|
Poezija Frangiskana |
|
|
San Frangisk l-ghajnuna taghna ta' Patri Dumink Bonello OFMConv San Frangisk l-ghajnuna taghna
Meta nahsbu fik, Missier, inhossuna wisq ckejknin; kieku rridu nikkupjawk 'ma naraw l'ahna msejknin!
Rieda ghandna u mhux ftit illi nghaddu 'il quddiem kif hu dmirna bhala wlied, halli nghixu lkoll fis-sliem!
Mnejn tinsab ghinna Missier, bit-talb tieghek lill-Mulej fiducjuzi ahna fik iz-zmien kollu li ghaddej.
Sa ma naslu ahna hdejk hemm fis-sema mal-henjin, biex ingawdu dak il-post li hu mwieghed lit-tajbin!
Il-ferh tieghek ikun kbir meta tara tant ulied flimkien mieghek jithennew wara d-dmugh ta' dan il-wied.
P. Dom. Bonello OFMConv Rabat - Ghawdex: 20 ta' Frar 2004
Din il-Poezija waslet ghandna bl-idejn minghand l-awtur innifsu. Valletta: 25.2.2004 |
Poezija ta' Patri Dumink Bonello OFMConv
|
|