|
Poeżija Franġiskana |
|
|
T'Assisi Franġisku Patrick Debattista T'Assisi Franġisku
Ta' Kristu x-xebħ, Ta' l-hena s-sebħ
Kien bniedem li ħabb is-safa, B'hekk qrib sidu dejjem safa'.
Ġid id-dinja warajh tefa', Bħal ma Kristu s-salib refa'
Xempju kbir ta' l-aqwa għana, Serħan, ġid, żgur għar-ruħ tagħna.
Sliem u ġid is-slogan tiegħu, Hena jgawdi min hu miegħu.
Dejjem prietka ġid u sliem, Bil-għemejjel, mingħajr kliem.
Sliem u ġid ta' kulħadd, Monopolju m'hu ta' ħadd.
Għix għal dan il-għan, Dlonk sar Franġiskan.
Kiber l-għadd f'uliedu, B'dawk li l-ġid, sliem riedu.
Timxi wara San Franġisk, Kemm fir-ruħ u l-ġisem frisk.
Jekk bħalu trid tkun hieni, Titnikkirx, imm'aħseb kmieni.
Ma nehdiex lilu nfaħħar, Warajh gawdut fl-aħħar.
Din il-Poeżija dehret fid-Dawl Franġiskan, Leħen il-Kapuċċini Maltin, Ottubru 1996, Burmarrad - 6.11.2017 |
poeżija ta' p. Patrick Debattista ofm cap |
|
||