Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


Quddiem is-Salib ta’ San Damjan


Riflessjoni ta’ Patrick McNamara OFM Cap.

traduzzjoni ta' Thomas Calleja


Quddiem is-Salib ta’ San Damjan

 

Nerfa’ ghajnejja lejn is-salib,

nitfa’ harsti fuq il-figura tieghek

nistenna, nisma’, nittama.

 

Int sa titkellem? sa ticcaqlaq? sa ccaqlaqni?

 

Sejjer ghal darb’ohra tmiss il-qalb

ta’ dak li jfittxek?

Ta’ dak li jistaqsi?

Ta’ dak li qisu mitluf?

 

Sejjer thaddan ir-ruh, kif ghamilt lil dik ta’ Frangisku?

Sejjer tiehu dir-ruh ghalik?

Sejjer taghtiha paci?

Sa taghtiha serhan?

Sa taghtiha mhabba?

 

Din ir-ruh qed tistenna, tisma’, titlob grazzja bhal din.

 

Din ir-ruh tfittex l-imhabba minghand il-Mahbub.

 

Titrieghed, tifixkel, taqa’

 

Harsek l isfel, thaddan kollox,

Tiehu kollox, thobb kollox.

 

Il-grazzja tieghi tfejjaq, taccetta.

 

Ghal darb’oha int twiegeb,

Ghal darb’ohra int thobb.

Ghal darb’ohra int tkellem lill-qalb imqallba u tfittex.

 

Jien indur.

Inkompli l-mixja. Nissokta nittama.

 

Jien ukoll smajtek titkellem.

 


Din il-Poezija giet maqluba ghal Malti minn FRr Thomas Calleja OFMConv.

Valletta: 8.1.2005


 

Riflessjoni

ta'

Patrick McNamara OFM Cap.