Poeżija Franġiskana

 

◄◄|werrej|►►


Laetabundus


aktarx tal-Kardinal Tumas minn Capua


Laetabundus (Bil-Ferħ kollu)

Sekwenza Liturġika f'ġieħ San Franġisk

 

      I. 

     Bil-ferħ kollu

lil Franġisk, il-kor ħa jkanta:

Alleluia!

 

II. 

Kien imdendel

b'imsiemer ġodda magħmulha b'Imħabba Vera:

O ħaġa tal-Għaġeb!

 

III. 

Ruħ fil-ġisem uġigħ soffriet

issa mill-ġdid tiddi bid-dawl pur

minn raġġ ta' kewkba.

 

IV. 

Hu, b'dawl ġdid hekk jiddi,

lill-għasafar stess iħabbar,

b'ton hekk ċar.

 

V. 

Hekk kif mgħallem minn Kristu,

marbut sew mal-faqar

f'għamla l-istess.

 

VI. 

Hu ma xtaqx li wliedu,

jkollhom qatt l-ħwejjeġ

li jintemmu hawn.

 

VII.

Hekk kif fis-sema jgħanni fil-ferħ

b'aktar u aktar għeġubijiet jiddi

dal-wied tad-dmugħ.

 

VIII.

L-għajnejn għomja raw dawl ġdid:

l-ilsien tat-tfajjel kiber sew

bl-laħam miżjud.

 

IX.  

Fomm l-imbikkem jinħall:

għadd għall-ħajja jingħataw,

L-ereżija issa ntebħet,

kemm hi għamja.

 

X. 

Il-ġdiem għab, il-magħtub

jaqbez, u l-mard itir 'l hinn;

għadd ta' saltniet, jieqfu mistgħaġba

quddiem ħwejjeġ bħal dawn.

 

XI.

Favuri tas-Sultan u mkejjen

raffi warrab, u xorta

hu ma ġarrabx ħsara,

minn razza mdejqa.

 

XII.

Il-ġrieħi li wera' 'l quddiem

għotjiet ta' għamla ġdida,

Mogħtija minn dak l-Iben

Li l-Verġni wieldet.

 

 

 


Din il-Poeżija dehret fil-ktieb Francis of Assisi, The Saint, Early Documents, Vol I, New City Press 1999, paġna 327 u mhux maghruf min qaliba għal Malti

Rabat 6.1.2014


 

poeżija

aktarx

tal-

Kardinal

Tumas

minn Capua

(c. 1185

- 1239)