan-novizzjat taghhom sa mis-sena 1979. Matul din is-Sena Centinarja hemm tlett novizzi maltin Fra Pietru Quattromani (Ghajn Tuffieha), Fra David Borg (Hal Balzan) u Fra Mario Sant (San Pawl il-Bahar).
taghrif migbur minn Fr Edmund Teuma ofmconv |
![]() San Guzepp ta' Copertino 400 Sena mit-Twelid 1603-2003
Kelma tal-Papa "Din is-Sena Centinarja taghti opportunità providenzjali lill-komunità nisranija kollha kemm hi, biex trodd hajr lill-Mulej ghall-frott abundanti ta’ qdusija u gherf uman moghti lil dan il-Qaddis umli u docli ta’ Kristu."
Dwar il-Qaddis ara wkoll ■ Guzepp |
|
![]() |