Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


Elogju lil San Frangisk

Divina Comedia - Paradiso, Kantiku XI


ta' Dante Alighieri

traduzzjoni ta' MIchael Grech


Elogju lil San Frangisk

mill-Divina Comedia ta' Dante Alighieri

(Paradiso - Kantiku XI, 43-117)

 

Hemm bejn Tupino¹ u l-gieri ilma mexxej,

mill-gholja² ta' Ubaldo, beatu taghn

tmil ix-xaqliba³ wisq ghammiela fej'

1. Xmara   2. il-muntanja Igino ta' Gubbio

3. muntanja Subiaso ta' Assisi

 

minnha Perugia thoss il-ksieh u shana

minn Porta Sole¹; u fuq wara dnewwa

b'Nocera u Gualdo bla ilqugh f'klima strana.          v.6

1. l-oghla post f'perugia

 

Minn diz-zurziega, fejn tmil tieqaf sewwa

marret titwieled xemx* li dawlet dinja 

bhal meta f'tlugh taghmel mill-Gangi b'hlewwa

1. san Frangisk, xemx tal-gnus   2. ix-xmara Gangi

 

'Mma jekk issemmi l-post, tihux il-linja

li tghid Ascesi¹: tfisser din "qasir"

izd'ghid "Orjent", ghax dik il-vera binja².            v.12

1. Assisi  2. tifsira ta' Assisi: orjent

 

Qrib kien ragg ix-xemx u l-hin kellu jsir

li huwa gieghel lid-dinja thoss,

bil-kbar virtù tieghu, konfort se ttir.

 

Li ghal "Tali Mara"¹, gwerra b'tant hoss 

qajjem m'missieru, li bhall-mewt wahxija,

dil-gwerra lil kull qalb u ruh bi skoss tross.             v. 18

1. Madonna Povertà

 

Fejn l-isqof kellu l-kurja hemm mibnija,

quddiem missieru mar jitwahhad maghha¹

biex habbha jum wara jum f'armonija.

1. dejjem Madonna Povertà

 

Imcahhda hi mill-kbir ragel¹ taghha

damet f'elf u mitt sena ta' tmaqdir

sa meta hu² gie kkonsagrat a refaghha.             v. 24

1. Kristu  2. san Frangisk

 

Tant ma swilux¹ xhin sabha blat fl-ardir

ma' Amiclate², b'lehen ahrax t'dib³ 

min dinja werwer, bezza', bl-ehrex agir.

1. lil Cesari  2. sajjied   3. kelb id-dib

 

Lanqas ma swielu¹ l-ghan li jgib tigrib 

hekk, li hemm, fejn waqghet f'dulur Marija,

dil-mara bkiet ma' Kristu taht is-salib.                   v. 30

1. dejjem Cesari

 

Imma ghalbiex ma nissoktax f'kliem mohbija¹:

"Frangisku u Povertà l-mahbuba"

minn issa mur ifhem bil-kliem murija.

1. il-metafora

 

Safa bejniethom u f'deh'rithom misjuba

imhabba tal-genna u hars sahib ward,

fik trawwem hsibijiet fl-etern mahsuba;              v. 36

 

Daqstant li l-venerabbli Bernard

sa neza' hafi¹ jsus is-sliem dejjiem,

ghalkemm mal-girja hass kemm kien fit-tard.

1. telaq gidu.

 

O ghana arkana! O int gid is-sliem!

Ftaqar Egidio u Silvestro cefa¹

wara l-Gharusa u l-Gharus ghalliem.                  v. 42

1. issaffa

 

Hesrem minn hemm¹ terraq il-Missier; refa'²

flimkien mal-mara u wkoll ix-xirka³

li xxidd il-kurdun umli mal-hefa.

1. Assisi  2.telaq  3. il-patrijiet

 

Qatt ghajb ma garrab htija ta' xi dirka¹

u ghax hu kien iben ta' Pietro Bernardoni

jew ghax deh'r tant baxx, umli u bic-cirka.            v. 48

1. tbakkar tibda x-xogbol

 

Wera fehmietu cari b'konvinzjoni

lil Innocenzu¹, u minghandu akkwista

ghall-ordni, l-ewwel sigill biex sar moghni.

1. il-papa Innocenzu III

 

Imbagh'd il-gemgha warajh kotrot f'lista

mal-hajja ta' l-ghageb tieghu li ahjar titkanta,

'nhallu, fil-glorjuz smewwista¹.                           v. 54,

1. fil-glorja tas-sema

 

Wara bit-tieni Regola mgharraf sar

Onorju¹ mill-Ispirtu etern qaddis,

l-imqaddsa rieda tar-raghaj² mill-kbar.

1. papa   2. san Frangisk

 

Fl-ghatx ghall-martirju mixtieq minnu fis,

le... il-prezenza ta' sultan 'stinat

ma waqqfitux li jxandar 'l Kristu qassis               v. 60

 

'l gnus bla taghlim, m'hutu shah daqs il-blat.

U biex il-mawra¹ ma tisfax bla siwi,

rega' ghal frott il-hsad Taljan afdat².

1.fil-missjoni  2. kompla hidmietu fl-Italja

 

Bejn Tevere u Arno f'gebla¹ harxa f'liwi,

minghand Kristu l-ahhar sigill² ha

fejn gismu garrab ghal sentejn il-kiwi.                v. 66

1. il-muntanja La Verna  2. il-pjagi

 

Xhin ghazlu ghall-ehla gid li qatt ta

ghogbu sejjahlu ghad-don ta' hemm fuq¹

ghax gharaf fih serv fidil t'umiltà.

1. il-genna

 

Lil hutu eredi ried li xieraq isuq,

irrakkomandalhom lill-mara¹ rzina:

amar li jhobbu lilha ghax ittuq.                          v. 72

1. il-Povertà

 

U mill-guf taghha, it-ruh, li hadd ma rvina

tmur, riedet, terga' ghas-saltna¹ hanina

u ghal gisimha le tebut: trab. . . rina².               v. 75

1. l-art gherija  2. it-trab ramli


Din il-Poezija dehret fil-Ktejjeb-Tifkira Tota Pulchra, nru 23, fl-okkazjoni tal-Festa ta' l-Immakulata Kuncizzjoni, Il-Belt Victoria, Ghawdex 2004, p. 157-158-

Valletta: 26.12.2004


 

Kantiku

ta'

Dante

Alighieri