Poeżija Franġiskana

 

◄◄|werrej|►►


L-Istatwa ta' San Franġisk


Antonia Chetcuti


L-Istatwa ta' San Franġisk tagħlaq Ħamsin Sena

 

Did-darba l-bombi qerrieda

lil din ma ħafruhiex.

U qerdu dik l-istatwa

li flokha din tpoġġiet.

 

Ħadu ħsieba ħafna:

il-kuġini tagħna Dimech

il-ħanut tagħhom quddiemha

dejjem nafuh hemmhekk.

 

Dan l-aħħar Joe Micallef

kien ħadha hu f'idejh

Imma l-Mulej dan ħadu

biex joqgħod miegħu ħdejh.

 

Narawh bis-Salib f'idu,

għax miegħu kien marbut,

il-ħniena li hu kellu

għall-fqir u għall-batut.

 

Ħabbewh Missirijietna

u l-kunvent tal-patrijiet,

maħbuba sew minn niesna

insibuhom fil-ħtiġijiet.

 

Fit-Triq saret Quddiesa,

kien hemm il-patrijiet

Chris Vella li jieħu ħsiebha

u fuq kollox l-Arċipriet.

 

Għaddew ġa ħamsin sena

tax-xbieha ta' dal-Qaddis

il-Fqajjar ta' Assisi

għalina tant għażiż.

 

 

 


Din il-Poeżija dehret fil-Ktejjeb "Fjuri Bojod Weraq Ħodor" - Ġabra ta' Poeżiji miktuba minn Antonia (Ninetta) , Dolly u Manuel Chetcuti u ppubblikati  f'Marzu 2007

Burmarrad - 6.11.2017


 

poeżija

ta'

Antonia Chetcuti