|
Poezija Frangiskana |
|
|
Infahhrek Missier ta' Patri Dumink Bonello OFMConv Infahhrek Missier!
Qatt na nixba' nfahhar lilek, San Frangisk, Qaddis wisq kbir; habbejt 'l Alla u lill-proxxmu, u ridt tghix ta' l-akbar fqir.
Dik il-hajja li ghext inti, hafn'ohrajn ghamlu l-istess, billi haddnu l-Ordni tieghek, dan ghalihom kien success!
Ghaliex kibru fil-qdusija, u l-gid ghamlu ma' tant nies; mhux ta' b'xejn li d-devozzjoni lejk Frangisk, kibret bla qies.
U l-Belt tieghek dik ta' Assisi, le mhix l-icken fost il-bliet, ghax maghrufa saret sewwa, minn hemmhekk il-PACI dwiet!
Ghalhekk hafna hemm imorru, mhix kwistjoni ta' twemmin; hdejk Frangisk tar'hom jitolbu sabiex jghixu lkoll henjin.
U kull fejn jinsabu wliedek Frangiskani, f'kull pajjiz imxerdin mad-dinja kollha, jaghmlu ismek wisq ghaziz.
Hafn'ghalhekk ghalik isemmu, isem jixraq 'il kulhadd, sew jekk tifel, sew jekk tifla; min jaf sew kemm huwa l-ghadd?
San Frangisk, aghmel li nghixu hajja tajba bla htijiet, sabiex nigu ngawdu mieghek, wara mewtna fis-smewwiet!
P. Dom. Bonello OFMConv Rabat - Ghawdex: 17 ta' Frar 2004
Din il-Poezija waslet ghandna bil-posta minghand l-awtur innifsu. Valletta: 21.2.2004 |
Poezija ta' Patri Dumink Bonello OFMConv
|
|