|
Poezija Frangiskana |
|
|
Frangisk, mill-gdid fuq qabrek ta' Fr Thomas Calleja OFMConv. Frangisk, mill-gdid fuq qabrek
Ergajt gejt hawnhekk fuq qabrek O Frangisk, ghaziz Missier, hawn fil-kripta tistennieni b’ghozza u ferh tassew sincier.
Insellimlek u b’tghanniqa b’ghozza kbira nrossok mieghi, inhoss fit-tahbit ta’ qalbek it-tahbita tal-qalb tieghi.
Ghadda ghadd ta’ zmien minn mindu ta’ kuljum b’ferh kont nigi hdejk il-jiem taru, ix-xhur gerbbu issa rgajt mill-gdid f’riglejk.
F’dan iz-zmien garrejtek fija, hadtek mieghi kull fejn kont: f’mohhi, f’qalbi, dejjem f’talbi bik nitghaxxaq dejjem pront.
Hawn hdejk gejt sabiex tfakkarni li fuq spallti ngorr salib, lir-ruh tieghi nimla b’tieghek biex ta’ Kristu nkun habib.
Biex nghix b’riegla l-Evangelju, ubbidjenti, safi u fqir f’dak li naghmel, nghid u nahseb li jrid Alla minni jsir!
Ibqa’ mieghi, haj go qalbi. Ejja nimxu t-tnejn flimkien haga wahda f’ghaqda shiha m’Alla l-Kbir – Sid il-holqien!
Bierek hajti bil-ferh tieghek, bierek jiemi b’gid u sliem biex nisskota nimxi b’hegga wara Kristu t-triq sat-tmiem.
Ibqa’ hares lilna wliedek: dawk tal-qrib u dawk tal-boghod zommna f’talbek sabiex bhalek f’dak li weghedna nzommu sod
U mis-sema fejn int hieni O Frangisk, itlob ghalina ‘il Marija minghajr Tebgha biex izzomm harsitha fina.
Fr Thomas Calleja Assisi - 10 ta' Lulju 2004
Din il-Poezija giet miktuba waqt zjara li Fr Thomas ghamel f'Assisi bejn 10 u 11 ta' Lulju 2004. Valletta: 19.8.2004
|
Poezija ta' Fr Thomas Calleja OFMConv
|
|