Poeżija Franġiskana

 

◄◄|werrej|►►


San Franġisk


mill-Ktieb Shalom


San Franġisk

 

 

San Franġisk, żgħażugħ kien bħalna

illi jfittex ix-xalar,

iżda triq sab iżjed ħienja

u għażal lilha għax aħjar.

 

Ġidu tah, biegħ ħwejġu kollha

għax lil Kristu ra fil-fqir;

b'dan missieru tant irrabja,

illi hu keċċieh mid-dar.

 

San Franġisk, però baqa miexi,

wara Kristu fost il-fqar,

għax f'kull fqir, batut u mbikki

ra 'l Ġesù li twieled f'għar.

 

   Rit:

   San Franġisk kien bniedem mimli ferħ,

   għax għażel illi jħalli

   'l Ġesù isaltan fih.

 

   San Franġisk kien bniedem mimli ferħ,

   għax għaraf illi Kristu

   hu ta min jgħix għalih.

 

San Franġisk kien iqis b'ħutu

lil kull ħaġa fil-ħolqien:

Xemx u Qamar, siġar, fjuri

u bnedmin ta' kull ilsien.

 

Ġrew warajh eluf ta' żgħżagħ,

biex lil Kristu jagħrfu wkoll,

u biex igħinu 'l min kien dgħajjef

kienu jbatu f'ħafna xogħol.

 

San Franġisk, però, kien tant umli,

kien jistqarr li mhuwa xejn,

għax għaraf li kull grazzja,

kienet ġejja mill-Mulej.

 

  Rit:

   San Franġisk kien bniedem mimli ferħ,

   għax għażel illi jħalli

   'l Ġesù isaltan fih.

 

   San Franġisk kien bniedem mimli ferħ,

   għax għaraf illi Kristu

   hu ta min jgħix għalih.

 

 

San Franġisk kien mimli ħeġġa

għall-Vanġelu ta' Ġesù;

ried jitgħallmu kelma b'kelma,

ried li jgħixu hu fejn hu.

 

Paċi sab, xtaq ixerridha,

bħala fwieħa kullimkien'

bħalu wkoll nitolbu 'l Alla,

nkunu wkoll strument ta' sliem.

 

San Franġisk, però, jibqa jgħallem,

li Ġesù hu l-vera Triq,

biex il-bniedem igħix fil-hena,

l-paċi f'qalbu mal-Ħallieq.

 

  Rit:

   San Franġisk kien bniedem mimli ferħ,

   għax għażel illi jħalli

   'l Ġesù isaltan fih.

 

   San Franġisk kien bniedem mimli ferħ,

   għax għaraf illi Kristu

   hu ta min jgħix għalih.

 

 

 


Din il-Poeżija dehret fil-ktejjeb Shalom - Ktieb tal-Kant, Knisja tal-kapuċċini - Kalkara, p. 195

Rabat: 1.1.2014


 

poeżija

mill-ktieb tal-Kant

Shalom