Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


Sa ma smajt bik, Frangisku


ta' Lina Brockdorff


Sa ma smajt bik, Frangisku!

 

Isahharni kull ma hu sabih.

Tghid ghax l-ewwel darba li ghajnejja ftaht

Kull ghamla ta' gmiel madwari rajt?

Mejju! Bil-ward imzejna kull rokna, kull gnien,

sahansitra t-twieqi, gholjiet u widien;

bhal bziezaq rih jonfoh shab it-tajjar;

ikabbar u jizbogh is-sigar bl-inwar;

b'uliedhom l-ghasafar ifawru l-bejtiet

u l-qalb tibda tqum minn tax-xitwa r-raqdiet.

Kont mitlufa, bhal farfett isoff il-benna

ghax sthajjilt li din il-art kienet genna.

Iva, f'sakra ta' ghogba ghal dawn u ohrajn

li l-widna ipaxxu, mhux biss il-ghajn ...

ghall-hsejjes wenniesa tal-weraq fir-rih

ta' l-ilma li jgelgel minn blat samm qatigh,

ghat-tokki tal-qniepen isejhu ghat-talb

u jserrhu u jhennu il-mohh u il-qalb.

 

Sa ma bdejt nikber ...

Xi hadd canfarni u wissieni li

"dan biss holqien li int tammira, tahli l-jiem,

il-Hallieq biss huwa dejjiem!

mhux sew, m'ghandekx tqim kreatura

'l Alla biss ghandek tadura."

Hekk mill-qcacet kollha dija

Instabatt f'ta' l-infern swidija;

kif stajt niccahhad minn kull ma halaq Alla

li ghax ihobbni tant gmiel halla?

 

Sa ma smajt bik Frangisku!

Int sahansitra fuq il-mewt kantajt

lil kull gharef madwarek skantajt;

Kemm kienet tferrhek in-natura!

Ir-rih, in-nar, bahar, sema u hdura.

Ghax int fihom wicc Alla kont tara

l-istess kif bhal f' mera stampa tant cara.

habbejt il-faqar, l-ugigh haddant fis-skiet,

kienu ghalik barket is-smewwiet.

Frangisku,

Ghallimtni li mhux dnub nitbissem,

ghanjiet l-imhabba u versi nlissen,

lili ghollejt sa l-iprem qawsalla

la tajtni lura l-isbuhija li tressaqni lejn Alla!

 

L-Ibrag

1 ta' Dicembru 2004


Din il-Poezija waslet ghandna minghand l-awtrici bil-posta

Valletta: 10.12.2004


 

Poezija

ta'

Lina Brockdorff