Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


Assisi - (2)


ta' Joseph Sciberras


Assisi - (2)

 

Jien nixtieq mil-gdid nghannilek,

Belt qaddisa, b'ferh mimlija.

Kieku taf x'gibt int go qalb

u kemm paci gibt go fija.

 

Ghadni 'nhoss il-ferh li kelli

meta jien kont ghadni ghandek.

Ma nistghax minn mohhi 'nnehhi

is-sbuhija ta' madwarek.

 

Nisthajjilni qieghed nilmah

zewg wardiet fil-gonna tieghek

u bil-fwieha helwa taghhom,

int tilqaghhom gewwa drieghek.

 

F'dan il-ward li qatt rna xewwek,

nisthajjilni qieghed nara,

kollhom hlewwa, kollhom tjieba,

lil Frangisku w xbejba Klara.

 

Kemm nixtieq dal-ferh jibqghali

U li nibqa' nhossok fija.

Int il-gnien fejn Alla ghogbu

jizra' z-zergha ta' qdusija.

 

Joseph Sciberras

H'Attard - 20 ta' Settembru 2004

 


Din il-Poezija waslat ghandna bil-posta minghand l-awtur.

Valletta:  11.10.2004


 

Poezija

ta'

Joseph Sciberras