|
Poezija Frangiskana |
|
|
L-Ordni Frangiskan ta' Patri Dumink Bonello OFMConv L-Ordni Frangiskan
San Frangisk, qaddis Missierna, hajtek ghextha ghall-Mulej, sa minn meta hu sejjahlek sabiex tieghu tkun qaddej.
Riedek tkun ghall-Knisja tieghu, dak li jaghti daqqa t'id, halli terga' fis-sbuhija; Huwa ra li inti trid.
Ghalhekk bdilt il-hajja tieghek, festi tlaqt u lbies sabih; fuqek tfajt libsa ta' fqajjar, qbadt il-habel thaddant bih.
Hafna rawk u bdew jiddiehku, imm'ohrajn raw fik qaddis, wahdiet grew u nghaqdu mieghek biex il-Knisja ggeddu fis!
Meta kbirtu s'ghand il-Papa ghall-konferma kellek tmur, biex ir-Riegla mfassla minnek, tkun ghall-Ordni ta' unur,
imma wkoll biex fuqha tfasslu hajja zgura skond ma trid Ommna l-Knisja ghall-gid taghkom u biex taghha jsir tigdid.
Ghaddew kwazi tmien mitt sena li ma tulhom l-Ordni ta Religjuzi li b'hidmiethom ghenu shih 'l-umanità.
San Frangisk, issokta ghinna, biex il-hidma l' inti bdejt ahna wliedek inkompluha kif fir-Riegla lilna wrejt!
P. Dom. Bonello OFMConv Rabat - Ghawdex: 21 ta' Frar 2004
Din il-Poezija waslet ghandna bl-idejn minghand l-awtur innifsu. Valletta: 25.2.2004 |
Poezija ta' Patri Dumink Bonello OFMConv
|
|