Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


Innu lill-Patrijarka San Frangisk


ta' Patri Felicjan Bilocca OFM Cap.


Innu lill-Patrijarka San Frangisk

 

O Glorjuz Patrijarka Frangisku,

b'qalb ferhana ahna rridu nqimuk:

ghaliex b'fidi, b' inhabba qawwija

ahna lilek b'missierna nqisuk.

 

    Serafin, veru xebh ta' Gesù,

    kun ghalina mudell ta' virtù:

 

Inhobbuk, ghax int kbir fi qdusitek:

inhobbuk, ghax int mimmli virtù,

li minn bniedem ta' l-art lilek ghamlu

xbieha hajja ta' Kristu Gesù.

 

    Serafin, veru xebh ta' Gesù,

    kun ghalina mudell ta' virtù:

 

Lilek habbek Gesù Feddej taghna:

haddnek mieghu bhall-ghezez habib:

bhala rahan ta' dil-kbira mhabba,

tak il-Pjagi, li f'gismek iggib.

 

    Serafin, veru xebh ta' Gesù,

    kun ghalina mudell ta' virtù:

 

Dawk il-pjagi l'int bihom imzejjen,

huma ghalina ghejun ta' kbir gid,

ghaliex bihom taqlalna kull grazzja

minghand Alla, ta' kollox is-Sid.

 

    Serafin, veru xebh ta' Gesù,

    kun ghalina mudell ta' virtù:

 

Dehl aqlghalna d-dehen tal-qdusija,

sabiex m'Alla ninghagdu f'kull hin:

u hekk hajjitna nghadduha mistura

fl-isbah doni t'erwieh qaddisin.

 

    Serafin, veru xebh ta' Gesù,

    kun ghalina mudell ta' virtù:

 

Sakemm fl-ahhar mehlusa mill-hajja

ta' din l-art, nigu 'l Alla nfahhruh

flimkien mieghek, li tant kont habbejtu,

u ghal dejjem flimkien ingawduh.

 

    Serafin, veru xebh ta' Gesù,

    kun ghalina mudell ta' virtù:

 


Din il-Poezija dehret fir-rivista "Dawl Frangiskan" Ottubru 2002, 30.

Valletta: 11.6.2005


 

Poezija

ta'

Felicjan

Bilocca OFM Cap.