|
Poezija Frangiskana |
|
|
Kulhadd ifahhrek ta' Patri Dumink Bonello OFMConv Kulhadd ifahhrek
Kemm nixtieq li nibqa' nfahhrek, San Frangisk, Missier ghaziz; hafn'ohrajn ifahhruk mieghi tista' tghid minn kull pajjiz!
Min ma jafx li dik Assisi hija l-belt fejn int twelidt, San Rufino hija l-knisja fejn hemmhekk inti tghammidt.
Dik Assisi ratek tifel, kbirt u ratek kavallier, sakemm Kristu mbaghad sejjahlek, biex ta' hafna tkun missier.
Waqqaft l-Ordni tal-Minuri, biex lill-knisja jghin qatigh; rajtu jikber u jissahhah ghaliex bosta ssiehbu fih.
Wara hajja f'ghaqda m'Alla, mort ghal dejjem biex tqawdih; gismek baqa' hemm f'Assisi. ghal min qima jrid jaghtih!
Il-qdusija tieghek gibdet lill-insara jersqu lejk, ghax ta' Kristu gibt il-pjagi, fil-kustat, f'idejk, f'riglejk!
Hafna nies ta' twemmin iehor, huma wkoll jaghtuk tifhir, ghaliex fik jaraw il-bniedem li habb hafna 'l min hu fqir.
Imma wkoll ghaliex tal-Paci bl-istess hajtek kont ghalliem, mhux li kont tidhol ghalina halli nghixu lkoll fis-sliem.
Jalla d-dinja tibqa' tfahhrek, dan Missier jixraq tassew, mhux li lkoll nghixu dil-hajja kif ghallimtna inti sew.
Halli meta mewtna tasal nigu hdejk hemm fis-smewwiet, sabiex naghtu glorja 'l Alla, u nkantaw l-isbah ghanjiet!
P. Dom. Bonello OFMConv Rabat - Ghawdex: 22 ta' Frar 2004
Din il-Poezija waslet ghandna bl-idejn minghand l-awtur innifsu. Valletta: 25.2.2004 |
Poezija ta' Patri Dumink Bonello OFMConv
|
|