Poeżija Franġiskana

 

◄◄|werrej|►►


Innu Popolari lil San Franġisk


mill-Ktieb Shalom.


Għalik Franġisku

 

 

Għalik Franġisku

kbir Missier tagħna.

Ifuru qlubna

b'tifhir u għana

 

Rit: O Serafin, xebh ta' Ġes๙

      Nissel fi qlubna, ġmiel il-virt.

 

Int ridt tkun fqajjar

sa minn twelidek,

għext fqir sa mewtek

bħal Kristu Sidek.  

 

Rit: O Serafin, xebh ta' Ġes๙

      Nissel fi qlubna, ġmiel il-virt.

 

Ħaddant ma' qalbek

is-Salib tiegħu

biex, bogħod mill-frugħa

tgħix marbut miegħu.

 

Rit: O Serafin, xebh ta' Ġes๙

      Nissel fi qlubna, ġmiel il-virt.

 

Għalhekk b'xebh tiegħu

riedek Bin Alla.

Il-Ħames Pjagi

tiegħu fik ħalla.

 

Rit: O Serafin, xebh ta' Ġes๙

      Nissel fi qlubna, ġmiel il-virt.

 

F'kull hemm mexxina,

O Missier tagħna,

sakemm ma' ġenbek

flimkien tlaqqagħna.

 

Rit: O Serafin, xebh ta' Ġes๙

      Nissel fi qlubna, ġmiel il-virt.

 

 


Din il-Poeżija dehret fil-ktejjeb Shalom - Ktieb tal-Kant, Knisja tal-kapuċċini - Kalkara, p. 194

Rabat: 1.1.2014


 

poeżija

mill-Ktieb tal-Kant

Shalom