Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


Nixbhah fit-Tbatija


ta' Patri Dumink Bonello OFMConv


Nixbhuh fit-Tbatija

 

Sentejn qabel il-mewt tieghu,

San Frangisk kienet xortih:

grazzja kbira li messitu,

biha ried Kristu jghollih!

 

Waqt li b'herqa kien qed jitlob

b'dik il-gabra, f'dak is-skiet;

Serafin nizel mis-sema,

deher jittajjar f'dak il-kwiet.

 

Waqaf hemm quddiem Frangisku,

waqt li dan baqa' miblugh

ghax ra 'l Kristu, rah imsallab

u hass ruhu wisq mugugh.

 

Dan li xtaq il-Qaddis taghna,

ihoss f'gismu dak l-ugigh;

baqa' jgorru hajtu kollha,

kbir il-ferh li kien jaghtih!

 

Ghal sentejn, haga tal-ghageb,

li qatt bhalha ma kien hemm;

San Frangisk il-pjagi kellu,

illi jnixxu kienu d-demm.

 

Dan ghalhekk bdew isejhulu

Kristu iehor, kull min rah!

Dan ghalhekk id-dinja kollha

griet warajh biex tonorah.

 

Aghmel int, Frangisk Missierna,

illli nhossu ahna wkoll,

it-tbatija ta' l-Imsallab;

hekk nixbhuk inkunu lkoll!

 

P. Dom. Bonello OFMConv

Rabat - Ghawdex: 31 ta' Marzu 2004


Din il-Poezija waslet  ghandna bil-posta minghand l-awtur innifsu.

Valletta: 3.4.2004


Poezija

ta'

Patri Dumink

Bonello

OFMConv