Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


Fuq il-Passi ta' San Frangisk


ta' Patri Dumink Bonello OFMConv


Fuq il-passi ta' San Frangisk

 

Kull darba li fik niftakar, Missierna,

u nahseb fuq il-hajja li int ghaddejt,

qalbi bil-ferh timtela' ghaliex jiena

bhalek sew lill-Mulej hajti offrejt!

 

Is-snin ghaddew issa bhal xmara fiddiena

li b'ilmijietha gharaft li staghnejt;

nissokta fis-sejha mwiezen mill-hniena

ta' Dak li siehli bla qatt ma stennejt!

 

Lilna wliedu San Frangisk uriena

kif nghixu dil-hajja li jien habbejt

u ghextha ma' Huti kif Hu wissiena.

 

Meta nahseb f'dak kollu li hallejt

nara li m'ghandux x'jaqsam ma' li wieghdna

il-Mulej meta lehnu jien obdejt!

 

P. Dom. Bonello OFMConv

Ghawdex: 2 ta' Frar 2004

 


Din il-Poezija waslet  ghandna bil-posta minghand l-awtur innifsu.

Valletta: 13.2.2004


Poezija

ta'

Patri Dumink

Bonello

OFMConv