|
Poezija Frangiskana |
|
|
Hija fi Kristu - San Frangisk ta' Josef Pace Hija fi Kristu - San Frangisk
F'familja twieled ghanja w sinjura, ta' certa klassi w ta' kultura. F'Assisi twieled u wkoll trabba, m'ommu w missieru bl-ikbar imhabba.
Alla sejjahlu w riedu mieghu, u xtaqu jzomm il-knisja tieghu. Ghalhekk Frangisku telaq wirtu, u l-faqar ghazel bhala virtu'.
San Frangisk dejjem 'il Kristu habb, u mhabba fih hu dejjem sab. 'Il Marija zamm fil-qalb tieghu, u lilha ried bhala l-omm tieghu.
Kien jara 'l Alla fin-natura, daqqa f'ghasfur w daqqa fi fjura. Min ma kienx jisma' l-kelma tieghu, arah jistabar fil-'Hbieb' ta' mieghu.
Is-salib fittex dejjem igorr, sa anki l-pjagi kellu jzomm. Pero' fiducja f'Alla kellu, li jsib post fejn jistkenn taht dellu.
Lid-dinja fittex dejjem jaghti, imhabba w gid biex tghix fil-paci. Meta l-missjoni wassal fit-tmiem, Alla sejjahlu mieghu fis-sliem.
Hekk kien jisthoqqlu l-qaddej tieghek, meta int, hadtu l-genna mieghek. Aghmel minni bniedem qaddis, biex hajti naghti ghalik; Missier Qaddis.
Josef Pace Santa Lucija - 2004
Din il-poezija waslet ghandna permezz ta' email mill-familja Pace Valletta: 17.1.2004 |
Poezija ta' Josef Pace
|
|