|
Poezija Frangiskana |
|
|
Dahal Ghani fis-Smewwiet ta' Patri Dumink Bonello OFMConv Dahal ghani fis-Smewwiet
Tluq Frangisku kien ghoddu wasal, iz-zmien gmielu kien ghaddej: hu kien jaf il-jum minn qabel, lilu mgharraf mill-Mulej!
Ghalhekk huwa hdejh mar sejjah lil uliedu Patrijiet, u b'imhabba l-aktar kbira lilhom ghamel twissijiet.
Imbaghad firex idejh fuqhom u berikhom f'daqqa lkoll; imma hsiebu kien li jbierek lil tal-boghod uliedu wkoll!
Gheri xtaq li jmut bhal Kristu fl-art talabhom iqieghduh; huwa riedhom li sa mewtu hemm mimdud huma jhalluh.
Ried imbaghad illi jaqrawlu mill-Vangelu fejn Gesł liema mhabba ghad-dixxipli tassew kbira kellu Hu!
Frangisk wara bexxaq fommu. 'l Alla talab taht l-ilsien, biex ghal ghandu fis isejjah u hekk jikseb il-helsien,
Ohtu l-mewt mill-ewwel gietu gismu mejjet hemm halliet: Frangisk fqajjar minn did-dinja, ghani dahal fis-smewwiet!
P. Dom. Bonello OFMConv Rabat - Ghawdex: 10 ta' April 2004 Din il-Poezija waslet ghandna bil-posta minghand l-awtur innifsu b'dan il-kumment maghha: "Il-Hsieb ta' din il-Poezija hadtu mill-"Leggenda Maggiore" ta' San Bonaventura. Fil-Kapitlu XIV S. Frangisk kien jaf il-jum ta' mewtu, gabar madwaru l-Patrijiet, wissihom u berikhom, ried li jmut gheri u fuq il-qiegha ta' l-art, jaqrawlu l-Vangelu (ta' San Gwann), u ntona s-Salm 141 u hekk ta' ruhu lill.Mulej. Gbart kollox fi ftit versi!" Valletta: 12.4.2004 |
Poezija ta' Patri Dumink Bonello OFMConv
|
|