Poeżija Franġiskana

 

◄◄|werrej|►►


San Franġisk ibqa' ħarisna!


 ta’ Patri Dumink Bonello ofmconv.


San Franġisk ibqa' ħarisna

 

 

Twieled għani

għex ta' fqir

issaporta

it-tmaqdir!

 

   Bniedem t'Alla

   għex għalih;

   dejjem fittex

   li jaqdih.

 

Sieħeb miegħu

ftit irġiel;

riedhom jġħixu

mhux bla ħjiel.

 

   Il-Vanġelu:

   taġħlim żġur,

   fuqu jimxu,

   dan unur!

 

Kibru l-aħwa,

żdiedu wisq;

kulħadd jiġri

lejn Franġisk.

 

   Bżonn ta' Riegla

   ikoll ħassew

   biex ħajjithom

   jgħixu sew!

 

Għaddew issa

bosta snin;

l-Ordni għamel

frott sew bnin.

 

   Int Franġisku

   tħalli qatt,

   la 'l Uliedek

   u lil ħadd!

 

Biex kif jasal

is-serħan,

żgur li Inti

tkun ferħan.

 

   Miegħek 'l Alla

   ingawduh

   u għal dejjem

   infaħħruh.

 


Din il-Poeżija dehret fil-Habbar ta' Sant'Antnin, no 36, Ottubru - Diċembru 2009, p. 11

Valletta: 21.11.2009


 

poeżija

ta'

Patri

Dumink Bonello

ofmconv.