|
Poezija Frangiskana |
|
|
Assisi ta' Joseph Sciberras Assisi
Assisi, Belt sbejha tat-Paci. Assisi, Int genna f'din l-art. X'hin rajtek, mall-ewwel hassejtni go gnien li jfewwah bil-ward.
Hawn Ibnek, il-fqajjar Frangisku, li tant habb il-faqar bi shieh, itterraq u gera f'triqatek biex l'Alla jressaqlu l-erwieh.
Din holma li qed nohlom jiena w ghajnejja qed jghumu fid-dmugh. Bhal akla fil-gholi tas-sema, inhossni mid-dinja merfuh.
Assisi, Int tilqa' go driehek kull lewn u kull razez ta' nies. Kulhadd gewwa hdanek jinxtehet b'turija ta' mhabba bla qies.
Kemm habbek, Assisi, dan Alla, w ghaliex habbek hafna daqshekk? Ghalkemm jiena 'nhobbok kemm nista', nixtieq naghrfek iktar minn hekk.
Nixtieq li dal-paci l'hawn f'darek isaltan f'kull post, kullimkien. Nixtieq nara l-isem Frangisku, Imfahhar ghal dejjem maz-zmien.
Assisi, illum se nitilqek, imm'ghada Int f'qalbi se tkun. Inwieghdek li tul hajti kollha se nahseb jien fuqek inkun.
Joseph Sciberras Assisi - 28 ta' Awwissu 2004
Din il-Poezija giet miktuba waqt zjara li Joseph Sciberras ghamel f'Assisi f'Awwissu 2004. Valletta: 11.10.2004
|
Poezija ta' Joseph Sciberras
|
|